LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 11/1 p. 16
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • X’Inhi s-Saltna t’Alla?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 11/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Għala nitolbu biex tiġi s-​Saltna t’Alla?

Ġesù Kristu jirkeb biex jirbaħ fuq l-għedewwa tas-Saltna t’Alla

Trid tkun taf iktar dwar is-Saltna t’Alla u x’se twettaq?

Is-​Saltna t’Alla hi gvern fis-​sema. Ġesù qal lis-​segwaċi tiegħu jitolbu biex din tiġi għax se tirrestawra s-​sewwa u l-​paċi fuq l-​art. Ebda gvern uman ma jistaʼ jelimina għalkollox il-​vjolenza, l-​inġustizzja, jew il-​mard, imma s-​Saltna t’Alla tistaʼ u se tagħmlu dan. Alla għażel lil Ibnu, Ġesù, biex ikun is-​Sultan tas-​Saltna. Ġeħova għażel ukoll grupp taʼ segwaċi taʼ Ġesù biex ikunu mexxejja bi sħab maʼ Ġesù fis-​Saltna.—Aqra Luqa 11:2; 22:28-​30.

Dalwaqt, is-​Saltna t’Alla se tneħħi lil dawk kollha li jopponu t-​tmexxija t’Alla. Mela t-​talba biex tiġi s-​Saltna t’Alla hi waħda biex il-​gvern t’Alla jieħu post il-​gvernijiet umani kollha.—Aqra Danjel 7:13, 14; Rivelazzjoni 11:15, 18.

Is-​Saltna t’Alla għala se tkun taʼ ġid għall-​bnedmin?

Ġesù hu Sultan ideali għax jagħder. Bħala Iben Alla, għandu wkoll il-​qawwa biex jipprovdi l-​għajnuna għal dawk kollha li jitolbu bil-​qalb biex Alla jgħinhom.—Aqra Salm 72:8, 12-​14.

Is-​Saltna t’Alla se tkun taʼ ġid għal dawk kollha li b’sinċerità jitolbu biex tiġi u lil dawk li jġibu ħajjithom fi qbil mar-​rieda t’Alla. Qatt mhu se jiddispjaċik li titgħallem x’tgħid il-​Bibbja dwar is-​Saltna t’Alla.—Aqra Luqa 18:16, 17; Ġwanni 4:23.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 8 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Disponibbli wkoll fuq www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja