LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 12/1 p. 16
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Dwar is-Saltna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 12/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Kristu għalfejn se jerġaʼ jiġi?

Qabel ma telaʼ s-​sema fis-​sena 33 W.K., Ġesù Kristu wiegħed li se jerġaʼ jiġi. Hu xebbah lilu nnifsu maʼ raġel nobbli li telaq għal żmien twil u rritorna b’qawwa biex jaħkem bħala sultan. L-​iskop li Ġesù jerġaʼ jiġi hu biex jipprovdi gvern tajjeb għall-​umanità.—Aqra Luqa 19:11, 12.

Ġesù se jġib gvern tajjeb għall-​bnedmin

B’liema ġisem jerġaʼ jiġi Ġesù? Hu ġie rxoxtat bħala persuna spirtu inviżibbli. (1 Pietru 3:18) Imbagħad, telaʼ s-​sema u qagħad fuq il-​leminija t’Alla. (Salm 110:1) Ħafna iktar tard, Ġesù nġieb quddiem Alla Ġeħova, “ix-​Xiħ fil-​Jiem,” li ta lil Ġesù l-​qawwa li jaħkem fuq l-​umanità. Għalhekk, Ġesù mhux bħala bniedem jerġaʼ jiġi imma bħala Sultan inviżibbli.—Aqra Danjel 7:13, 14.

X’se jagħmel Ġesù la jasal?

Meta Ġesù jasal b’mod inviżibbli mal-​anġli tiegħu, hu se jiġġudika lill-​umanità. Hu se jeqred lin-​nies mill-​agħar imma jagħti ħajja taʼ dejjem lil dawk li jaċċettawh bħala Sultan.—Aqra Mattew 25:31-​33, 46.

Il-​ħakma taʼ Ġesù bħala Sultan se tbiddel l-​art f’ġenna. Hu se jqajjem il-​mejtin sabiex huma jkunu jistgħu jgawdu l-​ħajja f’dik il-​Ġenna tal-​art.—Aqra Luqa 23:42, 43.

Għal iktar informazzjoni ara paġni 73-​85 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

Tistaʼ tiddawnlowdjah minn www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja