LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 1/1 p. 23
  • “Semmiegħ it-Talb”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Semmiegħ it-Talb”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • It-Talb Tiegħi X’Juri Dwari?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Faħħar lil Ġeħova, Semmiegħ it-talb
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 1/1 p. 23

Ersaq Qrib Lejn Alla

“Semmiegħ it-​Talb”

1 KRONAKI 4:9, 10

TASSEW li Alla Ġeħova jwieġeb it-​talb sinċier tal-​aduraturi devoti? Ir-​rakkont Bibliku dwar raġel bl-​isem taʼ Ġabes, li ftit li xejn nafu dwaru, juri li Ġeħova hu tassew “Semmiegħ it-​talb.” (Salm 65:2) Dan ir-​rakkont qasir jinsab f’post li jistaʼ jidher stramb—fost il-​listi ġenealoġiċi li nsibu fil-​bidu tal-​ktieb tal-​Ewwel Kronaki. Ejja neżaminaw l-​1 Kronaki 4:9, 10.

Kulma nafu dwar Ġabes jinsab f’dawn iż-​żewġ versi. Skont vers 9, ommu “semmietu Ġabes, għax qalet: ‘Ulidtu fl-​uġigħ.’”a Għala għażlet dan l-​isem? Wildet hi lil dan l-​iben b’uġigħ tal-​ħlas iktar min-​normal? Kienet hi forsi armla, u b’hekk uriet dispjaċir għall-​fatt li żewġha ma kienx hemm biex jilqaʼ lit-​tarbija tagħhom fid-​dinja? Il-​Bibbja ma tgħidx. Iżda xi darba din l-​omm kien se jkollha għal xiex tkun kburija b’mod speċjali b’dan l-​iben. Jistaʼ jkun li ħut Ġabes kienu rġiel retti, iżda “Ġabes kien onorat iktar minn ħutu.”

Ġabes kien jitlob spiss u mill-​qalb. Hu beda t-​talba tiegħu billi talab bil-​ħniena għall-​barka t’Alla. Imbagħad, hu għamel tliet rikjesti li juru li kellu fidi soda.

L-​ewwel, Ġabes talab lil Alla bil-​ħniena billi qal: ‘Kabbarli t-​territorju tiegħi.’ (Vers 10) Dan ir-​raġel onorat ma kienx xi bniedem rgħib li ried jikseb iktar artijiet għax kien jixxennaq għal dak li kien jappartjeni lil bnedmin oħrajn. Ir-​rikjesta bil-​ħrara tiegħu x’aktarx kienet relatata iktar man-​nies milli mal-​artijiet. Hu setaʼ kien qed jitlob għat-​tkabbir paċifiku tat-​territorju tiegħu sabiex ikun jinkludi iktar aduraturi tal-​Alla l-​veru.b

It-​tieni, Ġabes talab bil-​ħniena biex ‘id’ Alla tkun miegħu. L-​id simbolika t’Alla hi l-​qawwa tiegħu fl-​azzjoni, u din jużaha biex jgħin lill-​aduraturi tiegħu. (1 Kronaki 29:12) Sabiex jirċievi dawn ir-​rikjesti li għamel minn qalbu, Ġabes dar lejn l-​Alla li m’għandux idu qasira maʼ dawk li juru fidi fih.—Isaija 59:1.

It-​tielet, Ġabes talab: ‘Ħarisni mill-​gwaj, sabiex ma jagħmillix ħsara.’ L-​espressjoni “sabiex ma jagħmillix ħsara” għandha mnejn tindika li Ġabes ma talabx biex jiskansa l-​gwaj, iżda biex ma jitħalliex jitnikket jew jinħakem mill-​effetti tal-​ħażen.

It-​talba taʼ Ġabes uriet it-​tħassib tiegħu għall-​qima vera u l-​fidi u l-​fiduċja tiegħu f’Semmiegħ it-​talb. Ġeħova kif wieġeb? Dan ir-​rakkont qasir jikkonkludi bil-​kliem: “Għaldaqstant, Alla tah dak li kien talab.”

Semmiegħ it-​talb ma nbidilx. Hu jitgħaxxaq bit-​talb tal-​aduraturi tiegħu. Dawk li jpoġġu l-​fidi u l-​fiduċja tagħhom fih jistgħu jkollhom din l-​assiguranza: “Kulma nitolbuh skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.”—1 Ġwanni 5:14.

[Noti taʼ taħt]

a L-​isem Ġabes jiġi minn għerq li jistaʼ jfisser “uġigħ.”

b It-​Targumi, parafrażijiet bil-​Lhudi tal-​Iskrittura Mqaddsa, ipoġġu kliem Ġabes hekk: “Berikni bi tfal, u kabbar il-​konfini tiegħi b’dixxipli.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja