LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 9/1 p. 16
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Il-Familja Tiegħek Kif Tista’ Tkun Hienja?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Ħu Ħsieb iż-Żwieġ Tiegħek
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Ibni żwieġ b’saħħtu u ferħan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Iż-żwieġ—Rigal mingħand Alla
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 9/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Kif jistaʼ ż-​żwieġ ikun hieni?

Il-​pariri tal-​Bibbja sabiex ikollna żwieġ hieni jirnexxu minħabba li ġejjin mill-​Oriġinatur taż-​żwieġ, Alla Ġeħova. Il-​pariri juruna kif inrawmu kwalitajiet persunali li jistgħu jagħmlu żwieġ hieni u jwissuna dwar attitudnijiet li jistgħu jħassru żwieġ. Jgħallmu wkoll kif intejbu l-​abbiltà tagħna biex nikkomunikaw ħalli jkollna iktar ferħ fiż-​żwieġ.—Aqra Kolossin 3:8-​10, 12-​14.

L-​irġiel u n-​nisa miżżewġin għandhom jonoraw u jirrispettaw lil xulxin. Meta t-​tnejn li huma jaċċettaw l-​irwol li Alla tahom fiż-​żwieġ, jistgħu jkunu ferħanin.—Aqra Kolossin 3:18, 19.

Kif jistaʼ żwieġ ikun dejjiemi?

Koppji miżżewġin jistgħu jibqgħu flimkien jekk iħobbu lil xulxin. Alla jgħallimna kif inħobbu. Hu u Ibnu, Ġesù, huma eżempju perfett taʼ mħabba li lesta li tagħmel sagrifiċċji.—Aqra l-​1 Ġwanni 4:7, 8, 19.

Meta l-​irġiel u n-​nisa miżżewġin jirrispettaw iż-​żwieġ għax hu arranġament minn Alla, huma se jibqgħu flimkien. Alla ħalaq iż-​żwieġ biex ikun għaqda permanenti bejn raġel u mara sabiex il-​familji jkunu protetti. Hu possibbli li ż-​żwiġijiet ikunu dejjiema għax Alla ta lill-​irġiel u n-​nisa l-​abbiltà li jikkumplimentaw lil xulxin fiżikament u emozzjonalment. Għamilhom ukoll fix-​xbieha tiegħu, kapaċi jimitaw l-​imħabba tiegħu.—Aqra Ġenesi 1:27; 2:18, 24.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 14 taʼ dan il-​ktieb, Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Tistaʼ tiddawnlowdjah minn www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja