LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 6/15 pp. 11-15
  • Alla Jirrikkmandalna Mħabbtu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Jirrikkmandalna Mħabbtu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Imħabba t’Alla Kontra d-​Dnub
  • Dak li Alla Pprovda Permezz taʼ Ġesù Kristu
  • Ħelsien Ibbażat fuq il-​Fidwa
  • L-​Imħabba t’Alla Murija lil Oħrajn
  • Gawdi Waqfa Ġusta Issa
  • Il-​Fidwa​—L-​Aqwa Rigal Mingħand Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-fidwa—L-aqwa rigal mingħand Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • X’inhu l-aqwa rigal?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Il-Mewt taʼ Ġesù Xi Tfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 6/15 pp. 11-15

Alla Jirrikkmandalna Mħabbtu

“Il-​qalb tajba mhix mistħoqqa [se] ssaltan bil-​ġustizzja għall-​ħajja taʼ dejjem.”—RUM. 5:21.

1, 2. Liema żewġ għotjiet jistgħu jiġu kunsidrati, u liema hi l-​akbar minnhom?

PROFESSUR mill-​Università taʼ Melbourne, l-​Awstralja, kiteb li l-​liġijiet tal-​Imperu Ruman huma għotja li għandha valur dejjiemi għaċ-​ċivilizzazzjoni. Madankollu, il-​Bibbja tgħallem li Alla tana għotja bil-​wisq iktar taʼ valur u taʼ mħabba. Din l-​għotja hi mezz divin biex ikollok waqfa approvata u ġusta quddiem Alla u l-​prospett taʼ salvazzjoni u ħajja taʼ dejjem.

2 F’ċertu sens, kien hemm aspetti legali dwar kif Alla għamel din l-​għotja disponibbli. F’Rumani kapitlu 5, l-​appostlu Pawlu ma ppreżentax dawn l-​aspetti bħala trattat legalistiku tedjanti. Minflok, beda b’din l-​assiguranza eċċitanti: “Ġejna dikjarati ġusti minħabba l-​fidi, [u allura] ħa ngawdu l-​paċi m’Alla permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.” Dawk li jirċievu l-​għotja t’Alla jiġu mqanqlin biex iħobbuh lura. Pawlu kien wieħed minn dawn. Hu kiteb: “L-​imħabba t’Alla tferrgħet fi qlubna permezz taʼ l-​ispirtu qaddis.”—Rum. 5:1, 5.

3. Liema mistoqsijiet iqumu loġikament?

3 Però, għala kienet neċessarja din l-​għotja taʼ mħabba? Alla kif setaʼ joffriha b’mod ġust u rett? U individwi xi jridu jagħmlu biex jikkwalifikaw għaliha? Ejja nsibu t-​tweġibiet sodisfaċenti u naraw kif jenfasizzaw l-​imħabba t’Alla.

L-​Imħabba t’Alla Kontra d-​Dnub

4, 5. (a) Ġeħova b’liema mod kbir esprima mħabbtu? (b) Għarfien taʼ liema sfond jippermettilna nifhmu Rumani 5:12?

4 F’att taʼ mħabba kbira, Ġeħova bagħat lill-​Iben uniġenitu tiegħu biex jgħin lill-​bnedmin. Pawlu esprimieha b’dan il-​mod: “Alla jirrikkmandalna mħabbtu għax, waqt li konna għadna midinbin, Kristu miet għalina.” (Rum. 5:8) Aħseb dwar fatt wieħed imsemmi hawnhekk: “Konna għadna midinbin.” Kulħadd għandu bżonn ikun jaf kif dan seħħ.

5 Pawlu ġabar il-​kwistjoni fil-​qosor, billi beda b’dan il-​punt: “Permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għax kollha dinbu.” (Rum. 5:12) Aħna qegħdin f’pożizzjoni biex nifhmu dan għax Alla ġiegħel li jitniżżel rekord bil-​miktub dwar kif bdiet il-​ħajja umana. Ġeħova ħalaq żewġ bnedmin, Adam u Eva. Il-​Ħallieq hu perfett, u anki dawk l-​ewwel żewġ bnedmin, l-​antenati tagħna, kienu perfetti. Alla tahom kmand restrittiv wieħed biss u qalilhom li jekk ma jobdux din il-​liġi kienu se jingħataw is-​sentenza tal-​mewt. (Ġen. 2:17) Madankollu, għażlu li jaġixxu b’mod mill-​agħar, billi kisru l-​kmand raġunevoli t’Alla, u b’hekk ċaħduh bħala l-​Leġislatur u s-​Sovran.—Dt. 32:4, 5.

6. (a) Id-​dixxendenti t’Adam għala mietu kemm qabel u kemm wara li Alla ta l-​Liġi Mosajka? (b) X’jistaʼ jiġi mxebbah maʼ mard li jintiret?

6 Kien biss wara li Adam sar midneb li kellu t-​tfal, u b’hekk għadda d-​dnub u l-​effetti kollha tiegħu lilhom ilkoll. M’għandniex xi ngħidu, huma ma kinux kisru l-​liġi divina bħalma kien għamel Adam, u allura ma ġewx akkużati bl-​istess dnub; lanqas ma kienet għadha ngħatat xi kodiċi tal-​liġi. (Ġen. 2:17) Xorta waħda, id-​dixxendenti t’Adam wirtu d-​dnub. B’hekk, id-​dnub u l-​mewt ħakmu saż-​żmien meta Alla ta lill-​Iżraelin kodiċi tal-​liġi, li biċ-​ċar uriet li kienu midinbin. (Aqra Rumani 5:13, 14.) L-​effett tad-​dnub li jintiret jistaʼ jiġi mxebbah maʼ ċertu mard li nistgħu nirtu mingħand il-​ġenituri tagħna. Avolja xi tfal f’familja jirtu xi marda mingħand il-​ġenituri tagħhom, forsi mhux it-​tfal kollha f’dik il-​familja jirtu din il-​marda. Imma dan mhuwiex il-​każ fejn jidħol id-​dnub. Ilkoll writna d-​dnub mingħand Adam, u minħabba f’hekk ilkoll se mmutu. Tistaʼ din is-​sitwazzjoni traġika qatt tingħeleb?

Dak li Alla Pprovda Permezz taʼ Ġesù Kristu

7, 8. Il-​ħajja taʼ żewġt irġiel perfetti, kif wasslet għal riżultati differenti?

7 Ġeħova bi mħabba għamel provvediment għall-​bnedmin biex jegħlbu d-​dnub li jintiret. Pawlu spjega li dan kien possibbli permezz taʼ bniedem ieħor, raġel perfett li ġie iktar tard—f’ċertu sens, Adam ieħor. (1 Kor. 15:45) Imma l-​ħajja taʼ kull wieħed miż-​żewġt irġiel perfetti wasslet għal riżultati differenti ferm. Kif?—Aqra Rumani 5:15, 16.

8 “L-​għotja m’hijiex bħalma kien in-​nuqqas,” kiteb Pawlu. Adam kien ħati taʼ dan in-​nuqqas, u b’mod ġust ngħata sentenza kerha—miet. Però, ma kienx l-​uniku wieħed li miet. Naqraw: “Bin-​nuqqas taʼ bniedem wieħed mietu ħafna.” Skont il-​livelli tal-​ġustizzja t’Alla, in-​nisel imperfett kollu t’Adam, inkluż aħna, kien ħaqqu l-​istess sentenza li ngħata Adam. Xorta waħda, nistgħu niksbu faraġ mill-​fatt li nafu li r-​raġel perfett, Ġesù, setaʼ jipproduċi riżultat oppost. X’inhu r-​riżultat? Naraw it-​tweġiba meta Pawlu semma “li [bnedmin taʼ kull xorta] jiġu dikjarati ġusti għall-​ħajja.”—Rum. 5:18.

9. Alla x’kien qed jagħmel meta ddikjara lill-​bnedmin ġusti, bħalma ssemma f’Rumani 5:16, 18?

9 X’inhu s-​sens tal-​kliem Grieg wara l-​espressjonijiet “dikjarazzjoni taʼ ġustizzja” u “dikjarati ġusti”? Traduttur tal-​Bibbja kiteb hekk dwar l-​idea: “Hi metafora legali li toħroġ punt li hu kważi legali. Titkellem dwar bidla fl-​istat taʼ persuna b’konnessjoni m’Alla, mhux dwar bidla ġewwinija fil-​persuna . . . Fil-​metafora, Alla hu l-​imħallef li wasal għal deċiżjoni favur l-​akkużat, li kien inġieb quddiem il-​qorti t’Alla, biex ngħidu hekk, fuq akkuża taʼ inġustizzja. Imma Alla jeħles lill-​akkużat.”

10. Ġesù x’għamel li pprovda l-​bażi għall-​bnedmin biex jiġu dikjarati ġusti?

10 “L-​Imħallef taʼ l-​art kollha” fuq liema bażi setaʼ jeħles lil persuna mhix ġusta? (Ġen. 18:25) Alla ħejja l-​pedament billi bagħat lill-​Iben uniġenitu tiegħu fuq l-​art. Ġesù għamel ir-​rieda taʼ Missieru b’mod perfett, minkejja t-​tentazzjonijiet, it-​twaqqigħ għaċ-​ċajt estrem, u l-​abbuż. Żamm l-​integrità tiegħu saħansitra sal-​punt li miet fuq zokk tat-​tortura. (Ebr. 2:10) Billi ssagrifika l-​ħajja umana perfetta tiegħu, Ġesù offra fidwa li setgħet teħles, jew tifdi, lin-​nisel t’Adam mid-​dnub u l-​mewt.—Mt. 20:28; Rum. 5:6-​8.

11. Il-​fidwa hi bbażata fuq liema ekwivalenza?

11 F’vers ieħor, Pawlu sejħilha “fidwa ekwivalenti.” (1 Tim. 2:6) X’kienet l-​ekwivalenza? Adam ġab l-​imperfezzjoni u l-​mewt fuq biljuni, id-​dixxendenti kollha tiegħu. Huwa minnu li Ġesù, bħala bniedem perfett, setaʼ kien is-​sors taʼ biljuni taʼ dixxendenti perfetti.a Għalhekk, kien mifhum li taħlita tal-​ħajja taʼ Ġesù u dik tad-​dixxendenti perfetti potenzjali tiegħu fformat sagrifiċċju ekwivalenti għal dak t’Adam u d-​dixxendenti imperfetti tiegħu. Madankollu, il-​Bibbja ma tgħidx li kwalunkwe nisel potenzjali taʼ Ġesù fforma parti mill-​fidwa. Rumani 5:15-​19 joħroġ il-​punt li l-​mewt taʼ “bniedem wieħed” ipprovda l-​ħelsien. Iva, il-​ħajja perfetta taʼ Ġesù kienet ekwivalenti għal dik t’Adam. L-​iffokar hu, u hekk għandu jkun, fuq Ġesù Kristu waħdu. Għall-​bnedmin taʼ kull xorta sar possibbli li jirċievu l-​għotja b’xejn u l-​ħajja minħabba “att wieħed taʼ ġustifikazzjoni” taʼ Ġesù, il-​ħajja tiegħu t’ubbidjenza u integrità saħansitra sal-​mewt. (2 Kor. 5:14, 15; 1 Pt. 3:18) Dan ir-​riżultat kif seħħ?

Ħelsien Ibbażat fuq il-​Fidwa

12, 13. Dawk li huma dikjarati ġusti għala għandhom bżonn il-​ħniena u l-​imħabba t’Alla?

12 Alla Ġeħova aċċetta s-​sagrifiċċju tal-​fidwa li offra Ibnu. (Ebr. 9:24; 10:10, 12) Xorta waħda, id-​dixxipli taʼ Ġesù fuq l-​art, inkluż l-​appostli leali tiegħu, baqgħu imperfetti. Għalkemm stinkaw biex jevitaw li jagħmlu l-​ħażen, mhux dejjem irnexxielhom. Għala? Għax kienu wirtu d-​dnub. (Rum. 7:18-​20) Imma Alla setaʼ jagħmel xi ħaġa dwar dan, u hekk għamel. Hu aċċetta l-​“fidwa ekwivalenti” u kien lest li japplikaha għan-​nom tal-​qaddejja umani tiegħu.

13 Alla ma kienx obbligat lejn l-​appostli u oħrajn biex japplika l-​fidwa għax kienu wettqu ċerti għemejjel tajbin. Minflok, Alla applika l-​fidwa għan-​nom tagħhom sforz il-​ħniena u l-​imħabba kbira tiegħu. Għażel li jeħles lill-​appostli u oħrajn mill-​ġudizzju kontrihom, billi jqishom bħala li kienu meħlusin mill-​ħtija li tintiret. Pawlu għamel dan ċar: “B’din il-​qalb tajba mhix mistħoqqa ġejtu salvati permezz tal-​fidi; u dan mhux bis-​saħħa tagħkom, imma hi l-​għotja t’Alla.”—Efes. 2:8.

14, 15. Liema premju tqiegħed quddiem dawk li Alla ddikjarahom ġusti, imma x’kellhom jagħmlu xorta waħda?

14 Aħseb dwar x’għotja hi din, li Dak li Jistaʼ Kollox jaħfer id-​dnub li individwu wiret kif ukoll in-​nuqqasijiet li kkommetta! Ma tistax tgħodd kemm ikkommettew dnubiet individwi qabel ma saru Kristjani; madankollu, fuq il-​bażi tal-​fidwa, Alla jistaʼ jaħfer dawn id-​dnubiet. Pawlu kiteb: “L-​għotja rriżultat minn ħafna nuqqasijiet f’dikjarazzjoni taʼ ġustizzja.” (Rum. 5:16) L-​appostli u oħrajn li rċivew din l-​għotja kollha mħabba (li jiġu dikjarati ġusti) kien se jkollhom ikomplu jqimu lill-​Alla l-​veru bil-​fidi. B’liema premju fil-​futur? “Dawk li jirċievu l-​abbundanza tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa u taʼ l-​għotja b’xejn tal-​ġustizzja se jsaltnu fil-​ħajja permezz taʼ persuna waħda, Ġesù Kristu.” Tabilħaqq, l-​għotja tal-​ġustizzja taħdem bil-​kontra. Ir-​riżultat tal-​għotja hu l-​ħajja.—Rum. 5:17; aqra Luqa 22:28-​30.

15 Dawk li jirċievu din l-​għotja, li jiġu dikjarati ġusti, isiru l-​ulied spiritwali t’Alla. Bħala werrieta sħab maʼ Kristu għandhom il-​prospett li jiġu rxoxtati lejn is-​sema bħala wlied spirti veri biex “isaltnu” maʼ Ġesù Kristu.—Aqra Rumani 8:15-​17, 23.

L-​Imħabba t’Alla Murija lil Oħrajn

16. Dawk li għandhom it-​tama għall-​art, x’għotja jistgħu jirċievu saħansitra issa?

16 Mhux kull min jeżerċita l-​fidi u jaqdi lil Alla bħala Kristjan leali jistenna li ‘jsaltan’ maʼ Kristu fis-​sema. Ħafna għandhom tama bbażata fuq il-​Bibbja simili għal dik li kellhom il-​qaddejja t’Alla qabel il-​Kristjanità. Jittamaw li jgħixu għal dejjem fuq art magħmula ġenna. Jistgħu huma saħansitra issa jirċievu għotja kollha mħabba mingħand Alla, u b’hekk jitqiesu minnu bħala li huma ġusti b’ħajja fuq l-​art quddiemhom? Skont dak li kiteb Pawlu lir-​Rumani, it-​tweġiba rassiguranti hi iva!

17, 18. (a) Meta nqisu l-​fidi t’Abraham, Alla kif ikkunsidrah? (b) Ġeħova kif setaʼ jqis lil Abraham bħala li hu ġust?

17 Pawlu ddiskuta eżempju prim, Abraham, raġel taʼ fidi li għex qabel ma Ġeħova pprovda kodiċi tal-​liġi lil Iżrael u ħafna qabel ma Kristu fetaħ it-​triq għall-​ħajja fis-​sema. (Ebr. 10:19, 20) Naqraw: “Ma kienx permezz tal-​liġi li Abraham jew nislu ngħata l-​wegħda li se jkun werriet tad-​dinja, imma kien permezz tal-​ġustizzja minħabba l-​fidi.” (Rum. 4:13; Ġak. 2:23, 24) B’hekk, Alla qies lil-​leali Abraham bħala li kien ġust.—Aqra Rumani 4:20-​22.

18 Dan ma jistax ifisser li Abraham ma dinibx waqt li kien jaqdi lil Ġeħova tul is-​snin. Le, ma kienx ġust f’dak is-​sens. (Rum. 3:10, 23) Madankollu, fl-​għerf bla limitu tiegħu, Ġeħova kkunsidra l-​fidi eċċezzjonali t’Abraham u l-​għemejjel tiegħu li rriżultaw minn din il-​fidi. B’mod partikulari, Abraham eżerċita l-​fidi fin-​‘nisel’ imwiegħed li kellu jiġi mil-​linja tiegħu. Dan in-​Nisel kien il-​Messija, jew Kristu. (Ġen. 15:6; 22:15-​18) Għalhekk, fuq il-​bażi tal-​“fidwa mħallsa minn Kristu Ġesù,” l-​Imħallef divin jistaʼ jaħfer dnubiet li seħħew fil-​passat. B’hekk, Abraham u rġiel oħrajn taʼ fidi fi żminijiet qabel il-​Kristjanità se jingħataw irxoxt.—Aqra Rumani 3:24, 25; Salm 32:1, 2.

Gawdi Waqfa Ġusta Issa

19. Il-​ħarsa t’Alla lejn Abraham, għala għandha tqawwi qalb ħafna llum?

19 Il-​fatt li l-​Alla taʼ mħabba qies lil Abraham bħala li hu ġust għandu jqawwi qalb il-​Kristjani veri llum. Ġeħova ma ddikjarahx ġust fis-​sens li jiddikjara lil dawk li jidlek bl-​ispirtu biex ikunu “werrieta bi sħab maʼ Kristu.” Dawk li jifformaw dan il-​grupp, li hu numru limitat, huma “msejħin biex ikunu qaddisin” u huma aċċettati bħala “wlied Alla.” (Rum. 1:7; 8:14, 17, 33) B’kuntrast, Abraham sar “il-​ħabib taʼ Ġeħova”—u dan kien qabel ma ġie offrut is-​sagrifiċċju tal-​fidwa. (Ġak. 2:23; Is. 41:8) Mela, xi ngħidu għall-​Kristjani veri li jittamaw li jgħixu fil-​Ġenna tal-​art restawrata?

20. Alla x’jistenna minn dawk li llum iqishom bħala li huma ġusti, bħalma qies lil Abraham?

20 Dawn ma rċivewx “l-​għotja b’xejn tal-​ġustizzja” bil-​ħajja fis-​sema quddiemhom “permezz tal-​ħelsien bil-​fidwa mħallsa minn Kristu Ġesù.” (Rum. 3:24; 5:15, 17) Minkejja dan, huma jeżerċitaw il-​fidi profonda f’Alla u fil-​provvedimenti tiegħu, u juru l-​fidi tagħhom b’għemejjel tajbin. Wieħed minn dawn l-​għemejjel hu ‘l-​ippridkar tas-​saltna t’Alla u t-​tagħlim fuq il-​Mulej Ġesù Kristu.’ (Atti 28:31) B’hekk, Ġeħova jistaʼ jqis lil dawn bħala li huma ġusti fis-​sens li qies lil Abraham ġust. L-​għotja li jirċievu dawn l-​uħud—il-​ħbiberija m’Alla—hi differenti mill-​“għotja b’xejn” li jirċievu l-​midlukin. Madankollu, ċertament li hi għotja li jaċċettaw bi gratitudni mill-​qalb.

21. Liema benefiċċji huma disponibbli grazzi għall-​imħabba u l-​ġustizzja taʼ Ġeħova?

21 Jekk it-​tama tiegħek hi li tgawdi l-​ħajja taʼ dejjem fuq l-​art, għandek tirrealizza li ma ngħatajtx din l-​opportunità minħabba xi att kapriċċuż minn xi ħakkiem uman. Minflok, din l-​opportunità tirrifletti l-​iskop għaqli tas-​Sovran Universali. Ġeħova ħa passi progressivi biex iwettaq l-​iskop tiegħu. Dawn il-​passi huma fi qbil mal-​ġustizzja vera. Iktar minn hekk, irriflettew l-​imħabba kbira t’Alla. Pawlu bir-​raġun setaʼ jgħid: “Alla jirrikkmandalna mħabbtu għax, waqt li konna għadna midinbin, Kristu miet għalina.”—Rum. 5:8.

[Nota taʼ taħt]

a Pereżempju, din il-​ħarsa li tinvolvi dixxendenti, jew nisel, kienet inkluża fil-​ktieb Insight on the Scriptures, Volume 2, paġna 736, paragrafi 4 u 5.

Tiftakar Int?

• In-​nisel t’Adam x’wirt irċieva, u b’liema riżultat?

• Kif ġiet provduta fidwa ekwivalenti, u f’liema sens kien hemm ekwivalenza?

• L-​għotja li tiġi dikjarat ġust xi prospett ġabitlek lilek?

[Stampa f’paġna 13]

Ir-​raġel perfett Adam dineb. Ir-​raġel perfett Ġesù offra “fidwa ekwivalenti”

[Stampa f’paġna 15]

X’aħbar tajba —permezz taʼ Ġesù nistgħu niġu dikjarati ġusti!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja