LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 1/1 pp. 14-15
  • Tama għall-mejtin—L-irxoxt

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tama għall-mejtin—L-irxoxt
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “JIEN L-​IRXOXT U L-​ĦAJJA”
  • FIDI LI TWASSAL GĦALL-​ĦAJJA TAʼ DEJJEM
  • Tama Vera għall-​Maħbubin Tiegħek li Mietu
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • “Ħuk Iqum”!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Il-mewt mhix it-tmiem taʼ kollox!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Tama Żgura
    X’Jiġrilna meta Mmutu?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 1/1 pp. 14-15
Xena ferriħija tal-​irxoxt fil-​Ġenna tal-​art fil-​futur.

Tama għall-​mejtin​—L-​irxoxt

Int temmen fil-​wegħda tal-​irxoxt li hemm fil-​Bibbja?a Il-​prospett li nerġgħu ningħaqdu mal-​maħbubin tagħna li mietu għandu tal-​inqas jinteressana. Imma hu realistiku li nikkultivaw tama bħal din? Biex inwieġbu din il-​mistoqsija, nagħmlu tajjeb nikkunsidraw l-​eżempju tal-​appostli taʼ Ġesù Kristu.

L-​appostli kellhom twemmin sod fl-​irxoxt tal-​mejtin. Għala? Għal mill-​inqas żewġ raġunijiet. L-​ewwel, it-​tama tagħhom kienet ibbażata primarjament fuq dan il-​fatt: Ġesù nnifsu kien tqajjem mill-​mewt. L-​appostli—u “iktar minn ħames mitt ħu f’daqqa”—raw lil Ġesù rxoxtat. (1 Korintin 15:6) Barra minn hekk, l-​irxoxt taʼ Ġesù kien ikkonfermat u aċċettat, bħalma juru l-​erbaʼ Evanġelji.—Mattew 27:62–28:20; Marku 16:1-​8; Luqa 24:1-​53; Ġwanni 20:1–21:25.

It-​tieni, l-​appostli kienu raw lil Ġesù jqajjem lil minn tal-​inqas tlieta min-​nies mill-​mewt—l-​ewwel f’Najn, imbagħad f’Kafarnahum, u fl-​aħħar f’Betanja. (Luqa 7:11-​17; 8:49-​56; Ġwanni 11:1-​44) L-​aħħar minn dawk l-​irxoxtijiet, li ġie deskritt iktar kmieni f’din il-​ħarġa, involva familja li kienu ħbieb tal-​qalb taʼ Ġesù. Ejja nkomplu naraw x’kien ġara.

“JIEN L-​IRXOXT U L-​ĦAJJA”

“Ħuk iqum.” Ġesù qal dan il-​kliem lil Marta, li ħuha, Lazzru, kien ilu mejjet erbat ijiem. Marta għall-​ewwel ma fehmitx it-​tifsir taʼ kliem Ġesù. “Naf li jqum,” qalet hi, imma ħasbet li kien se jkun f’xi żmien fil-​futur. Immaġina kif baqgħet imnixxfa meta wara li semgħet lil Ġesù jgħid “Jien l-​irxoxt u l-​ħajja,” rat lil Ġesù jqajjem lil ħuha mill-​mewt!—Ġwanni 11:23-​25.

Fejn kien Lazzru matul l-​erbat ijiem wara li miet? Lazzru ma semma xejn biex jagħti x’jifhem li kien ħaj xi mkien ieħor matul dawk l-​erbat ijiem. Le, Lazzru ma kellux ruħ immortali li kienet marret il-​ġenna. Meta Ġesù rxoxta lil Lazzru, ma ġabux lura lejn l-​art, kaxkru mit-​tgawdija tal-​ġenna qrib Alla. Mela fejn kien Lazzru matul dawk l-​erbat ijiem? Fil-​fatt, hu kien rieqed fil-​qabar.—Ekkleżjasti 9:5, 10.

Ftakar, Ġesù qabbel il-​mewt maʼ raqda li minnha dak li jkun jitqajjem bi rxoxt. Ir-​rakkont jaqra: “‘Il-​ħabib tagħna Lazzru mar jistrieħ, imma jien se mmur inqajmu mill-​irqad.’ Għalhekk, id-​dixxipli qalulu: ‘Mulej, jekk mar jistrieħ, jgħaddilu.’ Issa Ġesù kien tkellem dwar il-​mewt tiegħu. Imma huma immaġinaw li kien qed jitkellem dwar il-​mistrieħ fl-​irqad. Għalhekk, dak il-​ħin Ġesù qalilhom bla tlaqliq: ‘Lazzru miet.’” (Ġwanni 11:11-​14) Meta rxoxta lil Lazzru, Ġesù reġaʼ tah il-​ħajja, u b’hekk setaʼ jerġaʼ jingħaqad mal-​familja tiegħu. X’rigal mill-​isbaħ ta Ġesù lil dik il-​familja!

L-​irxoxtijiet li wettaq Ġesù meta kien fuq l-​art jagħtu ħarsa bil-​quddiem taʼ x’se jagħmel fil-​futur bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla.b Matul it-​tmexxija tiegħu għal fuq l-​art, Ġesù mis-​sema se jerġaʼ jġib għall-​ħajja lill-​bnedmin li huma reqdin fil-​qabar. Għalhekk qal: “Jien l-​irxoxt.” Aħseb fil-​ferħ li se tħoss meta terġaʼ tara lill-​maħbubin tiegħek! Aħseb ukoll dwar il-​ferħ li se jħossu dawk li jiġu rxoxtati!—Luqa 8:56.

Aħseb fil-​ferħ li se tħoss meta terġaʼ tara lill-​maħbubin tiegħek!

FIDI LI TWASSAL GĦALL-​ĦAJJA TAʼ DEJJEM

Ġesù qal lil Marta: “Min jeżerċita l-​fidi fija, avolja jmut, se jieħu l-​ħajja; u kulmin qed jgħix u jeżerċita l-​fidi fija ma jmut qatt.” (Ġwanni 11:25, 26) Dawk li lilhom Ġesù jirxoxta matul ir-​renju taʼ elf sena tiegħu se jkollhom il-​prospett li jgħixu għal dejjem—dment li huma verament ipoġġu l-​fidi fih.

“Min jeżerċita l-​fidi fija, avolja jmut, se jieħu l-​ħajja.”—Ġwanni 11:25

Wara li għamel dawk l-​istqarrijiet taʼ min jinnotahom dwar l-​irxoxt, Ġesù staqsa lil Marta mistoqsija li ġġiegħlek taħseb: “‘Temmnu dan?’ Qaltlu: ‘Iva, Mulej; jien nemmen li int il-​Kristu, l-​Iben t’Alla.’” (Ġwanni 11:26, 27) Xi ngħidu għalik—tixtieq li jkollok fidi qawwija fit-​tama tal-​irxoxt bħalma kellha Marta? L-​ewwel pass hu li tieħu għarfien dwar l-​iskop t’Alla għall-​bnedmin. (Ġwanni 17:3; 1 Timotju 2:4) Għarfien bħal dan jistaʼ jwassal għall-​fidi. Għala ma tistaqsix lix-​Xhieda taʼ Ġeħova juruk x’tgħallem il-​Bibbja dwar dan is-​suġġett? Huma jieħdu pjaċir jiddiskutu miegħek it-​tama meraviljuża tal-​irxoxt.

a Ara l-​artiklu “Il-​mewt mhix it-​tmiem taʼ kollox!” f’paġna 6 taʼ din il-​ħarġa.

b Għal iktar informazzjoni dwar il-​wegħda tal-​Bibbja għall-​irxoxt fil-​futur, ara kapitlu 7 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja