LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 7/1 pp. 24-25
  • X’Inhu l-Iskop t’Alla għall-Art?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhu l-Iskop t’Alla għall-Art?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • X’Inhu l-Iskop t’Alla għall-Art?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • X’Inhu L-Iskop T’Alla Għall-Art?
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • “Narawkom fil-Ġenna tal-art!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • X’Inhu l-​Iskop t’Alla għall-​Art?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 7/1 pp. 24-25

Tgħallem mill-​Kelma t’Alla

X’Inhu l-​Iskop t’Alla għall-​Art?

Dan l-​artiklu jqajjem mistoqsijiet li forsi ġieli staqsejt u juri fejn tistaʼ ssib it-​tweġibiet fil-​Bibbja tiegħek. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jiddiskutu dawn it-​tweġibiet miegħek.

1. X’inhu l-​iskop t’Alla għall-​art?

L-​art hi d-​dar tal-​bnedmin. Wara li ħalaq lill-​anġli biex jgħixu fis-​sema, Alla għamel lill-​bniedem biex igawdi l-​art. (Ġob 38:4, 7) B’hekk, Ġeħova ssetilja lill-​ewwel raġel fi ġnien mill-​isbaħ imsejjaħ Għeden, u ta lilu u lin-​nisel futur tiegħu l-​prospett li jgawdu ħajja taʼ dejjem fuq l-​art.—Ġenesi 2:15-​17; aqra Salm 115:16.

Il-​ġnien tal-​Għeden kien ikopri biss parti żgħira mill-​art. L-​ewwel koppja umana, Adam u Eva, kellhom ikollhom it-​tfal. Hekk kif il-​familja umana żdiedet, kellhom jikkultivaw l-​art u jagħmluha ġenna. (Ġenesi 1:28) L-​art qatt ma se tinqered.—Aqra Salm 104:5.

2. L-​art għala mhijiex ġenna issa?

Adam u Eva m’obdewx lil Alla, u għalhekk tkeċċew mill-​Għeden. Il-​ġenna ntilfet, u ebda bniedem ma rnexxielu jirrestawraha. Il-​Bibbja tgħid: “L-​art f’idejn il-​wieħed mill-​agħar ngħatat.”—Ġob 9:24; aqra Ġenesi 3:23, 24.

Imma Ġeħova ma nesiex l-​iskop oriġinali tiegħu għall-​umanità, u Alla qatt ma jistaʼ jfalli. (Isaija 45:18) Hu se jġedded lir-​razza umana għall-​mod kif riedha tkun.—Aqra Salm 37:11.

3. Alla kif se jerġaʼ jġib il-​paċi fuq l-​art?

Biex l-​umanità tgawdi l-​paċi, Alla l-​ewwel irid jelimina lin-​nies mill-​agħar. Fil-​battalja t’Armageddon, l-​anġli t’Alla se jeqirdu lil dawk kollha li jopponu lil Alla. Satana se jinżamm priġunier għal 1,000 sena, imma n-​nies li jħobbu lil Alla se jsalvaw biex igawdu sistema ġdida fuq l-​art.—Aqra Rivelazzjoni 16:14, 16; 20:1-​3; 21:3, 4.

4. It-​tbatija meta se tintemm?

Matul l-​1,000 sena, Ġesù mis-​sema se jaħkem fuq l-​art u jirrestawraha għal ġenna. Ukoll, se jħassar id-​dnubiet taʼ dawk li jħobbu lil Alla. B’hekk, Ġesù se jelimina l-​mard, ix-​xjuħija, u l-​mewt.—Aqra Isaija 11:9; 25:8; 33:24; 35:1.

Alla meta se jeqred il-​ħażen minn fuq l-​art? Ġesù ta “sinjal” li kellu jindika meta t-​tmiem ikun fil-​qrib. Il-​kundizzjonijiet preżenti tad-​dinja jheddu l-​eżistenza tal-​bniedem u juru li issa qed ngħixu fil-​“konklużjoni tas-​sistema.”—Aqra Mattew 24:3, 7-​14, 21, 22; 2 Timotju 3:1-​5.

5. Min se jgħix fil-​Ġenna tal-​art futura?

Ġesù dderieġa lis-​segwaċi tiegħu biex jagħmlu dixxipli u biex jgħallmuhom il-​modi t’Alla li huma taʼ mħabba. (Mattew 28:19, 20) Madwar id-​dinja, Ġeħova qed iħejji lil miljuni taʼ nies għal ħajja f’sistema ġdida fuq l-​art. (Sofonija 2:3) Fi Swali tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, in-​nies jitgħallmu kif ikunu rġiel miżżewġin u missirijiet aħjar u kif ikunu nisa miżżewġin u ommijiet aħjar. It-​tfal u l-​ġenituri jitgħallmu flimkien dwar il-​bażi biex jemmnu f’futur aħjar.—Aqra Mikea 4:1-​4.

Fis-​Sala tas-​Saltna se tiltaqaʼ maʼ nies li jħobbu lil Alla u li jridu jitgħallmu kif jogħġbuh.—Aqra Ebrej 10:24, 25.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 3 taʼ dan il-​ktieb,Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja