LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 1/1 p. 18
  • Għandi Ningħaqad maʼ Xi Grupp Reliġjuż?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandi Ningħaqad maʼ Xi Grupp Reliġjuż?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Hemm bżonn li nkunu parti minn reliġjon organizzata?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • 5 Alla Jaċċetta l-Qima Sinċiera Kollha—Huwa Minnu Dan?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Il-mod kif għandek tqim lil Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Tassew Jgħodd X’Reliġjon Għandek
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 1/1 p. 18

Il-​Qarrejja Tagħna Jistaqsu . . .

Għandi Ningħaqad maʼ Xi Grupp Reliġjuż?

▪ Iżżomm lura int milli tingħaqad maʼ xi grupp reliġjuż għax tħossok diżgustat minħabba l-​ipokrisija u l-​firda li hemm fost dawk li jmorru l-​knisja u saħansitra fost il-​membri tal-​kleru? Jekk inhu hekk, qawl Franċiż għandu mnejn jesprimi l-​mod kif tħossok, “Min ikun qrib tal-​knisja spiss ikun ’il bogħod minn Alla.”

Forsi int għandek rispett għall-​Bibbja u tħoss li l-​gvernijiet u l-​individwi għandhom jirrispettaw id-​dritt li xi ħadd jagħmel parti minn grupp reliġjuż. Imma forsi tgħid bejnek u bejn ruħek, ‘Alla veru jgħid li dawk li jridu jqimuh b’mod aċċettabbli għandhom ikunu parti minn reliġjon organizzata?’

It-​tweġiba hi iva. Għala nistgħu nkunu tant ċerti? U l-​organizzazzjonijiet reliġjużi kollha huma aċċettabbli?

Ikkunsidra l-​eżempju taʼ Ġesù. Kien hu jagħmel parti minn reliġjon organizzata? Meta kien għadu żgħir, Ġesù ngħaqad mal-​familja Lhudija tiegħu u maʼ xi oħrajn li kellhom id-​drawwa li jmorru fit-​tempju f’Ġerusalemm biex jieħdu sehem fil-​qima organizzata. (Luqa 2:41-​43) Bħala raġel adult, Ġesù ngħaqad maʼ Lhud oħrajn biex iqim lil Alla fis-​sinagoga taʼ pajjiżu. (Luqa 4:14-​16) Meta kien qed ikellem lil waħda mara li kellha reliġjon differenti, Ġesù qal: “Aħna nqimu dak li nafu.” (Ġwanni 4:22) Hawnhekk, Ġesù wera ċar li hu kien jagħmel parti mir-​reliġjon Lhudija.

Iktar tard, Ġesù qal li peress li l-​Lhud bħala ġens kienu ċaħduh, Alla kien se jiċħad il-​qima falza tagħhom. (Mattew 23:33–24:2) Madankollu, hu indika li dawk li jridu jqimu lil Alla b’mod aċċettabbli għandhom ikunu parti minn grupp organizzat. Hu qal lis-​segwaċi tiegħu: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.” (Ġwanni 13:35) Kif setaʼ dixxiplu taʼ Kristu juri mħabba lejn sħabu jekk maʼ jassoċjax magħhom? Fil-​fatt, Ġesù stqarr ċar u tond li hemm biss żewġ toroq reliġjużi. Waħda minnhom iddeskrivieha bħala triq “wiesgħa u spazjuża” li tieħu “għall-​qerda.” B’kuntrast, hu qal: “Dejjaq hu l-​bieb u mħarbta hi t-​triq li tieħu għall-​ħajja, u ftit huma dawk li jsibuha.”—Mattew 7:13, 14.

Ovvjament, mela, mhux kull triq, jew reliġjon, hi tajba. Il-​Bibbja twissina biex ma ningħaqdux maʼ dawk li “jkollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla imma ma jurux bil-​fatti l-​qawwa tagħha.” Il-​Kelma t’Alla tkompli tgħid, “nies bħal dawn aħrabhom.” (2 Timotju 3:5) Mill-​banda l-​oħra, aħna nibbenefikaw ferm jekk nidentifikaw ruħna u nassoċjaw maʼ dawk li qegħdin fit-​triq li tieħu għall-​ħajja. Aħna niksbu inkuraġġiment u appoġġ issa, u tama sabiħa għall-​futur.—Ebrej 10:24, 25.

Kif tistaʼ tiddetermina liema grupp reliġjuż jinsab f’dik it-​triq id-​dejqa? Għala ma tikkunsidrax it-​tweġibiet ibbażati fuq il-​Bibbja li huma mniżżlin f’kapitlu 15 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?a Dan il-​materjal se jgħinek tagħmel għażla bbażata fuq dak li tgħid il-​Bibbja dwar maʼ liema organizzazzjoni reliġjuża għandek tingħaqad.

[Nota taʼ taħt]

a Pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja