LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 5/15 p. 13
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Is-salib
    Stenbaħ!—2017
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sultan innoċenti jbati fuq iz-zokk
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 5/15 p. 13

MISTOQSIJIET MILL-​QARREJJA

Kienu l-​Iżraelin joqtlu lill-​kriminali billi jdendluhom maʼ zokk?

Ħafna popli fi żminijiet tal-​qedem kienu joqtlu lil ċerti kriminali billi jsammruhom maʼ zokk jew arblu. Ir-​Rumani kienu jorbtu jew isammru bniedem bħal dan mal-​oġġett tat-​tortura, u għandu mnejn kien jibqaʼ ħaj diversi ġranet sakemm ma jkunx jistaʼ jissaporti iżjed l-​uġigħ, l-​għatx, il-​ġuħ, u l-​elementi. Ir-​Rumani kienu jqisu t-​tismir maʼ zokk bħala kastig taʼ mistħija li kien jingħata biss lill-​agħar kriminali.

Xi ngħidu għall-​ġens taʼ Iżrael tal-​qedem? Kienu l-​Iżraelin joqtlu lill-​kriminali billi jdendluhom maʼ zokk? Il-​Liġi Mosajka qalet: “Jekk xi raġel jagħmel dnub li jistħoqqlu s-​sentenza tal-​mewt, u jingħata l-​mewt, u int iddendlu maʼ zokk, il-​ġisem mejjet tiegħu m’għandux jibqaʼ l-​lejl kollu mdendel maz-​zokk; imma qis li tidfnu dak il-​jum stess.” (Dt. 21:22, 23) Għalhekk, milli jidher, fi żmien l-​Iskrittura Ebrajka, bniedem li kien jistħoqqlu l-​mewt kien l-​ewwel jinqatel u mbagħad jiddendel maʼ zokk jew siġra.

Rigward dan, Levitiku 20:2 jgħid: “Kull raġel minn ulied Israel, u kull resident barrani li jgħammar bħala barrani f’Israel, li jagħti lil xi ħadd minn uliedu lil Molek, żgur li għandu jingħata l-​mewt. In-​nies tal-​pajjiż għandhom iħaġġruh sakemm imut.” Dawk li kienu “medji taʼ l-​ispirti” jew li kellhom “spirtu taʼ tbassir” ukoll kellhom jinqatlu. Kif? Billi “jħaġġruhom.”—Lev. 20:27.

F’​Dewteronomju 22:23, 24 naqraw: “Jekk ikun hemm tfajla verġni mgħarrsa maʼ raġel, u raġel ieħor isibha fil-​belt u jimtedd magħha, oħorġuhom it-​tnejn li huma fil-​bieb taʼ dik il-​belt u ħaġġruhom sakemm imutu, it-​tfajla għar-​raġuni li ma werżqitx fil-​belt, u r-​raġel għar-​raġuni li umilja lil mart sieħbu. Għalhekk, trid teqred il-​ħażen minn ġo nofsok.” Mela, fost l-​Iżraelin tal-​bidu, it-​tħaġġir kien il-​metodu prinċipali kif kienu jinqatlu dawk ħatja taʼ delitt ikrah.a

Milli jidher, fi żmien l-​Iskrittura Ebrajka, bniedem li kien jistħoqqlu l-​mewt kien l-​ewwel jinqatel u mbagħad jiddendel maʼ zokk jew siġra

Dewteronomju 21:23 jgħid li “min jiġi mdendel ikun xi ħaġa misħuta minn Alla.” Il-​wiri fil-​pubbliku tal-​ġisem mejjet tal-​bniedem vili ‘misħut minn Alla’ żgur li ħalla effett fuq l-​Iżraelin. Tabilħaqq, ġisem taʼ individwu bħal dan imdendel maʼ zokk jew siġra serva bħala twissija għal oħrajn.

a Ħafna studjużi jaqblu li taħt il-​Liġi, kriminal kien jiġi maqtul qabel ma jkunu dendlu ġismu maʼ zokk. Madankollu, hemm evidenza li sal-​ewwel seklu, il-​Lhud kienu jdendlu lil xi kriminali ħajjin maʼ zokk u jħalluhom imutu hemmhekk.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja