LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 9/15 pp. 28-32
  • Żomm f’moħħok lil dawk fis-servizz fultajm

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żomm f’moħħok lil dawk fis-servizz fultajm
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-KRISTJANI FL-EWWEL SEKLU
  • IL-QADDEJJA FULTAJM FI ŻMIENNA
  • MODI KIF NISTGĦU NGĦINU LILL-PIJUNIERI
  • KIF NISTGĦU NGĦINU LILL-INDOKRATURI LI JIVVJAĠĠAW
  • APPOĠĠA LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA BETEL
  • NGĦINU LILL-QADDEJJA FULTAJM F’PAJJIŻI BARRANIN
  • Modi kif tkabbar il-ministeru tiegħek
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ikollna Stima Kbira għall-Privileġġi tas-Servizz Sagru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Ix-Xogħol ta’ Pijunier Isaħħaħ ir-Relazzjoni li Għandna m’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 9/15 pp. 28-32
Żewġ nisa pijunieri fis-servizz tal-għalqa

Żomm f’moħħok lil dawk fis-servizz fultajm

“Bla waqfien inżommu f’moħħna l-għemil tagħkom li ġej mill-fidi u t-taħbit tagħkom bl-imħabba.”—1 TESS. 1:3.

INT KIF TWIEĠEB?

  • L-​aħwa fl-​ewwel seklu b’liema modi kienu jaqdu lil Ġeħova, u oħrajn kif kienu jgħinuhom?

  • X’tammira dwar il-​qaddejja fultajm illum?

  • Kif tistaʼ tgħin lil xi ħadd li qiegħed fil-​ministeru fultajm?

1. Pawlu kif ħassu dwar dawk li ħadmu iebes biex ixandru l-​aħbar tajba?

L-​APPOSTLU Pawlu żamm f’moħħu lil dawk li ħadmu iebes biex ixandru l-​aħbar tajba. Pawlu kiteb: “Bla waqfien inżommu f’moħħna l-​għemil tagħkom li ġej mill-​fidi u t-​taħbit tagħkom bl-​imħabba u s-​sabar tagħkom minħabba t-​tama tagħkom fil-​Mulej tagħna Ġesù Kristu quddiem Alla u Missierna.” (1 Tess. 1:3) Anki Ġeħova jżomm f’moħħu u jgħożż kull ħaġa li jagħmlu n-​nies tiegħu biex jaqduh, kemm jekk jifilħu jagħmlu ħafna u kemm jekk ftit.—Ebr. 6:10.

2. X’se niddiskutu f’dan l-​artiklu?

2 Ħafna mill-​qaddejja sħabna—tal-​passat u taʼ żmienna—għamlu sagrifiċċji kbar biex jaqdu lil Ġeħova fultajm. F’dan l-​artiklu se niddiskutu x’għamlu xi wħud fl-​ewwel seklu biex jaqdu lil Ġeħova. Se nitgħallmu wkoll x’qed jagħmlu l-​qaddejja fultajm illum, u se naraw kif nistgħu ngħinuhom.

IL-KRISTJANI FL-EWWEL SEKLU

3, 4. (a) Xi wħud kif qdew fl-​ewwel seklu? (b) Il-​Kristjani fl-​ewwel seklu kif għenu lill-​qaddejja fultajm?

3 Ftit wara l-​magħmudija tiegħu, Ġesù beda jipprietka dwar is-​Saltna u għallem lil oħrajn biex jagħmlu dan l-​istess xogħol. (Lq. 3:21-​23; 4:14, 15, 43) Wara li miet Ġesù, l-​appostli tiegħu ħadu t-​tmexxija fix-​xogħol tal-​ippritkar u dan baqaʼ jinfirex. (Atti 5:42; 6:7) Xi Kristjani, bħal Filippu, qdew bħala evanġelizzaturi u missjunarji fil-​Palestina. (Atti 8:5, 40; 21:8) Pawlu u oħrajn ivvjaġġaw lejn postijiet iktar imbegħdin. (Atti 13:2-​4; 14:26; 2 Kor. 1:19) Xi wħud—pereżempju, Silvanu (Sila), Marku, u Luqa—qdew ukoll bħala segretarji jew kittieba. (1 Pt. 5:12) Bosta nisa Kristjani ħadmu spalla maʼ spalla maʼ dawn l-​aħwa rġiel leali. (Atti 18:26; Rum. 16:1, 2) Fl-​Iskrittura Griega Kristjana naqraw dwar l-​esperjenzi eċċitanti taʼ dawn l-​aħwa. Dawn ir-​rakkonti jfakkruna li Ġeħova jgħożż ix-​xogħol tal-​qaddejja tiegħu u jieħu ħsieb il-​bżonnijiet tagħhom.

4 Il-​qaddejja fultajm fl-​ewwel seklu ngħataw liema appoġġ materjali? Kultant, huma ntwerew ospitalità minn sħabhom il-​Kristjani jew ingħataw xi tip t’għajnuna oħra, imma ma sforzawhomx biex jagħtuhom din l-​għajnuna. (1 Kor. 9:11-​15) Xi individwi u kongregazzjonijiet minn jeddhom appoġġaw lil dawn l-​uħud. (Aqra Atti 16:14, 15; Filippin 4:15-18.) Pawlu u sħabu li vvjaġġaw miegħu ħadmu wkoll partajm biex ikopru l-​ispejjeż tagħhom.

IL-QADDEJJA FULTAJM FI ŻMIENNA

5. Koppja miżżewġin x’qalu dwar il-​ħajja tagħhom fis-​servizz fultajm?

5 Illum, ukoll, ħafna jaħdmu iebes f’diversi aspetti tas-​servizz fultajm. (Ara l-​kaxxa “Forom differenti taʼ servizz fultajm.”) Kif iħossuhom dwar il-​karriera li għażlu? Int se tiġi inkuraġġit jekk din il-​mistoqsija tistaqsiha lil xi wħud minn ħutek. Ikkunsidra dan l-​eżempju: Ħu li qeda bħala pijunier regulari, pijunier speċjali, missjunarju, u membru tal-​familja Betel f’pajjiż barrani jgħid: “Inħoss li waħda mill-​aqwa għażliet li qatt għamilt kienet li nidħol fis-​servizz fultajm. Meta kelli 18-​il sena kont qed insibha diffiċli biex niddeċiedi bejn offerti għal taħriġ f’università, karriera sekulari fultajm, u x-​xogħol taʼ pijunier. L-​esperjenza għallmitni li Ġeħova ma jinsiex is-​sagrifiċċji li tagħmel biex taqdih fultajm. Jien stajt nuża kwalunkwe talent jew abbiltà li tani Ġeħova b’modi li qatt ma kienu jkunu possibbli kieku għażilt karriera fid-​dinja.” Il-​mara tiegħu tgħid: “Kull inkarigu għenni nikber iktar. Aħna ħassejna l-​protezzjoni u d-​direzzjoni taʼ Ġeħova darba wara l-​oħra u b’modi li qatt ma konna nesperjenzawhom kieku bqajna fejn konna qegħdin komdi. Lil Ġeħova kuljum nirringrazzjah għall-​ħajja tagħna fis-​servizz fultajm.” Int tixtieq tħossok hekk dwar il-​ħajja tiegħek?

6. Ġeħova kif iħossu dwar is-​servizz tagħna lejh?

6 M’għandniex xi ngħidu, xi wħud għandhom ċirkustanzi li għalissa ma jippermettulhomx jieħdu sehem fil-​ministeru fultajm. Nistgħu nkunu fiduċjużi li Ġeħova jgħożż ukoll l-​isforzi li dawn l-​uħud jagħmlu b’ruħhom kollha. Aħseb f’dawk li semma Pawlu f’​Filemon 1-​3, inkluż dawk kollha li kienu parti mill-​kongregazzjoni f’Kolossi. (Aqra.) Kemm Pawlu u kemm Ġeħova apprezzawhom. Bl-​istess mod, Missierna tas-​sema japprezza s-​servizz tiegħek. Iżda kif tistaʼ tgħin lil dawk li bħalissa qed jaqdu fultajm?

MODI KIF NISTGĦU NGĦINU LILL-PIJUNIERI

7, 8. X’jinvolvi x-​xogħol taʼ pijunier, u oħrajn fil-​kongregazzjoni kif jistgħu jgħinu lill-​pijunieri?

7 Bħall-​evanġelizzaturi tal-​ewwel seklu, pijunieri żelużi huma sors kbir taʼ inkuraġġiment għall-​kongregazzjonijiet. Ħafna jaħdmu iebes billi jqattgħu 70 siegħa kull xahar fil-​ministeru. Kif tistaʼ tgħinhom?

8 Pijuniera jisimha Shari qalet: “Il-​pijunieri jidhru li huma b’saħħithom peress li jkunu fil-​ministeru kuljum. Imma dawn xorta waħda jeħtieġu l-​inkuraġġiment.” (Rum. 1:11, 12) Oħt oħra li rnexxielha taqdi bħala pijuniera għal ħafna snin qalet hekk dwar il-​pijunieri fil-​kongregazzjoni tagħha: “Huma jaħdmu iebes u bla waqfien. Meta oħrajn joffrulhom biex imorru bil-​karozza tagħhom fis-​servizz, jistidnuhom għal xi ikla, jagħtuhom xi ħaġa tal-​flus għall-​fjuwil jew xi għajnuna finanzjarja oħra, huma jħossuhom grati. Meta tagħmel hekk tkun qed turihom li verament jimpurtak minnhom.”

9, 10. Xi wħud x’għamlu biex jgħinu lill-​pijunieri fil-​kongregazzjoni tagħhom?

9 Tixtieq tgħin lill-​pijunieri fil-​ministeru? Pijuniera jisimha Bobbi qalet: “Għandna bżonn iktar appoġġ matul il-​ġimgħa.” Pijuniera oħra fl-​istess kongregazzjoni żiedet tgħid: “Veru diffiċli biex issib maʼ min taħdem waranofsinhar.” Oħt li issa taqdi fil-​Betel taʼ Brookyln tiftakar fl-​għajnuna li rċiviet meta kienet pijuniera. Hi tgħid: “Waħda oħt li kellha karozza qaltli, ‘Kull meta ma jkollokx maʼ min taħdem fil-​ministeru, ċempilli, u noħroġ jien miegħek.’ Mingħajrha ma nafx kif kont inkompli fix-​xogħol taʼ pijunier.” U Shari tgħid: “Wara s-​servizz, pijunieri li mhumiex miżżewġin spiss ikunu waħedhom. Forsi minn żmien għal żmien tistaʼ tistieden lil aħwa mhux miżżewġin biex jingħaqdu magħkom għall-​qima tal-​familja. Li tinkludihom f’attivitajiet oħra wkoll jgħinhom jibqgħu b’saħħithom.”

10 Waħda oħt li ilha fis-​servizz fultajm kważi 50 sena tgħid hekk dwar l-​għajnuna li ngħatat lilha u lil aħwa nisa oħrajn mhux miżżewġin: “L-​anzjani tagħna kienu jżuru lill-​pijunieri kull ftit xhur. Kienu jistaqsuna dwar is-​saħħa tagħna u x-​xogħol sekulari u kienu jaraw jekk kellniex xi problema. Dan kienu jagħmluh minn qalbhom. Kienu jżuru l-​appartament tagħna biex jaraw jekk kellniex bżonn xi ftit għajnuna.” Dawn l-​anzjani u oħrajn bħalhom isegwu l-​eżempju t’Onesiforu. Hu kellu jieħu ħsieb lil familtu, imma għen ukoll lil Pawlu.—2 Tim. 1:18.

11. X’jinvolvi li taqdi bħala pijunier speċjali?

11 Xi kongregazzjonijiet huma mberkin għax għandhom pijunieri speċjali jaqdu magħhom. Ħafna minn dawn l-​aħwa jaħdmu iebes billi jqattgħu madwar 130 siegħa kull xahar fil-​ministeru tal-​għalqa. Minħabba l-​ħin li jqattgħu fil-​ministeru u f’li jgħinu b’modi oħra, għandhom ftit jew ebda ħin għal xogħol sekulari. L-​uffiċċju tal-​fergħa jagħtihom xi ħaġa żgħira tal-​flus kull xahar biex ikunu jistgħu jiffokaw fuq il-​ministeru.

12. L-​anzjani u oħrajn kif jistgħu jgħinu lill-​pijunieri speċjali?

12 Kif nistgħu ngħinu lill-​pijunieri speċjali? Anzjan li jaħdem f’uffiċċju tal-​fergħa u li tkellem maʼ ħafna pijunieri speċjali jgħid: “L-​anzjani għandhom bżonn jitkellmu magħhom, isiru jafu x’inhuma ċ-​ċirkustanzi tagħhom, u mbagħad jaraw kif jistgħu jgħinuhom. Xi Xhieda jassumu li l-​pijunieri speċjali m’għandhom bżonn l-​ebda għajnuna peress li jirċievu xi ħaġa żgħira tal-​flus, imma l-​aħwa lokali jistgħu jgħinuhom b’ħafna modi.” Bħall-​pijunieri regulari, il-​pijunieri speċjali japprezzaw meta jkollhom maʼ min jaħdmu fil-​ministeru tal-​għalqa. Int tistaʼ tgħinhom f’dan?

KIF NISTGĦU NGĦINU LILL-INDOKRATURI LI JIVVJAĠĠAW

13, 14. (a) X’għandna niftakru dwar l-​indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet u n-​nisa tagħhom? (b) X’tistaʼ tagħmel int biex tgħin lil dawk li qed jaqdu fix-​xogħol tal-​ivvjaġġar?

13 L-​indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet u n-​nisa tagħhom huma aħwa tal-​esperjenza li għandhom fidi soda u li jinkuraġġuna. Imma m’għandniex ninsew li huma wkoll jeħtieġu l-​inkuraġġiment. Anki dawn l-​aħwa għandhom bżonn uħud biex jaħdmu magħhom fil-​ministeru. U huma japprezzaw ħafna meta l-​aħwa jistidnuhom biex jieħdu sehem f’xi tip taʼ rikreazzjoni flimkien magħhom. Meta l-​indokraturi li jivvjaġġaw jew in-​nisa tagħhom ikunu l-​isptar jew ikunu qed jirkupraw minn xi marda, nistgħu ngħinuhom billi nżuruhom u nieħdu ħsieb il-​bżonnijiet tagħhom. Luqa, “it-​tabib maħbub,” ħa ħsieb il-​bżonnijiet taʼ Pawlu u oħrajn li kienu jivvjaġġaw biex iżuru diversi kongregazzjonijiet.—Kol. 4:14; Atti 20:5–21:18.

14 L-​indokraturi li jivvjaġġaw u n-​nisa tagħhom għandhom bżonn u jgħożżu ħbieb tal-​qalb. Wieħed indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet kiteb: “Il-​ħbieb tiegħi donnhom ikunu jafu meta jkolli bżonn l-​inkuraġġiment. Huma jagħmluli mistoqsijiet għaqlin, u dan jgħinni niftaħ qalbi magħhom. Is-​sempliċi fatt li huma semmiegħa tajbin jgħinni ħafna.” L-​indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet u n-​nisa tagħhom japprezzaw ferm l-​interess persunali li ħuthom juru fihom.

APPOĠĠA LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA BETEL

15, 16. Għala hu importanti x-​xogħol li jagħmlu dawk li jaqdu Betel, u kif nistgħu ngħinuhom?

15 Dawk li jaħdmu Betel jagħmlu xogħol vitali li jappoġġa l-​ippritkar tal-​aħbar tajba. Jekk fil-​kongregazzjoni, jew fis-​circuit, tiegħek hemm il-​Beteliti, kif tistaʼ turi li żżommhom f’moħħok?

16 Meta l-​ewwel jidħlu Betel, għandhom mnejn iħossuhom waħedhom u jimmissjaw lil familthom u l-​ħbieb. Kemm ikunu grati meta sħabhom il-​Beteliti u l-​membri tal-​kongregazzjoni l-​ġdida tagħhom jagħmlu ħbieb magħhom! (Mk. 10:29, 30) L-​iskeda normali tax-​xogħol tippermettilhom jattendu l-​laqgħat Kristjani u jieħdu sehem fis-​servizz tal-​għalqa kull ġimgħa. Però, kultant żmien, il-​Beteliti forsi jkollhom xi inkarigi oħra. Huwa tajjeb meta l-​kongregazzjonijiet jifhmuh dan u juru li jgħożżu x-​xogħol li jagħmlu l-​Beteliti.—Aqra l-​1 Tessalonikin 2:9.

NGĦINU LILL-QADDEJJA FULTAJM F’PAJJIŻI BARRANIN

17, 18. Liema inkarigi differenti għandhom dawk li jaqdu f’pajjiżi barranin?

17 Dawk li jaċċettaw inkarigu biex jaħdmu f’pajjiż ieħor għandhom mnejn isibu li l-​ikel, il-​lingwi, id-​drawwiet, u l-​kundizzjonijiet huma differenti ferm minn dak li kienu mdorrijin bih. Għala jagħżlu li jaċċettaw l-​isfida taʼ dawn il-​bidliet?

18 Xi wħud huma missjunarji, li primarjament jaqdu fil-​ministeru tal-​għalqa, u għalhekk ħafna jistgħu jibbenefikaw mit-​taħriġ speċjalizzat tagħhom. L-​uffiċċju tal-​fergħa jagħti lill-​missjunarji post sempliċi fejn jgħixu u xi ħaġa żgħira tal-​flus biex ikopru l-​bżonnijiet bażiċi tagħhom. Oħrajn li jaqdu f’pajjiżi barranin jiġu inkarigati biex jaqdu f’uffiċċju tal-​fergħa jew biex jgħinu fil-​bini taʼ uffiċċji tal-​fergħa, uffiċċji tat-​traduzzjoni, Swali tal-​Assemblea, jew Swali tas-​Saltna. L-​uffiċċju tal-​fergħa jew l-​aħwa lokali jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet tagħhom, bħall-​ikel u post fejn joqogħdu. Bħall-​familja Betel, dawn il-​volontieri fil-​bini jattendu l-​laqgħat u joħorġu fil-​ministeru tal-​għalqa regolarment. Il-​kongregazzjonijiet jibbenefikaw mill-​esperjenza taʼ dawn l-​aħwa.

19. X’għandna nżommu f’moħħna dwar dawk li jaqdu f’pajjiżi barranin?

19 Kif tistaʼ żżomm lil qaddejja fultajm bħal dawn f’moħħok? Ftakar li—speċjalment għall-​ewwel—forsi ma jkunux imdorrijin jieklu ċertu ikel tal-​lokal. Dan tistaʼ żżommu f’moħħok meta tistidinhom għal xi ikla; forsi l-​ewwel tistaʼ tistaqsihom xi jħossuhom komdi jieklu jew x’jixtiequ jipprovaw. Kun paċenzjuż hekk kif jitgħallmu l-​lingwa u d-​drawwiet lokali. Għandhom mnejn idumu ftit qabel ma jifhmu kulma tgħidilhom, imma tistaʼ bil-​ħlewwa tgħinhom bil-​pronunzja tagħhom. Huma jridu jitgħallmu!

20. Kif nistgħu ngħinu lill-​qaddejja fultajm u l-​ġenituri tagħhom?

20 Il-​qaddejja fultajm jikbru fl-​età, u anki l-​ġenituri tagħhom. Meta l-​ġenituri jkunu Xhieda, x’aktarx li l-​akbar xewqa tagħhom tkun li wliedhom jibqgħu fl-​inkarigi tagħhom. (3 Ġw. 4) M’għandniex xi ngħidu, jekk il-​ġenituri tagħhom ikollhom bżonn l-​għajnuna, il-​qaddejja fultajm se jagħmlu kulma jistgħu u se jmorru jgħinuhom spiss kemm jistaʼ jkun. Imma aħwa oħrajn li jgħixu viċin il-​ġenituri tagħhom jistgħu jgħinu lill-​qaddejja fultajm ukoll. Dawn jistgħu joffrulhom li jieħdu ħsieb lill-​ġenituri jekk ikollhom bżonn l-​għajnuna. M’għandniex ninsew li l-​qaddejja fultajm għandhom ħafna x’jagħmlu f’li jappoġġaw ix-​xogħol tal-​ippritkar, li hu l-​iktar xogħol importanti fuq l-​art illum. (Mt. 28:19, 20) Tistaʼ int jew membri tal-​kongregazzjoni tiegħek jagħtu daqqa t’id jekk il-​ġenituri taʼ qaddejja fultajm ikollhom bżonn l-​għajnuna?

21. Dawk li jaqdu fultajm kif iħossuhom dwar l-​għajnuna u l-​inkuraġġiment li oħrajn jagħtuhom?

21 Dawk li jidħlu fil-​ministeru fultajm ma jagħmlux dan biex jiggwadanjaw finanzjarjament, imma biex jagħtu l-​aħjar tagħhom—lil Ġeħova u lil oħrajn. Huma japprezzaw profondament kull għajnuna li tistaʼ tagħtihom. Oħt li hi fis-​servizz fultajm u li marret taqdi f’pajjiż ieħor qalet: “Anki nota li tesprimi apprezzament turi li oħrajn qed jaħsbu fik u li huma ferħanin b’dak li qed tagħmel.”

22. Kif tħossok dwar is-​servizz fultajm?

22 Dawk fis-​servizz fultajm għażlu ħajja li verament hi eċċitanti u sodisfaċenti. Hi l-​aqwa mod taʼ ħajja llum. Il-​qaddejja fultajm jistgħu jitgħallmu kwalitajiet u lezzjonijiet li huma meħtiġin issa u li se jkunu meħtiġin fid-​dinja l-​ġdida. Dalwaqt, il-​qaddejja kollha taʼ Ġeħova se jagħmlu xogħol li hu verament sodisfaċenti kuljum. Ejja nkomplu ‘nżommu f’moħħna l-​għemil li ġej mill-​fidi u t-​taħbit bl-​imħabba’ taʼ dawk fis-​servizz fultajm.—1 Tess. 1:3.

Forom differenti taʼ servizz fultajm

  • Żewġ pijunieri regulari jippritkaw lil raġel

    Il-pijunieri regulari ġeneralment iqattgħu 70 siegħa fix-​xahar fil-​ministeru tal-​għalqa. Xi wħud jaqdu f’kongregazzjoni fejn il-​bżonn hu akbar.

  • Żewġ nisa pijunieri speċjali fil-ministeru tal-għalqa

    Il-pijunieri speċjali ġeneralment iqattgħu 130 siegħa kull xahar fil-​ministeru tal-​għalqa, u spiss jiġu inkarigati biex jaqdu f’postijiet fejn hemm bżonn akbar.

  • Indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet u martu fi triqithom

    L-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet jagħmlu dan biex jgħinuhom itejbu l-​ministeru tagħhom u jinkuraġġuhom b’modi oħra.

  • Membru tal-familja Betel qed jippakkja l-letteratura

    Il-membri tal-familja Betel jaqdu f’uffiċċju tal-​fergħa jew f’uffiċċju tat-​traduzzjoni biex jgħinu f’li jipprovdu letteratura jew direzzjoni lill-​pajjiżi li jaqgħu taħt il-​fergħa tagħhom.

  • Koppja missjunarja qed jirkbu mutur

    Il-missjunarji ġeneralment jintbagħtu biex jaqdu f’pajjiżi barranin. Ħafna missjunarji jqattgħu 130 siegħa fix-​xahar fil-​ministeru tal-​għalqa.

  • Qaddej internazzjonali qed jagħmel xogħol taʼ kostruzzjoni

    Il-qaddejja u l-volontieri internazzjonali jmorru f’pajjiżi differenti biex jgħinu fil-​bini taʼ uffiċċji tal-​fergħa, uffiċċji tat-​traduzzjoni, Swali tal-​Assemblea, u Swali tas-​Saltna.

  • Qaddej fil-kostruzzjoni tas-Swali tas-Saltna qed imexxi karretta

    Il-qaddejja fil-kostruzzjoni tas-Swali tas-Saltna huma mħarrġin biex jibnu Swali tas-​Saltna u biex jgħinu fi proġetti taʼ bini oħrajn f’pajjiżhom stess.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja