LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 10/15 pp. 7-11
  • Il-Ħolqien Jirrivela lill-Alla l-Ħaj

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ħolqien Jirrivela lill-Alla l-Ħaj
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-​FIDI TINBENA FUQ L-​EVIDENZA U R-​RAĠUNAR F’LOKU
  • IL-​QAWWA T’ALLA TIDHER FIL-​ĦOLQIEN
  • L-​GĦERF T’ALLA RIVELAT FIN-​NATURA
  • GĦIN LIL OĦRAJN JIGGLORIFIKAW LILL-​ALLA L-​ĦAJ
  • Tapprezza Int l-Affarijiet Tajbin li Tak Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Żgħażagħ, saħħu l-​fidi tagħkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Saħħaħ il-Fidi Tiegħek fil-Ħallieq
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • L-Ispirtu Qaddis—Jaħdem fil-Ħolqien!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 10/15 pp. 7-11

Il-​Ħolqien Jirrivela lill-​Alla l-​Ħaj

“Int jistħoqqlok, Ġeħova, Alla tagħna, li tirċievi l-​glorja . . . għax int ħlaqt l-​affarijiet kollha.”—RIV. 4:11.

INT KIF TWIEĠEB?

  • Xi rridu nagħmlu jekk irridu nwaqqgħu duttrini foloz “stabbiliti fis-​sod”?

  • Il-​ħolqien kif jirrivela l-​qawwa u l-​għerf t’Alla?

  • Il-​ġenituri kif jistgħu jgħinu lil uliedhom jibnu l-​fidi tagħhom f’Ġeħova?

1. Xi rridu nagħmlu biex naċċertaw ruħna li l-​fidi tagħna tibqaʼ b’saħħitha?

ĦAFNA jgħidu li jemmnu biss bl-​affarijiet li jistgħu jaraw b’għajnejhom stess. Kif nistgħu ngħinu lil individwi bħal dawn jibnu l-​fidi f’Ġeħova? Wara kollox, il-​Bibbja tgħid li “ebda bniedem ma ra lil Alla f’xi żmien.” (Ġw. 1:18) Kif nistgħu naċċertaw ruħna li l-​fidi tagħna stess fl-​“Alla li ma jidhirx,” Ġeħova, tibqaʼ b’saħħitha? (Kol. 1:15) L-​ewwel pass hu li nidentifikaw tagħlim li jaħbi l-​verità dwar Ġeħova. Imbagħad irridu nużaw il-​Bibbja bis-​sengħa biex inwaqqgħu kwalunkwe raġunament li jqum “kontra l-​għarfien dwar Alla.”—2 Kor. 10:4, 5.

2, 3. Liema żewġ tagħlimiet ma jħallux lin-​nies jitgħallmu l-​verità dwar Alla?

2 Tagħlim falz li hu mxerred maʼ kullimkien, li jagħmi lin-​nies, u li ma jħallihomx jitgħallmu l-​verità dwar Alla, hu l-​evoluzzjoni. Dan ir-​raġunar uman jikkontradixxi lill-​Bibbja, u lin-​nies ma jħallilhom ebda tama. Bażikament, it-​tagħlim tal-​evoluzzjoni jsostni li l-​ħajja kollha bdiet teżisti b’kumbinazzjoni; b’hekk, din timplika li l-​ħajja umana m’għandha ebda skop.

3 Mill-​banda l-​oħra, xi nies fil-​Kristjaneżmu jiħduha letterali wisq il-​Bibbja u jgħallmu li l-​univers, inkluż l-​art tagħna u l-​ħajja kollha fuqha, ilu jeżisti biss ftit eluf taʼ snin. Dawk li jgħallmu din id-​duttrina—magħrufa bħala kreazzjoniżmu—forsi jirrispettawha ferm il-​Bibbja, imma jsostnu li ftit eluf taʼ snin ilu, Alla ħalaq l-​affarijiet kollha f’sitt ġranet taʼ 24 siegħa. Huma ma jaċċettawx evidenza xjentifika li tikkontradixxi l-​ħarsa tagħhom. Minħabba f’hekk, it-​tagħlim tal-​kreazzjoniżmu fil-​fatt jagħmilha diffiċli biex in-​nies jafdaw il-​Bibbja, għax jagħmluha tidher mhix raġunevoli jew eżatta. Individwi li jgħallmu ideat bħal dawn jistgħu jfakkruna f’xi wħud fl-​ewwel seklu li kellhom żelu għal Alla “imma mhux skond l-​għarfien eżatt.” (Rum. 10:2) Kif nistgħu nużaw il-​Kelma t’Alla biex inwaqqgħu d-​duttrini “stabbiliti fis-​sod” tal-​evoluzzjoni u tal-​kreazzjoniżmu?a L-​uniku mod kif nistgħu nagħmlu dan hu billi naħdmu iebes personalment biex niksbu għarfien eżatt dwar dak li tgħallem il-​Bibbja.

IL-​FIDI TINBENA FUQ L-​EVIDENZA U R-​RAĠUNAR F’LOKU

4. Il-​fidi tagħna fuqiex għandha tkun ibbażata?

4 Il-​Bibbja tgħallimna ngħożżu l-​għarfien. (Prov. 10:14) Ġeħova jrid li l-​fidi tagħna fih tinbena fuq l-​evidenza u r-​raġunar f’loku, mhux fuq il-​filosofija umana jew it-​tradizzjonijiet reliġjużi. (Aqra Ebrej 11:1.) Biex nibnu fidi soda f’Alla, l-​ewwel irridu nkunu konvinti li Ġeħova jeżisti. (Aqra Ebrej 11:6.) Ma naslux għal din il-​konklużjoni sempliċement għax tassew irridu nemmnu f’xi ħaġa, imma għax neżaminaw il-​fatti u għax nużaw “il-​qawwa tar-​raġuni” tagħna.—Rum. 12:1.

5. Liema hi raġuni waħda għala nistgħu nkunu konvinti li Alla jeżisti?

5 L-​appostlu Pawlu jagħtina raġuni waħda għala nistgħu nkunu konvinti li Alla jeżisti, avolja ma nistgħux narawh. Rigward Ġeħova, Pawlu kiteb: “Il-​kwalitajiet inviżibbli tiegħu, jiġifieri, il-​qawwa eterna u d-​Divinità tiegħu, kienu jidhru ċar mill-​ħolqien tad-​dinja ’l quddiem, għax jintgħarfu mill-​affarijiet li nħolqu.” (Rum. 1:20) Kif tistaʼ tgħin lil xi ħadd li ma jkunx ċert jekk Alla jeżistix biex jemmen dak li qal Pawlu? Tistaʼ tuża ftit mill-​evidenza fil-​ħolqien li se nikkunsidraw fil-​paragrafi li jmiss u li tirrivela l-​qawwa u l-​għerf tal-​Ħallieq tagħna.

IL-​QAWWA T’ALLA TIDHER FIL-​ĦOLQIEN

6, 7. Il-​qawwa taʼ Ġeħova f’liema żewġ affarijiet hi rivelata?

6 Il-​qawwa taʼ Ġeħova tidher f’żewġ affarijiet li jipproteġuna. Dawn huma l-​atmosfera u l-​qawwa manjetika tal-​art. L-​atmosfera mhux biss tipprovdilna l-​arja biex nieħdu n-​nifs imma wkoll tipproteġina. Kif? Biċċiet kbar taʼ blat li jgħaddu malajr minn ġol-​ispazju jistgħu jikkaġunaw ħsara kbira jekk jolqtu l-​art. Imma dan ġeneralment ma jiġrix għax jinħarqu meta jidħlu fl-​atmosfera tal-​art. Huma u jinħarqu, joħolqu kwiekeb feġġejja (shooting stars) mill-​isbaħ li jivvjaġġaw b’veloċità qawwija fil-​firxa tas-​smewwiet billejl.

7 Il-​qawwa manjetika tal-​art ukoll tipproteġina mill-​ħsara. Fiċ-​ċentru tal-​art hemm qalba li l-​biċċa l-​kbira minnha hi magħmula minn ħadid imdewweb u jaħraq. Din il-​qalba toħloq qawwa manjetika potenti li tinsab madwar id-​dinja u twassal ’il bogħod fl-​ispazju. Din il-​qawwa manjetika tipproteġina mix-​xemx u mill-​isplużjonijiet tagħha li jagħmlu l-​ħsara. Minn dawn l-​isplużjonijiet toħroġ radjazzjoni perikoluża fid-​direzzjoni tal-​art. Imma peress li l-​art hi protetta, ir-​radjazzjoni tax-​xemx ma taħraqx il-​ħajja hawnhekk fuq l-​art. Minflok, il-​qawwa manjetika tassorbi din ir-​radjazzjoni li tagħmel il-​ħsara jew tibgħatha lura fl-​ispazju. Nistgħu naraw evidenza taʼ din il-​qawwa manjetika inviżibbli fid-​dwal bi lwien imżewqin fis-​sema billejl viċin il-​Pol tat-​Tramuntana u l-​Pol tan-​Nofsinhar. Ġeħova verament “għandu . . . qawwa enerġetika.”—Aqra Isaija 40:26.

L-​GĦERF T’ALLA RIVELAT FIN-​NATURA

8, 9. (a) Il-​ħajja kif inhi kapaċi tkompli teżisti fuq l-​art illum? (b) Dan x’jgħallimna dwar l-​għerf taʼ Ġeħova?

8 Nistgħu nitgħallmu dwar l-​għerf taʼ Ġeħova mill-​mod kif jagħmilha possibbli li l-​ħajja tkompli teżisti hawnhekk fuq l-​art. Immaġina belt li fiha jgħixu miljuni taʼ nies u hi mdawra b’sur. M’hemm ebda mod kif din il-​belt ikollha sors taʼ ilma nadif jew kif teħles mill-​iskart. Belt bħal din malajr issir maħmuġa ħafna u jkun impossibbli li wieħed jgħix fiha. Huwa bħallikieku l-​art tagħna hi bħal din il-​belt. Għandha ammont limitat taʼ ilma, u ma nistgħux neħilsu mill-​iskart kollu kif ġieb u laħaq. Madankollu, l-​art hi kapaċi tipprovdi għal dejjem dak li għandhom bżonn il-​ħlejjaq ħajjin kollha biex jgħixu. Dan kif inhu possibbli? Billi l-​art għandha mod tal-​għaġeb kif tirriċikla kulma hu meħtieġ għall-​ħajja.

9 Ejja nikkunsidraw kif l-​art tipprovdi l-​ossiġnu sabiex il-​ħlejjaq ħajjin ikunu jistgħu jieħdu n-​nifs. Biljuni taʼ ħlejjaq ħajjin jieħdu l-​ossiġnu u jarmu gass imsejjaħ dijossidu karboniku. Avolja dan qed jiġri l-​ħin kollu, dejjem ikun hemm biżżejjed ossiġnu, u dan qatt ma jispiċċa. Dan kif inhu possibbli? Il-​pjanti jieħdu d-​dijossidu karboniku, l-​ilma, id-​dawl tax-​xemx, u sustanzi, u mbagħad jipproduċu karboidrati u ossiġnu. Meta nieħdu n-​nifs ’il ġewwa ndaħħlu l-​ossiġnu u meta nieħdu n-​nifs ’il barra narmu d-​dijossidu karboniku. B’hekk, jitkompla ċ-​ċiklu. Dan iċ-​ċiklu jissejjaħ fotosinteżi. Ġeħova juża l-​ħajja tal-​pjanti li ħalaq biex “jagħti lil kulħadd il-​ħajja u n-​nifs.” (Atti 17:25) X’għerf tal-​għaġeb!

10, 11. B’liema modi nistgħu naraw l-​għerf taʼ Ġeħova fil-​farfett monarka u fil-​mazzarell?

10 Nistgħu naraw l-​għerf taʼ Ġeħova anki fil-​mod kif ħalaq il-​ħafna kreaturi li jgħixu fuq l-​art. Ir-​riċerka turi li hemm bejn 2 miljuni u 100 miljun tip taʼ ħajja differenti fuq l-​art. (Aqra Salm 104:24.) Se nitgħallmu dwar l-​għerf tiegħu mill-​mod kif inhuma magħmulin xi wħud minn dawn il-​kreaturi.

L-​għerf t’Alla jidher fil-​mod kif inhuma magħmulin l-​għajnejn tal-​mazzarell. Għajn minnhom hi mkabbra fl-​istampa (Ara paragrafu 11)

11 Pereżempju, il-​farfett monarka għandu moħħ żgħir ħafna—daqs ponta taʼ bajrow. Minkejja dan, dan il-​farfett għandu l-​abbiltà li jtir madwar 3,000 kilometru, mill-​Kanada sal-​Messiku. Dan jagħmlu billi juża x-​xemx biex tgħinu jsib ir-​rotta. Imma kif inhu kapaċi jagħmel dan ladarba x-​xemx tiċċaqlaq minn naħa għal oħra fis-​sema? Ġeħova ħalaq il-​moħħ ċkejken tal-​farfett b’tali mod li avolja x-​xemx tiċċaqlaq, il-​farfett xorta jkun jistaʼ jtir fid-​direzzjoni t-​tajba. Aħseb ftit ukoll dwar il-​mazzarell. Il-​par għajnejn li għandu fihom madwar 30,000 lenti kull waħda. Il-​moħħ ċkejken tal-​mazzarell kapaċi jifhem is-​sinjali li jgħaddu minn ġo dawn il-​lentijiet kollha u jinnota saħansitra l-​iċken movimenti li jsiru madwaru.

12, 13. X’inhu impressjonanti dwar il-​mod kif Ġeħova ħalaq iċ-​ċelluli tagħna?

12 Il-​mod kif Ġeħova ddisinja ċ-​ċelluli tal-​ħlejjaq ħajjin kollha hu impressjonanti ferm. Pereżempju, ġismek fih madwar 100 triljun ċellula. Ġo kull waħda minn dawn iċ-​ċelluli ċkejknin hemm aċidu msejjaħ DNA. Dan fih il-​biċċa l-​kbira mill-​informazzjoni li minnha hu kompost ġismek kollu.

13 DNA kemm fih informazzjoni? Nistgħu nqabblu gramma waħda taʼ DNA maʼ CD. CD jistaʼ jkun fiha l-​informazzjoni kollha li hemm f’dizzjunarju. Dan jidher li hu tal-​għaġeb għal diska żgħira tal-​plastik. Imma gramma waħda biss taʼ DNA jistaʼ jkun fiha informazzjoni daqs triljun CD! Jew biex nispjegawha mod ieħor, kuċċarina waħda taʼ DNA niexef ikun fiha l-​informazzjoni meħtieġa biex jinħalqu l-​bnedmin kollha ħajjin illum! U dan tistaʼ tagħmlu għal 350 darba!

14. L-​iskoperti tax-​xjenzjati kif iġegħluk tħossok dwar Ġeħova?

14 Is-​Sultan David iddeskriva l-​informazzjoni meħtieġa biex jinbena ġisem uman bħala li hi miktuba fi ktieb figurattiv. Meta tkellem dwar Alla Ġeħova, hu qal: “Għajnejk rawni meta kont għadni biss embriju, u fil-​ktieb tiegħek inkitbu l-​partijiet kollha tiegħi, dwar iż-​żmien meta ġew ifformati u ma kien għad hemm ebda parti teżisti.” (Salm 139:16) Nistgħu nifhmu għala David tqanqal biex ifaħħar lil Ġeħova meta kkunsidra l-​mod kif kien maħluq ġismu stess. Ix-​xjenzjati skoprew ħafna affarijiet dwar il-​ġisem uman li jġibulna għajnejna wara widnejna. Dawn l-​iskoperti jagħtuna iktar raġuni biex naqblu mas-​salmista li kiteb hekk dwar Ġeħova: “Jien se nfaħħrek għax tal-​biżaʼ l-​mod taʼ l-​għaġeb kif jien magħmul. L-​għemejjel tiegħek huma meraviljużi, bħalma ruħi taf tajjeb.” (Salm 139:14) Tassew, kif jistgħu n-​nies ma jarawx li l-​ħolqien jirrivela l-​eżistenza t’Alla ħaj?

GĦIN LIL OĦRAJN JIGGLORIFIKAW LILL-​ALLA L-​ĦAJ

15, 16. (a) Il-​pubblikazzjonijiet tagħna kif bnew l-​apprezzament lejn l-​abbiltà taʼ Ġeħova bħala Ħallieq? (b) Liema wieħed mill-​artikli “Ġie Disinjat?” impressjonak l-​iktar?

15 Għal għaxriet taʼ snin, ir-​rivista Stenbaħ! għenet lil miljuni taʼ nies japprezzaw dak li jirrivela l-​ħolqien dwar l-​Alla l-​ħaj tagħna. Pereżempju, fl-​2006, il-​ħarġa taʼ Settembru bl-​Ingliż kienet intitolata “Is There a Creator?” L-​iskop taʼ din il-​ħarġa speċjali kien li jgħin lil dawk li jemmnu bl-​evoluzzjoni jew bil-​kreazzjoniżmu. Rigward din il-​ħarġa speċjali, waħda oħt kitbet hekk lill-​uffiċċju tal-​fergħa fl-​Istati Uniti: “Il-​kampanja biex noffru din il-​ħarġa speċjali marret tajjeb ferm. Waħda mara talbitni 20 kopja. Din tgħallem il-​bijoloġija u riedet kopja għal kull student li kellha.” Ħu kiteb: “Ilni attiv fis-​servizz tal-​għalqa mill-​aħħar tas-​snin 40 u issa qrobt il-​75 sena, imma qatt ma ħadt pjaċir fis-​servizz tal-​għalqa daqskemm ħadt pjaċir noffri l-​ħarġa speċjali taʼ Stenbaħ! dan ix-​xahar.”

16 Fis-​snin reċenti, il-​biċċa l-​kbira mill-​ħarġiet taʼ Stenbaħ! kien fihom l-​artiklu “Ġie Disinjat?” Dawn l-​artikli qosra jiffokaw fuq kemm hu tal-​għaġeb il-​ħolqien u kif il-​bniedem ipprova jikkopja l-​affarijiet inkredibbli li ddisinja l-​Ħallieq tagħna. Irċivejna materjal ieħor biex jgħinna nigglorifikaw lil Alla meta fl-​2010 ħareġ il-​browxer Was Life Created? L-​istampi sbieħ u t-​tabelli taʼ tagħlim f’din il-​pubblikazzjoni huma disinjati biex jistimulaw l-​apprezzament tagħna lejn l-​abbiltà taʼ Ġeħova bħala Ħallieq. Il-​mistoqsijiet fl-​aħħar taʼ kull sezzjoni jgħinu lill-​qarrej jirraġuna dwar l-​informazzjoni li jkun għadu kif ikkunsidra. Tieħu pjaċir tuża dan il-​browxer meta tagħti xhieda minn dar għal dar, lill-​pubbliku, jew b’mod informali?

17, 18. (a) Ġenituri, kif tistgħu tgħinu lil uliedkom ikunu iktar kunfidenti fl-​abbiltà tagħhom li jiddefendu l-​fidi tagħhom? (b) Kif użajtu l-​browxers dwar il-​ħolqien fil-​qima tal-​familja tagħkom?

17 Ġenituri, ikkunsidrajtuh dan il-​browxer kulurit maʼ wliedkom bħala parti mill-​qima tal-​familja tagħkom? Jekk iva, intom se tgħinuhom jibnu l-​apprezzament tagħhom lejn l-​Alla l-​ħaj tagħna. Forsi għandkom tfal adoloxxenti li qegħdin fi skola sekondarja. Huma mira partikulari taʼ dawk li jgħallmu d-​duttrina falza tal-​evoluzzjoni. Xjenzjati, għalliema tal-​iskola, dokumentarji dwar in-​natura, u saħansitra d-​dinja tad-​divertiment, bil-​programmi u l-​films tagħha fuq it-​televixin, jippromwovu l-​idea li l-​evoluzzjoni hi fatt. Tistgħu tgħinu lill-​adoloxxenti tagħkom jiġġieldu kontra propaganda bħal din billi tużaw browxer ieħor, The Origin of Life—Five Questions Worth Asking, li wkoll ħareġ fl-​2010. Bħall-​browxer Was Life Created?, din il-​pubblikazzjoni tinkuraġġixxi liż-​żgħażagħ jiżviluppaw ‘l-​abbiltà li jaħsbu.’ (Prov. 2:10, 11) Tgħallimhom kif jiddeterminaw jekk dak li jitgħallmu fl-​iskola hux loġiku.

Ġenituri, ħejju lil uliedkom biex jiddefendu l-​fidi tagħhom (Ara paragrafu 17)

18 Kultant ikun hemm xi aħbarijiet li jsostnu li x-​xjenzjati sabu fossili li juru li l-​evoluzzjoni hi vera. Jew jistaʼ jkun hemm xi rapporti li x-​xjenzjati setgħu jerġgħu joħolqu l-​ħajja f’laboratorju. Il-​browxer Origin of Life hu miktub b’tali mod biex jgħin lill-​istudenti jiddeċiedu għalihom infushom ħalli jaraw jekk dawn ir-​rapporti fl-​aħbarijiet humiex veri. Ġenituri, użaw dawn il-​browxers biex tgħinu lil uliedkom ikunu iktar kunfidenti meta jispjegaw għala jemmnu li hemm Ħallieq.b—Aqra l-​1 Pietru 3:15.

19. Xi privileġġ għandna lkoll kemm aħna?

19 Il-​materjal riċerkat sew li nirċievu permezz tal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova jgħinna nagħrfu l-​kwalitajiet mill-​isbaħ tiegħu fid-​dinja taʼ madwarna. Din hi evidenza soda li ġġegħelna nfaħħru bil-​kbir lill-​Alla tagħna. (Salm 19:1, 2) Xi privileġġ għandna li nagħtu lil Ġeħova, il-​Ħallieq tal-​affarijiet kollha, l-​unur u l-​glorja li tant jistħoqqlu!—1 Tim. 1:17.

a Għal informazzjoni dwar kif għandek tirraġuna maʼ dawk li jgħallmu l-​kreazzjoniżmu, ara paġni 24 sa 28 tal-​browxer Was Life Created?

b Għal informazzjoni bil-​Malti dwar dan is-​suġġett, ara l-​ħarġa taʼ Stenbaħ! Jannar-​Marzu, 2012.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja