LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 7/1 pp. 12-13
  • X’Nistgħu Nitgħallmu Minn Kriminal?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Nistgħu Nitgħallmu Minn Kriminal?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • “Narawkom fil-Ġenna tal-art!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • “Int Tkun fil-Ġenna Miegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Min Se Jiġi Rxoxtat? Fejn Se Jgħixu?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • X’Inhu l-Iskop t’Alla għall-Art?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 7/1 pp. 12-13

GĦALLEM LIL ULIEDEK

X’Nistgħu Nitgħallmu Minn Kriminal?

Il-​kriminal li nistgħu nitgħallmu minnu huwa dak li Ġesù qed ikellem fl-​istampa. Dan il-​kriminal qed jiddispjaċih għall-​affarijiet ħżiena li għamel. Hu jgħid lil Ġesù: “Ftakar fija meta tidħol fis-​saltna tiegħek.” Issa bħalma tistaʼ tara fl-​istampa, Ġesù qed ikellem lil dan il-​kriminal. Taf x’qed jgħidlu Ġesù?—a Ġesù qed iwiegħdu: “Tassew ngħidlek illum, int tkun fil-​Ġenna miegħi.”

Fejn taħseb li se tkun din il-​Ġenna?— Sabiex inkunu ċerti li jkollna t-​tweġiba t-​tajba, ejja nitkellmu dwar il-​Ġenna li għamel Alla għall-​ewwel raġel u mara, Adam u Eva. Fejn kienet din il-​Ġenna? Kienet fis-​sema, jew fuq l-​art?—

Għandek raġun tgħid li kienet fuq l-​art. Għalhekk meta naħsbu dwar il-​kriminal “fil-​Ġenna,” għandna nimmaġinawh li qed jgħix hawnhekk fuq l-​art meta ssir ġenna. Kif se tkun din il-​Ġenna tal-​art?— Ejja naraw.

Wara li Alla Ġeħova ħalaq lill-​ewwel koppja umana, Adam u Eva, il-​Bibbja tgħid li poġġiehom f’Ġenna hawnhekk fuq l-​art. Kienet tissejjaħ “ġnien fl-​Għeden.” Tistaʼ timmaġina kemm kien sabiħ il-​“ġnien fl-​Għeden”?— Żgur li kien post ħafna isbaħ minn kwalunkwe post sabiħ li ħadd qatt ra llum!

Int x’taħseb? Ġesù se jkun hawnhekk fuq l-​art mal-​kriminal li ddispjaċieh għad-​dnubiet tiegħu?— Le, Ġesù se jkun fis-​sema jaħkem bħala Sultan għal fuq l-​art magħmula Ġenna. Għalhekk, Ġesù se jkun mal-​kriminal fis-​sens li se jqajmu mill-​mewt u jara li jkollu dak li għandu bżonn fil-​Ġenna tal-​art. Imma Ġesù għala se jħalli raġel kriminali jgħix fil-​Ġenna tal-​art?— Ejja nitkellmu dwar dan.

Huwa minnu li dan il-​kriminal għamel affarijiet ħżiena ħafna, bħalma għamlu biljuni taʼ nies oħrajn li għexu fuq l-​art. Imma ħafna minnhom għamlu affarijiet ħżiena għax qatt ma ġew mgħallmin dwar Ġeħova u dwar x’riedhom jagħmlu.

Għalhekk, nies bħal dawn, inkluż il-​kriminal li Ġesù kellem fuq iz-​zokk tat-​tortura, se jiġu rxoxtati għall-​ħajja hawnhekk fuq l-​art magħmula Ġenna. Se jiġu mgħallmin x’inhi r-​rieda t’Alla. Imbagħad ikunu jistgħu juru li jħobbu lil Ġeħova.

Taf kif jistgħu juru dan?— Billi jagħmlu dak li Alla jridhom jagħmlu. Kemm se tkun sabiħa l-​ħajja fil-​Ġenna tal-​art fejn dejjem se nkunu maʼ nies li jħobbu lil Ġeħova u lil xulxin!

Aqra mill-​Bibbja TIEGĦEK

  • Luqa 23:32-​43

  • Ġenesi 2:7-​9

  • Rivelazzjoni 21:3-​5

a Jekk qed taqra mat-​tfal, is-​sing qiegħed hemm biex ifakkrek li għandek tieqaf u tinkuraġġixxi lit-​tfal jesprimu ruħhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja