LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 6/1 p. 16
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • Alla Jwiegħed li d-Dinja Mhux Se Tinqered
    Stenbaħ!—2023
  • Rigal Dejjiemi Mingħand il-Ħallieq
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • X’Se Ssib f’Din ir-Rivista
    Stenbaħ!—2023
  • Il-bniedem se jeqred l-art għalkollox?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 6/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Il-​pjaneta tagħna ġiet disinjata bi skop?

Żagħżugħ jaħseb dwar il-​varjetà taʼ kuluri fin-​natura

Id-​dinja nħalqet biex tkun post taʼ ferħ għall-​bnedmin

Il-​pjaneta tagħna fiha kulma hemm bżonn għall-​ħajja, bħal abbundanza taʼ ilma, li hu essenzjali għall-​ħajja. Il-​pożizzjoni tad-​dinja u l-​mod kif iddur huma tant preċiżi li l-​ibħra la jiffriżaw u lanqas jisħnu żżejjed. U l-​atmosfera u l-​qawwa manjetika tal-​art jipproteġuha minn radjazzjoni qattiela. Il-​mod kif il-​pjanti u l-​annimali jiddependu minn xulxin hi xi ħaġa tal-​għaġeb. Għaldaqstant, ħafna nies waslu għall-​konklużjoni li l-​pjaneta tagħna ġiet disinjata bi skop.—Aqra Isaija 45:18.

Imma għandek mnejn tistaqsi, ‘Huma t-​tbatija u l-​inġustizzja parti minn dan l-​iskop?’—Aqra Dewteronomju 32:4, 5.

Se jitwettaq l-​iskop tal-​art?

Id-​dinja ġiet disinjata biex tkun post taʼ ferħ għal dawk l-​uħud li jirrispettaw lil xulxin u jħobbu lill-​Ħallieq tagħhom. B’hekk, il-​ħajja tal-​bnedmin għandha skop akbar minn dik tal-​pjanti jew tal-​annimali. Aħna nistgħu nifhmu min hu l-​Ħallieq tagħna u nammiraw u nimitaw l-​imħabba u l-​ġustizzja tiegħu.—Aqra Ekkleżjasti 12:13; Mikea 6:8.

Il-​Ħallieq tagħna jistaʼ jwettaq l-​iskopijiet kollha tiegħu. Allura nistgħu nserrħu moħħna li se jneħħi t-​tbatija u l-​inġustizzja u jagħmel il-​pjaneta tagħna post ideali fejn jgħixu bnedmin ferħanin.—Aqra Salm 37:11, 29; Isaija 55:11.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 3 tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Disponibbli wkoll f’www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja