LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w10 10/1 p. 26
  • Hu Jfittex it-Tajjeb fin-Nies

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hu Jfittex it-Tajjeb fin-Nies
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Materjal Simili
  • Sena fl-“Art Tajba”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • “O kemm hija kbira t-tjubija tiegħu!”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Jehovah—L-Akbar Eżempju taʼ Tjubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • It-Tjubija Abbundanti taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
w10 10/1 p. 26

Ersaq Qrib Lejn Alla

Hu Jfittex it-​Tajjeb fin-​Nies

1 SLATEN 14:13

“ĠEĦOVA jgħarbel il-​qlub kollha, u jagħraf kull inklinazzjoni tal-​ħsibijiet.” (1 Kronaki 28:9) Dan il-​kliem ispirat intqal bil-​ħsieb li jimliena bl-​apprezzament għall-​interess profond li Ġeħova għandu fina. Ġeħova jfittex it-​tajjeb ġo qlubna għalkemm aħna imperfetti ħafna. Dan jidher ċar minn kliemu dwar Abija, misjub fl-​1 Slaten 14:13.

Abija kellu familja mill-​agħar. Ġerobogħam, missieru, kien il-​kap taʼ dinastija apostata.a Ġeħova wera l-​iskop tiegħu li jeqred għalkollox lil dar Ġerobogħam, “bħalma wieħed jeħles mill-​ħmieġ.” (1 Slaten 14:10) Imma Alla ordna li membru wieħed biss tal-​familja taʼ Ġerobogħam, Abija—li kien marid serjament—kellu jingħata difna deċenti.b Għala? Alla spjega: “Ġeħova l-​Alla taʼ Israel sab xi ħaġa tajba fih fid-​dar taʼ Ġerobogħam.” (1 Slaten 14:1, 12, 13) Dan il-​kliem x’jgħidilna dwar Abija?

Il-​Bibbja ma tgħidx li Abija kien aduratur leali t’Alla. Xorta waħda, kien hemm xi ħaġa tajba fih. Din it-​tjubija forsi kienet tinvolvi l-​qima lejn Ġeħova. Kittieba rabbiniċi jissuġġerixxu li Abija kien ivvjaġġa lejn it-​tempju f’Ġerusalemm jew li hu neħħa l-​għassiesa li missieru kien poġġa biex iwaqqaf lill-​Iżraelin milli jmorru Ġerusalemm.

Għalkemm ma nafux eżattament it-​tip taʼ tjubija li Abija wera, din kienet taʼ min jinnotaha. L-​ewwel nett, kienet ġenwina. Din it-​tjubija kienet “fih”—jiġifieri, f’qalbu. It-​tieni nett, kienet unika. Abija wera din it-​tjubija avolja kien “fid-​dar taʼ Ġerobogħam.” Studjuż wieħed qal: “Il-​bnedmin li jżommu t-​tjubija tagħhom waqt li jgħixu f’postijiet mill-​agħar u maʼ familji ħżiena tassew jistħoqqilhom tifħir.” Studjuż ieħor jgħid li t-​tjubija t’Abija kienet “tispikka . . . , l-​istess bħalma l-​istilel jiddu l-​iktar meta s-​sema jkun mudlam, u bħalma s-​siġar taċ-​ċedru jkunu l-​isbaħ meta s-​siġar taʼ madwarhom ikunu bla weraq.”

L-​iktar importanti, il-​kliem tal-​1 Slaten 14:13 jgħallimna xi ħaġa mill-​isbaħ dwar Ġeħova u dwar dak li jfittex fina. Ftakar li xi ħaġa tajba ‘nstabet’ f’Abija. Milli jidher, Ġeħova fittex f’qalb Abija sakemm sab traċċa taʼ tjubija. Meta mqabbel maʼ familtu, Abija kien, bħalma poġġieha studjuż wieħed, l-​unika perla “f’gozz ċagħaq.” Għal Ġeħova t-​tjubija tiegħu kienet għażiża u ppremjah għaliha, billi wera ammont taʼ ħniena lil dan il-​membru wieħed taʼ familja mill-​agħar.

Ma jqawwilekx qalbek li tkun taf li Ġeħova jfittex għat-​tajjeb tagħna u jqisu taʼ valur minkejja l-​imperfezzjonijiet tagħna? (Salm 130:3) Li nkunu nafu dan għandu jqanqalna nersqu eqreb lejn Ġeħova, l-​Alla li jgħarbel lil qlubna biex isib saħansitra l-​iċken traċċa taʼ tjubija.

[Noti taʼ taħt]

a Ġerobogħam kien stabbilixxa l-​qima idolatruża tal-​għoġol fis-​Saltna t’Iżrael b’għaxar tribujiet fit-​Tramuntana biex iżomm lin-​nies milli jmorru Ġerusalemm ħalli jqimu lil Ġeħova fit-​tempju hemmhekk.

b Fiż-​żminijiet Bibliċi, li wieħed jiġi mċaħħad difna deċenti kien meqjus bħala turija li Alla ma japprovahx.—Ġeremija 25:32, 33.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja