LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 10/1 pp. 30-31
  • Kif Tirreżisti t-Tentazzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tirreżisti t-Tentazzjoni
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Akkużat b’Mod Falz!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Il-Qerda taʼ Sodoma u Gomorra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ġesù Jirreżisti t-Tentazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ġesù Jimpressjona lis-Semmiegħa Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 10/1 pp. 30-31

Għaż-​Żgħażagħ

Kif Tirreżisti t-​Tentazzjoni

ĠUŻEPPI—L-​EWWEL PARTI

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-​ġrajja. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri. Aħseb dwar ir-​rakkont bħallikieku huwa reali.

Karattri prinċipali: Ġużeppi, mart Potifar

Sommarju: Ġużeppi jirreżisti t-​tentazzjoni biex ikollu x’jaqsam maʼ mart Potifar.

1 ANALIZZA X-​XENA.​—AQRA ĠENESI 39:1-​12.

Iddeskrivi d-​dar lussuża taʼ Potifar kif timmaġinaha int.

․․․․․

Kif timmaġina li kien jidher Ġużeppi? (Ħjiel: Erġaʼ aqra vers 6.)

․․․․․

Liema emozzjonijiet taħseb li kien hemm f’leħen Ġużeppi hekk kif tkellem maʼ mart Potifar f’versi 8 u 9?

․․․․․

2 ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

Għala setgħet kienet taʼ tentazzjoni għal Ġużeppi li jagħmel kompromess fil-​morali tiegħu? (Ħjiel: Aqra Filippin 2:12, u aħseb dwar iċ-​ċirkustanzi taʼ Ġużeppi. Pereżempju, f’dak il-​ħin fejn kienu l-​membri tal-​familja taʼ Ġużeppi u l-​aduraturi sħabu taʼ Ġeħova?)

․․․․․

Għala taħseb li Ġużeppi ħass li kien ikun qed jidneb kontra Alla li kieku kellu jikkommetti adulterju meta, sa dak iż-​żmien, ma kien hemm l-​ebda liġi minn Alla kontra l-​adulterju? (Ħjiel: Aqra u mmedita fuq l-​iskritturi li ġejjin: Ġenesi 2:24; 12:17, 18; Rumani 2:14, 15; u Ebrej 5:14.)

․․․․․

3 APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .

Ir-​rabta li hemm bejn ir-​rażan u d-​dinjità.

․․․․․

Il-​benefiċċji li jiġu għand dawk li jżommu mal-​livelli morali t’Alla.

․․․․․

Il-​bżonn li tħarreġ “is-​sensi” tiegħek. (Ebrej 5:14)

․․․․․

MODI OĦRAJN KIF JAPPLIKA.

F’liema qasam (jew oqsma) tal-​ħajja tistaʼ tkun iktar determinat meta tiġi biex tirreżisti t-​tentazzjoni sesswali? (Ħjiel: Aqra u mmedita fuq Ġob 31:1; Salm 119:37; Efesin 5:3, 4.)

․․․․․

4 LIEMA ASPETT F’DAN IR-​RAKKONT HU L-​IKTAR SINIFIKANTI GĦALIK, U GĦALA?

․․․․․

Jekk m’għandekx Bibbja, staqsi lix-​Xhieda taʼ Ġeħova għal waħda, jew aqraha fuq is-​sit www.watchtower.org

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja