LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 7/1 p. 7
  • X’se jagħmel Alla dwar il-ħażen

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’se jagħmel Alla dwar il-ħażen
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • Affarijiet ħżiena jiġru lil nies tajbin—Għala?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Għala hawn daqstant tbatija?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • X’Inhu l-​Iskop t’Alla għall-​Art?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • It-Tmiem tat-Tbatija Huwa Qrib!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 7/1 p. 7
Art magħmula ġenna bla tbatija, b’nies ferħanin u familji magħqudin mill-​ġdid permezz tal-​irxoxt

SUĠĠETT PRINĊIPALI | GĦALA JIĠRU AFFARIJIET ĦŻIENA LIL NIES TAJBIN?

X’se jagħmel Alla dwar il-ħażen

Il-​Bibbja tgħidilna ċar x’se jagħmlu Ġeħova u Ibnu, Ġesù Kristu, dwar it-​tbatija kkaġunata minn Satana x-​Xitan. “Għalhekk intwera l-​Iben t’Alla [Ġesù],” tgħid il-​Bibbja, “biex ikisser l-​għemejjel tax-​Xitan.” (1 Ġwanni 3:8) Is-​sistema preżenti bbażata fuq ir-​regħba, il-​mibegħda, u l-​għemejjel mill-​agħar mhux se tibqaʼ. Dwar “il-​ħakkiem taʼ din id-​dinja”—Satana x-​Xitan—Ġesù jwiegħed li “se jitkeċċa ’l barra.” (Ġwanni 12:31) Mingħajr l-​influwenza taʼ Satana, se jkun hawn dinja ġdida ġusta, u l-​art se ssir post paċifiku.—2 Pietru 3:13.

Xi ngħidu għal dawk li b’ras iebsa jirrifjutaw li jbiddlu l-​imġiba tagħhom u li jinsistu li jagħmlu affarijiet ħżiena? Irrifletti fuq din il-​wegħda ċara: “Huma r-​retti li se jgħammru fuq l-​art, u dawk bla ħtija se jibqgħu fiha. Rigward in-​nies mill-​agħar, dawn se jitqaċċtu mill-​art; u t-​tradituri jinqalgħu minnha.” (Proverbji 2:21, 22) L-​influwenza tan-​nies mill-​agħar se tkun spiċċat. Taħt kundizzjonijiet paċifiċi bħal dawn, il-​bnedmin ubbidjenti bil-​mod il-​mod se jinħelsu mill-​imperfezzjoni li ntirtet.—Rumani 6:17, 18; 8:21.

Alla kif se jelimina l-​ħażen f’dik id-​dinja l-​ġdida? Mhux se jagħmel dan billi jġib fix-​xejn l-​għotja tar-​rieda ħielsa u jagħmel lill-​bnedmin robots. Pjuttost, se jgħallem il-​mogħdijiet tiegħu lil bnedmin ubbidjenti u jgħinhom ibiddlu l-​ħsibijiet u l-​azzjonijiet tagħhom taʼ ħsara.

Alla se jneħħi dak kollu li jikkaġuna t-​tbatija

X’se jagħmel Alla dwar gwajijiet mhux mistennijin? Hu wiegħed li l-​gvern tas-​Saltna tiegħu dalwaqt se jieħu l-​kontroll tal-​art. Is-​Sultan maħtur minn Alla taʼ dik is-​Saltna hu Ġesù Kristu, li għandu l-​qawwa biex ifejjaq lill-​morda. (Mattew 14:14) Ġesù għandu wkoll il-​qawwa biex jikkontrolla l-​forzi tan-​natura. (Marku 4:35-​41) B’hekk, it-​tbatija kkawżata miż-​“żmien u l-​ġrajjiet mhux mistennijin” se tkun telqet. (Ekkleżjasti 9:11) Taħt it-​tmexxija taʼ Kristu, l-​ebda gwaj mhu se jolqot lill-​umanità.—Proverbji 1:33.

Xi ngħidu għall-​miljuni taʼ nies innoċenti li sofrew mewta traġika? Ftit qabel ma rxoxta lill-​ħabib tiegħu Lazzru, Ġesù qal: “Jien l-​irxoxt u l-​ħajja.” (Ġwanni 11:25) Iva, Ġesù għandu l-​qawwa li jirxoxta, jew jerġaʼ jqajjem lura għall-​ħajja, lil dawk li mietu!

Jekk togħġbok l-​idea li tgħix f’dinja fejn affarijiet ħżiena mhux se jiġru lil nies tajbin, għala ma tagħmilhiex mira li titgħallem iżjed dwar l-​Alla l-​veru u l-​iskopijiet tiegħu billi tistudja l-​Bibbja? Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​inħawi tiegħek jieħdu pjaċir jgħinuk tikseb dan l-​għarfien. Nistidnuk mill-​qalb biex tikkuntattjahom fl-​inħawi tiegħek jew biex tikteb lill-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja