LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 1/1 p. 5
  • Tikkomunika int m’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tikkomunika int m’Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Kif Tistaʼ Tersaq Qrib Lejn Alla
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Kemm hi reali r-relazzjoni li għandek maʼ Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • “Ħallu lil Alla Jkun Jaf X’Teħtieġu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 1/1 p. 5
Raġel jikkomunika maʼ ħabib bit-telefown

SUĠĠETT PRINĊIPALI | TISTAʼ TKUN QRIB TAʼ ALLA

Tikkomunika int m’Alla?

Kemm jekk wiċċ imb wiċċ, bit-​telefown, bl-​E-​mail, bil-​vidjow, jew b’ittra, il-​ħbieb tal-​qalb jikkomunikaw bejniethom skont kemm jippermettulhom iċ-​ċirkustanzi. B’hekk, biex inkunu qrib taʼ Alla, jeħtieġ li nikkomunikaw miegħu regolarment. Imma kif nistgħu nagħmluh dan?

Nistgħu nkellmu lil Ġeħova permezz tat-​talb. Però, it-​talb lil Alla mhux l-​istess bħal diskursata każwali li jistaʼ jkollna maʼ xi ħadd tamparna. Għandna nifhmu li meta nitolbu, inkunu qed nitkellmu mal-​Ħallieq tagħna, l-​Iktar Għoli fl-​univers. Dan għandu jqanqalna nitolbu b’sens profond taʼ rispett u riverenza. Biex talbna jintlaqaʼ minn Alla, għandna wkoll insegwu ċerti ħtiġijiet. Tlieta minnhom huma dawn li ġejjin.

L-​ewwel, it-​talb għandu jiġi indirizzat esklużivament lil Alla Ġeħova—mhux lil Ġesù, lil xi “qaddis,” jew lil xi xbieha. (Eżodu 20:4, 5) Il-​Bibbja tgħid ċar: “F’kollox b’talb u b’suppliki flimkien maʼ radd il-​ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu.” (Filippin 4:6) It-​tieni, it-​talb għandu jiġi offrut f’isem l-​Iben t’Alla, Ġesù Kristu. Ġesù nnifsu spjega: “Ħadd ma jiġi għand il-​Missier ħlief permezz tiegħi.” (Ġwanni 14:6) It-​tielet, talbna għandu jkun fi qbil mar-​rieda t’Alla. Il-​Bibbja tiddikjara: “Kulma nitolbuh skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.”a—1 Ġwanni 5:14.

Ħbieb tal-qalb jieħdu pjaċir jikkomunikaw bejniethom spiss kemm jistaʼ jkun

M’għandniex xi ngħidu, relazzjoni mill-​qrib mhix se tkun dejjiema jekk titkellem persuna waħda biss. Bħalma żewġt iħbieb jieħdu pjaċir b’komunikazzjoni li fiha jieħdu sehem it-​tnejn li huma, għandna nħallu lil Alla jkellem lilna u għandna nisimgħuh meta jagħmel dan. Int taf kif ikellimna Alla?

Illum, Alla Ġeħova “jkellimna” permezz tal-​Kelma miktuba tiegħu, il-​Bibbja. (2 Timotju 3:16, 17) Għala ngħidu hekk? Biex inġibu eżempju: Nagħmlu mod tirċievi ittra mingħand ħabib tal-​qalb. Wara li taqraha, forsi b’entużjażmu tgħid lil ħaddieħor, “Għadni kif smajt mingħand ħabibi!” Però, il-​komunikazzjoni ma kinitx mitkellma, imma bil-​miktub. B’mod simili, billi taqra l-​Bibbja, int tkun qed tħalli lil Ġeħova jkellmek. B’hekk, Gina, li kkwotajna fl-​ewwel artiklu, tgħid, “Jien naħseb li jekk irrid li Alla jqisni bħala ħabiba, għandi neżamina l-​‘ittra’ li kitbilna—il-​Bibbja.” Hi żżid, “Il-​qari tal-​Bibbja kuljum ressaqni eqreb lejn Alla.” Int tħalli lil Ġeħova jkellmek kull ġurnata billi taqra l-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, kuljum? Li tagħmel dan se jgħinek tħossok eqreb lejn Alla.

a Għal iżjed informazzjoni fuq kif tersaq qrib lejn Alla permezz tat-​talb, ara kapitlu 17 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja