LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 7/1 p. 10
  • Żminijiet Aħjar fil-Futur Qarib!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żminijiet Aħjar fil-Futur Qarib!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Tama Vera għal Futur Aħjar
    Iktar Suġġetti
  • Id-​Dinja Ġdida Meraviljuża li Se Jagħmel Alla
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Għix Għal Dejjem f’Ġenna tal-Art
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi
    Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 7/1 p. 10

Żminijiet Aħjar fil-​Futur Qarib!

“Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar . . . Imma l-​ġwejdin se jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.” —SALM 37:10, 11.

TIXTIEQ taraha sseħħ il-​profezija kwotata hawn fuq? Bla dubju hekk tixtieq. Hemm raġunijiet sodi biex temmen li dalwaqt se sseħħ.

L-​artikli taʼ qabel iddiskutew ftit biss mill-​profeziji tal-​Bibbja li b’mod ċar jindikaw li qed ngħixu “fl-​aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1-​5) Alla nebbaħ lill-​kittieba tal-​Bibbja biex ibassru dawk il-​ġrajjiet sabiex aħna jkollna tama. (Rumani 15:4) It-​twettiq taʼ profeziji bħal dawn ifisser li l-​inkwiet li niffaċċjaw issa dalwaqt se jintemm.

X’se jkun hemm wara l-​aħħar jiem? Is-​Saltna t’Alla se taħkem fuq l-​umanità kollha. (Mattew 6:9) Ikkunsidra d-​deskrizzjoni tal-​Bibbja tal-​kundizzjonijiet fuq l-​art f’dak iż-​żmien:

● Il-​ġuħ se jintemm. “Se jkun hemm ħafna qmuħ fuq l-​art; fuq il-​qċaċet tal-​muntanji jkun hemm iżżejjed.”—Salm 72:16.

● Il-​mard se jintemm. “Ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’”—Isaija 33:24.

● L-​art se tiġi mġedda. “Ix-​xagħri u r-​reġjun bla ilma se jifirħu, u l-​pjanura tad-​deżert se tifraħ u twarrad bħaż-​żagħfran.”—Isaija 35:1.

Dawn huma biss ftit mill-​profeziji inkuraġġanti tal-​Bibbja li se jseħħu dalwaqt. Għax ma titlobx lix-​Xhieda taʼ Ġeħova juruk għala huma daqstant fiduċjużi li hemm żminijiet aħjar fil-​futur qarib?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja