LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 5/1 pp. 4-7
  • Programm taʼ studju tal-Bibbja għal kulħadd

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Programm taʼ studju tal-Bibbja għal kulħadd
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TWEĠIBIET GĦAL MISTOQSIJIET LI SPISS JIĠU MISTOQSIJIN DWAR IL-​PROGRAMM TAGĦNA TAʼ STUDJU TAL-​BIBBJA
  • X’Inhu l-Kors tal-Bibbja li Joffru x-Xhieda taʼ Ġeħova?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja?
    Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja?
  • Kif Nistaʼ Nieħu Pjaċir Nistudja l-Bibbja?
    Stenbaħ!—2012
  • Ħadt pjaċir titgħallem?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 5/1 pp. 4-7
Studju tal-Bibbja

SUĠĠETT PRINĊIPALI | TIXTIEQ TISTUDJA L-BIBBJA?

Programm ta’ studju tal-Bibbja għal kulħadd

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova huma magħrufin sew għall-​ippritkar pubbliku tagħhom. Imma kont taf li nikkonduċu programm taʼ studju tal-​Bibbja globali wkoll?

Raġel qed jieħu studju tal-Bibbja fuq il-post tax-xogħol tiegħu

Fl-​2014, iktar minn 8,000,000 Xhud f’240 pajjiż ikkonduċew kważi 9,500,000 studju tal-​Bibbja kull xahar.a Tabilħaqq, in-​numru taʼ nies li jistudjaw il-​Bibbja magħna jaqbeż il-​popolazzjoni individwali taʼ xi 140 pajjiż!

Biex jagħmlu dan ix-​xogħol edukattiv, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippubblikaw kważi biljun u nofs Bibbja, ktieb, rivista, u għajnuna oħra għall-​istudju tal-​Bibbja kull sena—b’xi 700 lingwa! Dan l-​isforz taʼ stampar bla paragun jippermetti lin-​nies jistudjaw il-​Bibbja bil-​lingwa tal-​għażla tagħhom.

“Qatt ma ħadt pjaċir nistudja l-iskola, imma dan l-istudju ħadt pjaċir bih. U l-affarijiet li tgħallimt kienu tant taʼ faraġ!”—Katlego, l-Afrika t’Isfel.

“Il-kors kopra l-mistoqsijiet kollha li kelli u ħafna iżjed.”—Bertha, il-Messiku.

“L-istudju tal-Bibbja sar id-dar tiegħi f’ħin li kien tajjeb għalija. Xi stajt nitlob iktar!”—Eziquiel, il-Brażil.

“Il-lezzjonijiet kultant kienu taʼ kwarta jew nofsiegħa—drabi oħra itwal—kif kien konvenjenti għalija.”—Viniana, l-Awstralja.

“Il-kors kien b’xejn—inkredibbli!”—Aimé, il-Benin.

“L-għalliema tiegħi tal-Bibbja kienet paċenzjuża u qalbha tajba ħafna. Żviluppajna rabta soda bejnietna.”—Karen, l-Irlanda taʼ Fuq.

“Ħafna nies jistudjaw il-Bibbja mingħajr ma jsiru Xhieda.”—Denton, l-Ingilterra.

TWEĠIBIET GĦAL MISTOQSIJIET LI SPISS JIĠU MISTOQSIJIN DWAR IL-​PROGRAMM TAGĦNA TAʼ STUDJU TAL-​BIBBJA

Kif isir il-kors tal-istudju?

Naqbdu diversi suġġetti Bibliċi u neżaminaw versi Bibliċi li jkollhom x’jaqsmu maʼ dawk is-​suġġetti. Pereżempju, il-​Bibbja twieġeb mistoqsijiet bħal dawn: Min hu Alla? X’inhi l-​personalità tiegħu? Għandu isem? Fejn jgħix? Nistgħu nersqu qrib lejh? L-​isfida hi li nkunu nafu fejn għandna nfittxu fil-​Bibbja għat-​tweġibiet.

Biex ngħinu lin-​nies isibu t-​tweġibiet, normalment nużaw il-​ktieb taʼ 224 paġna, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?b Dan il-​ktieb ġie disinjat speċifikament biex jgħin lin-​nies jifhmu t-​tagħlim bażiku tal-​Bibbja. Jinkludi lezzjonijiet dwar Alla, Ġesù Kristu, it-​tbatija tal-​bniedem, l-​irxoxt, it-​talb, u ħafna iżjed suġġetti.

Meta u fejn jistaʼ jsir l-istudju?

L-​istudju jistaʼ jsir f’ħin u f’post konvenjenti għalik.

Kemm idumu s-sessjonijiet taʼ studju?

Ħafna nies iħallu bejn wieħed u ieħor siegħa fil-​ġimgħa biex jistudjaw il-​Bibbja. Imma t-​tul tal-​istudju hu flessibbli. Nadattawh biex jidħol fl-​iskeda tiegħek. Xi wħud jistudjaw għal 10 minuti jew kwarta kull ġimgħa.

Kemm jiswa flus il-kors?

Il-​kors u l-​materjali għall-​istudju huma b’xejn. Dan hu fi qbil mal-​istruzzjoni li Ġesù ta lid-​dixxipli tiegħu: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.”—Mattew 10:8.

Kemm idum sejjer il-kors?

It-​tul tal-​kors tal-​istudju jiddependi minnek. Il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? fih 19-​il lezzjoni.Tistaʼ tkopri kwalunkwe waħda jew kollha kemm huma b’pass komdu għalik.

kolli nsir Xhud taʼ Ġeħova?

Le. Bir-​rispett nagħrfu li kulħadd għandu d-​dritt jagħżel x’jemmen. Madankollu, dawk li jiksbu għarfien bażiku tal-​Bibbja jistgħu jagħżlu x’jemmnu għax ikunu informati.

Minn fejn nistaʼ nġib iżjed informazzjoni?

Il-​Websajt jw.org/mt tipprovdi informazzjoni korretta dwar it-​twemmin u l-​attivitajiet tax-​Xhieda taʼ Ġeħova.

Kif nistaʼ nitlob studju tal-Bibbja?

Nies jitolbu studju tal-Bibbja b’modi diversi: onlajn, bil-miktub, u permezz taʼ direttorju tat-telefown
  • Agħmel rikjesta onlajn fuq www.jw.org/mt.

  • Ikteb fl-​eqreb indirizz imniżżel f’paġna tnejn taʼ din ir-​rivista.

  • Ikkuntattja lix-​Xhieda taʼ Ġeħova fejn toqgħod int. Tistaʼ tfittex taħt “Xhieda taʼ Ġeħova” f’xi direttorju tat-​telefown fl-​inħawi tiegħek.

a L-istudji tal-Bibbja ġeneralment isiru maʼ individwi jew gruppi żgħar taʼ nies.

b Pubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Iktar minn 230 miljun kopja taʼ dan il-ktieb ġew stampati b’iżjed minn 260 lingwa.

GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJI

Eziquiel

“Meta marti bdiet tistudja l-​Bibbja, innotajt tibdil sinifikanti fiha. Il-​ħajja tal-​familja tagħna tjiebet. Billi ġietni l-​kurżità dwar xiex kienet qed tistudja, bdejt nistudja jien ukoll. Dak li tgħallimt għamilni persuna aħjar. L-​istudju tal-​Bibbja ressaq il-​familja tagħna flimkien.”—Eziquiel.

Karen

“Wara li bdejt nistudja l-​Bibbja, qtajt il-​vizzju tad-​drogi, waqaft nabbuża mill-​alkoħol, u tgħallimt nikkontrolla r-​rabja tiegħi. Id-​dar tiegħi hi iżjed nadifa u organizzata. Napprezza lil familti iżjed u nieħu pjaċir nagħmel affarijiet biex inferraħhom. Ninsab ħafna iktar ferħana.”—Karen.

Viniana

“Xi nies ikkritikawni talli studjajt il-​Bibbja.Imma żewġi appoġġani fid-​deċiżjoni tiegħi billi qal: ‘Ma jimpurtanix x’jgħidu n-​nies. La qed nara li nbdilt għall-​aħjar—dak li jimpurtani. Ibqaʼ agħmel dak li qed tagħmel.’ Il-​ħajja tal-​familja tagħna qatt ma kienet aħjar!”—Viniana.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja