LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w10 7/1 pp. 22-23
  • Dwar il-Qima Vera

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dwar il-Qima Vera
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Materjal Simili
  • Kif Tista’ Tagħraf il-Qima Vera?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Qima Approvata minn Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Kif Tistaʼ Tagħraf il-Qima Vera?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Il-mod kif għandek tqim lil Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
w10 7/1 pp. 22-23

Dak li Nitgħallmu Minn Ġesù

Dwar il-​Qima Vera

Alla kull tip taʼ qima japprova?

▪ Ġesù tħassarhom lin-​nies li kienu ġew imqarrqin mir-​reliġjon falza. Hu wissa li kellu jkun hemm “profeti foloz li jiġu . . . lebsin taʼ nagħaġ, imma minn ġewwa huma lpup imġewħin.” (Mattew 7:15) Innotajt li xi wħud jagħmlu affarijiet mill-​agħar f’isem ir-​reliġjon?

F’talba lil Alla, Ġesù qal: “Kelmtek hi l-​verità.” (Ġwanni 17:17) Mela Alla ma japprovax tip taʼ qima li tikkontradixxi l-​verità tal-​Bibbja. Għalhekk, Ġesù applika l-​kliem t’Alla għal xi ipokriti reliġjużi billi qal: “Għalxejn jagħtuni qima, għax jgħallmu bħala duttrini l-​kmandi tal-​bnedmin.”—Mattew 15:9.

Teżisti reliġjon vera?

▪ Meta Ġesù ltaqaʼ mal-​mara Samaritana li kienet ġiet imqarrqa mir-​reliġjon falza, hu qalilha: “Intom tqimu dak li ma tafux . . . L-​aduraturi veri jqimu lill-​Missier bl-​ispirtu u l-​verità, għax, tabilħaqq, il-​Missier qed ifittex nies bħal dawn biex iqimuh.” (Ġwanni 4:22, 23) Mela huwa evidenti li l-​qima vera tistaʼ tinstab.

Ġesù qal: “Ma nagħmel xejn minn rajja; imma dan ngħidu skond kif għallimni l-​Missier.” Mela Ġesù kien jaf li r-​reliġjon li għallem kienet l-​unika waħda vera. (Ġwanni 8:28) B’hekk qal: “Jien it-​triq, il-​verità, u l-​ħajja. Ħadd ma jiġi għand il-​Missier ħlief permezz tiegħi.” (Ġwanni 14:6) Peress li l-​aduraturi veri għandhom l-​istess mezz kif jersqu lejn il-​Missier, bilfors li huma magħqudin f’reliġjon waħda vera.

Kif tistaʼ tagħraf min huma l-​aduraturi veri?

▪ Kristjan hu xi ħadd li jimxi wara Ġesù Kristu. Ejja nikkunsidraw erbaʼ modi u naraw kif meta nimitaw l-​eżempju taʼ Ġesù niġu identifikati b’mod ċar bħala s-​segwaċi tiegħu.

1. F’talba lil Ġeħova, Ġesù Kristu qal: “Għarrafthom ismek.” (Ġwanni 17:26) Il-​Kristjani veri għadhom jagħmlu l-​istess.

2. Ġesù pprietka dwar is-​Saltna taʼ Ġeħova u bagħat lid-​dixxipli tiegħu minn dar għal dar biex jagħmlu bħalu. Hu qal: “F’kull belt jew raħal li tidħlu, fittxu lil min jistħoqqlu.” Iktar tard, hu qal lis-​segwaċi tiegħu: “Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha.” (Mattew 10:7, 11; 28:19) Tistaʼ faċilment tagħraf lill-​Kristjani veri llum għax huma qed ikomplu jagħmlu l-​istess xogħol.

3. Ġesù rrifjuta li jżomm maʼ xi naħa jew oħra fil-​politika. Għalhekk, dwar is-​segwaċi tiegħu hu qal: “M’humiex parti mid-​dinja, bħalma jien m’iniex parti mid-​dinja.” (Ġwanni 17:14) L-​aduraturi veri għandhom ikunu magħrufin sew għan-​newtralità tagħhom fil-​politika.

4. Ġesù tant wera mħabba li kien lest li jissagrifika lilu nnifsu għal oħrajn. Hu qal: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.” (Ġwanni 13:35) Il-​Kristjani veri jimpurtahom minn xulxin u ma jieħdu ebda sehem fil-​gwerer.

Kif tistaʼ tibbenefika mill-​qima vera?

▪ Sabiex tipprattika l-​qima vera, l-​ewwel jeħtieġ li ssir taf lil Ġeħova sew. L-​għarfien dwar Alla se jgħinek tgħix l-​aqwa mod taʼ ħajja u se jimlielek qalbek bi mħabba għal Alla. Ġeħova wiegħed ħajja bla tmiem lil dawk li jħobbuh. Għalhekk, Ġesù qal: “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru.”—Ġwanni 17:3.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 15 taʼ dan il-​ktieb, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

[Stampa f’paġna 22]

“Ħarsu ruħkom mill-​profeti foloz li jiġu għandkom lebsin taʼ nagħaġ, imma minn ġewwa huma lpup imġewħin.” —Mattew 7:15

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja