LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 7/1 pp. 18-19
  • Ġieli Ħassejtek Ħuta Barra mill-Ilma?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġieli Ħassejtek Ħuta Barra mill-Ilma?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Huma Rnexxielhom Jgħixu b’Xewka f’Ġisimhom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • David Wera Mħabba Leali
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
  • Punti mit-2 Samwel
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 7/1 pp. 18-19

Għallem lil Uliedek

Ġieli Ħassejtek Ħuta Barra mill-​Ilma?

XI ĦADD li jħossu ħuta barra mill-​ilma hu xi ħadd li oħrajn ma jaċċettawhx bħala parti mill-​grupp tagħhom. Għandu mnejn ikollu kulur tal-​ġilda jew nazzjonalità differenti jew jitkellem u jaġixxi b’mod differenti. Int ġieli tħossok ħuta barra mill-​ilma?—a

Ejja nitkellmu dwar raġel li ħassu hekk. Kien jismu Mefiboset. Ejja nitgħallmu min kien u għala ħassu ħuta barra mill-​ilma. Jekk int ġieli tħossok hekk, tistaʼ titgħallem ħafna minn Mefiboset.

Mefiboset kien bin Ġonatan, il-​ħabib għażiż taʼ David. Qabel ma miet fil-​gwerra, Ġonatan qal lil David: ‘Kun qalbek tajba maʼ wliedi.’ David sar sultan. Snin wara ftakar fil-​kliem taʼ Ġonatan, u Mefiboset kien għadu ħaj. Meta kien żgħir, kellu inċident ikrah. Bilkemm setaʼ jimxi għall-​kumplament taʼ ħajtu. Tistaʼ tara għala forsi ħassu ħuta barra mill-​ilma?—

David ried juri qalb tajba maʼ bin Ġonatan. Allura David għamel arranġamenti biex Mefiboset ikollu dar ħdejn tiegħu f’Ġerusalemm, u dejjem kellu post merfugħ għalih mal-​mejda taʼ David. Ir-​raġel Siba, flimkien maʼ wliedu subien u l-​qaddejja tiegħu, ngħata lil Mefiboset biex ikun il-​qaddej tiegħu. David verament onora lil bin Ġonatan! Taf x’ġara mbagħad?—

David inqalagħlu l-​inkwiet f’daru. Absalom, wieħed mit-​tfal taʼ David, dar kontrih u pprova jkun sultan. David kellu jaħrab biex isalva ħajtu. Mefiboset xtaq imur maʼ David meta ħafna oħrajn marru. Dawn il-​ħbieb taʼ David kien jafu li hu kien is-​sultan bi dritt. Imma Mefiboset ma setax imur għax bilkemm setaʼ jimxi.

Imbagħad Siba qal lil David li Mefiboset ma marx magħhom għax fir-​realtà ried ikun sultan hu. David emmen din il-​gidba! Allura ta lil Siba l-​proprjetà kollha taʼ Mefiboset. David ma damx ma rebaħ il-​gwerra kontra Absalom u mar lura Ġerusalemm. Issa David semaʼ n-​naħa taʼ Mefiboset. David iddeċieda li Mefiboset u Siba għandhom jaqsmu l-​proprjetà. X’taħseb li għamel Mefiboset?—

Ma gergirx li d-​deċiżjoni taʼ David ma kinitx ġusta. Mefiboset kien jaf li s-​sultan kellu bżonn il-​paċi sabiex ikun jistaʼ jagħmel xogħlu sew. Allura qal li Siba setaʼ jżomm il-​proprjetà kollha. Dak li verament kien importanti għal Mefiboset kien li David, il-​qaddej taʼ Ġeħova, kien lura Ġerusalemm bħala s-​sultan.

Mefiboset sofra ħafna. Spiss ħassu ħuta barra mill-​ilma. Imma Ġeħova ħabbu u ħa ħsiebu. X’nistgħu nitgħallmu minn dan?— Anki meta nagħmlu t-​tajjeb, xi wħud jistgħu jigdbu dwarna. Ġesù qal: “Jekk id-​dinja tobgħodkom, tafu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom.” In-​nies saħansitra qatlu lil Ġesù! Nistgħu nkunu ċerti li jekk nagħmlu s-​sewwa, l-​Alla l-​veru, Ġeħova, se jħobbna—u Ibnu, Ġesù, se jħobbna wkoll.

Aqra mill-​Bibbja tiegħek

  • L-​1 Samwel 20:15-​17, 41, 42

  • It-​2 Samwel 4:4; 9:1-​10; 19:24-​30

  • Ġwanni 15:⁠18

a Jekk qed taqra mat-​tfal, is-​sinjal qiegħed hemm biex ifakkrek li għandek tieqaf u tinkuraġġixxi lit-​tfal jesprimu ruħhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja