LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w12 10/15 p. 32
  • Inkuraġġiment “Minn Fomm it-Tfal”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Inkuraġġiment “Minn Fomm it-Tfal”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Materjal Simili
  • Battalja Legali Twila Tispiċċa b’Rebħa!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Ġenituri, għinu lil uliedkom jibnu l-​fidi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Għin liż-Żgħar Isiru Familjari mal- Organizzazzjoni taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
w12 10/15 p. 32

Inkuraġġiment “Minn Fomm it-​Tfal”

F’Diċembru tal-​2009, minħabba deċiżjoni appoġġata mill-​Qorti Suprema tar-​Russja, ingħalqet l-​organizzazzjoni reliġjuża tax-​Xhieda taʼ Ġeħova f’Taganrog, ir-​Russja. Is-​Sala tas-​Saltna ttieħdet mingħand ix-​Xhieda, u 34 mill-​pubblikazzjonijiet tagħna tqiesu bħala li kienu perikolużi għall-​pubbliku. Fil-​Websajt uffiċjali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova tpoġġa rapport dwar dan flimkien maʼ ritratti taʼ Xhieda f’Taganrog, inkluż tfal żgħar.

Ftit xhur wara, iċ-​Ċentru Amministrattiv tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fir-​Russja rċieva kaxxa u ittra mingħand familja taʼ Xhieda fi Queensland, l-​Awstralja, li kienu raw ir-​rapport dwar id-​deċiżjoni tal-​Qorti. L-​ittra kienet tgħid: “Għeżież Aħwa, Qalb uliedna, Cody u Larissa, verament intmesset meta raw il-​fidi u l-​provi taʼ sħabna fir-​Russja. Kitbu xi kartolini u ittri, u għamilna pakkett żgħir b’xi rigali li nixtiequ nibagħtu lit-​tfal f’Taganrog, sempliċement biex ikunu jafu li ’l bogħod ħafna minnhom hemm tfal oħra li wkoll qed jaqdu lil Ġeħova bil-​lealtà u li qed jaħsbu fihom. Jibagħtulhom ilkoll tgħanniqa kbira u l-​imħabba tagħhom.”

Malli rċivew ir-​rigali, it-​tfal f’Taganrog kitbu ittri u pinġew stampi biex jirringrazzjaw lill-​familja fl-​Awstralja. Xhud li qed jaqdi fil-​fergħa tar-​Russja tant kien imqanqal mill-​inkuraġġiment li ġie “minn fomm it-​tfal” li kiteb lil Cody u Larissa. Qalilhom: “Tistgħu timmaġinaw kemm hi xi ħaġa kerha kemm għat-​tfal kif ukoll għall-​adulti meta jiġu kastigati għal xi ħaġa li ma jkunux għamlu. Ħutna f’Taganrog m’għamlu xejn ħażin, imma s-​Sala tas-​Saltna tagħhom itteħditilhom. Għalhekk, għandhom qalbhom sewda ħafna. Se tkun inkuraġġanti ferm għalihom li jkunu jafu li xi ħadd min-​naħa l-​oħra tad-​dinja qed jaħseb fihom. Grazzi tal-​ispirtu ġeneruż u taʼ mħabba tagħkom!”​—Salm 8:2.

Aħna tassew nagħmlu parti minn fratellanza globali, u mħabbitna għal xulxin tgħinna nkampaw mal-​provi u d-​diffikultajiet tal-​ħajja! Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ġew akkużati li jħeġġu lin-​nies biex jobogħdu lil xulxin. Imma t-​tfal tagħna f’pajjiżi differenti u taʼ kulturi differenti wrew l-​imħabba u t-​tħassib li għandhom għal xulxin. L-​attitudni tagħhom turi kemm hu minnu kliem Ġesù: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.”​—Ġw. 13:35.

[Stampi f’paġna 32]

It-​tfal fir-​Russja (xellug) li rċivew rigali mingħand it-​tfal fl-​Awstralja (lemin)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja