LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 11/1 pp. 12-14
  • Nistgħu verament insibu lil Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nistgħu verament insibu lil Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Liema aspetti ma jistgħux jiġu mifhumin?
  • Dak li tistaʼ tkun taf
  • ‘FITTXU’
  • 1 Alla Hu Misteru—Huwa Minnu Dan?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • X’Inhi l-​Verità dwar Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Min hu Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Tista’ int verament ‘tersaq qrib lejn Alla’?
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 11/1 pp. 12-14
Koppja tmur mixja f’lejl mimli stilel

Nistgħu verament insibu lil Alla?

“Lil Alla ma tistax tifhmu.”—Filo taʼ Lixandra, filosfu tal-​ewwel seklu.

“[Alla] m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.”—Sawl taʼ Tarsu, jindirizza lil filosfi tal-​ewwel seklu f’Ateni.

HEKK kif taqra dawn iż-​żewġ stqarrijiet, liema minnhom tiddeskrivi l-​ħarsa tiegħek? Ħafna jsibu l-​kliem taʼ Sawl taʼ Tarsu, magħruf ukoll bħala l-​appostlu Pawlu, taʼ wens u li jiġbdek. (Atti 17:26, 27) U l-​Bibbja fiha dikjarazzjonijiet oħra bħal din. Pereżempju, Ġesù qal talba li fiha dikjarazzjoni rassiguranti li s-​segwaċi tiegħu jistgħu jsiru jafu lil Alla u jirċievu l-​barka tiegħu.—Ġwanni 17:3.

Madankollu, filosfi bħal Filo kellhom ħarsa differenti. Huma taw x’tifhem li qatt ma tistaʼ ssir taf lil Alla minħabba li hu totalment inkomprensibbli. X’inhi l-​verità?

Bl-​onestà kollha, il-​Bibbja tirrikonoxxi li hemm xi affarijiet dwar Alla li huma diffiċli biex jifhmuhom il-​bnedmin. Pereżempju, kemm ilu jeżisti l-​Ħallieq, kemm jibbrilla moħħu, u kemm hu profond l-​għerf tiegħu ma jistgħux jiġu mkejlin, ikkalkulati, jew mifhumin. Sempliċement huma ogħla mill-​fehma umana. Però, dawn l-​aspetti t’Alla ma jippreżentaw l-​ebda ostaklu f’li nsiru nafuh. Infatti, jekk nimmeditaw fuq l-​dawn l-​affarijiet stess jistaʼ jgħinna ‘nersqu qrib lejn Alla.’ (Ġakbu 4:8) Ejja nikkunsidraw ftit eżempji taʼ affarijiet bħal dawn li ma jistgħux jiġu mifhumin. Imbagħad se naraw xi aspetti t’Alla li verament nistgħu nifhmu.

Liema aspetti ma jistgħux jiġu mifhumin?

L-​EŻISTENZA ETERNA T’ALLA: Il-​Bibbja tgħallem li Alla jeżisti “minn dejjem għal dejjem.” (Salm 90:2) Fi kliem ieħor, Alla ma kellux bidu u qatt mhu se jkollu tmiem. Mill-​ħarsa tal-​bniedem, “fl-​għadd, sninu huma bla tarf.”—Ġob 36:26.

Kif tibbenefika int: Alla jwiegħdek ħajja taʼ dejjem jekk verament issir tafu. (Ġwanni 17:3) Kemm tkun taʼ min joqgħod fuqha wegħda bħal din kieku Alla nnifsu ma jgħixx għal dejjem? “Is-​Sultan taʼ l-​eternità” biss jistaʼ jwettaq wegħda bħal din.—1 Timotju 1:17.

IL-​MOĦĦ T’ALLA: Il-​Bibbja tgħallem li “ħadd ma jistaʼ jifhem x’intelliġenza” għandu Alla għax il-​ħsibijiet tiegħu huma ħafna ogħla minn tagħna. (Isaija 40:28; 55:9) Bix-​xieraq, il-​Bibbja tistaqsi l-​mistoqsija rettorika: “Min hu dak li jistaʼ jifhem il-​ħsieb tal-​Mulej biex ikun jistaʼ jgħallmu?”—1 Korintin 2:16, Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

Kif tibbenefika int: Alla hu kapaċi jismaʼ miljuni taʼ talbiet fl-​istess ħin. (Salm 65:2) Saħansitra jinnota kull għasfur tal-​bejt li jaqaʼ fl-​art. Qatt se jkun moħħ Alla mgħobbi żżejjed, iżommu milli jinduna bik u jismaʼ t-​talb tiegħek? Le, għax moħħu mhux limitat. Iżjed minn hekk, għalih “intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-​bejt.”—Mattew 10:29, 31.

IL-​MOGĦDIJIET T’ALLA: Il-​Bibbja tgħallem li “l-​bnedmin qatt ma [jistgħu] jsiru jafu mill-​bidu sat-​tmiem l-​għemil li għamel l-​Alla l-​veru.” (Ekkleżjasti 3:11) Għalhekk, qatt m’aħna se nsiru nafu kollox dwar Alla. L-​għerf tal-​mogħdijiet t’Alla ‘hu bla tarf.’ (Rumani 11:33) Madankollu, Alla hu lest jirrivela l-​mogħdijiet tiegħu lil dawk li jridu jogħġbuh.—Għamos 3:7.

Kemm ilu jeżisti l-​Ħallieq, kemm jibbrilla moħħu, u kemm hu profond l-​għerf tiegħu ma jistgħux jiġu mkejlin, ikkalkulati, jew mifhumin

Kif tibbenefika int: Jekk taqra u tistudja l-​Bibbja, qatt ma tieqaf titgħallem affarijiet ġodda dwar Alla u l-​mogħdijiet tiegħu. Dan ifisser li nistgħu nersqu dejjem eqreb lejn Missierna tas-​sema għall-​eternità kollha.

Dak li tistaʼ tkun taf

Sempliċement għax ma nistgħux nifhmu għalkollox ċerti aspetti t’Alla, ma jfissirx li qatt ma nistgħu nsiru nafuh. Il-​Bibbja fiha ħafna informazzjoni li tgħinna nifhmu aħjar lil Alla. Ikkunsidra xi eżempji:

L-​ISEM T’ALLA: Il-​Bibbja tgħallimna li Alla ta isem lilu nnifsu. Hu jgħid: “Jien Ġeħova. Dak hu ismi.” Isem Alla jidher xi 7,000 darba fil-​Bibbja, iżjed minn kwalunkwe isem ieħor.—Isaija 42:8.

Kif tibbenefika int: Fit-​talba mudell, Ġesù qal: “Missierna fis-​smewwiet, ħa jitqaddes ismek.” (Mattew 6:9) Tistaʼ tuża isem Alla int ukoll fit-​talb tiegħek? Ġeħova hu lest li jsalva lil kull min juri rispett xieraq lil ismu.—Rumani 10:13.

IL-​POST FEJN JGĦAMMAR ALLA: Il-​Bibbja tgħallem li hemm żewġ “oqsma”—qasam spirtu fejn jeżistu ħlejjaq spirti b’iġsma spirti u qasam fiżiku li jikkonsisti mid-​dinja tagħna u l-​univers. (Ġwanni 8:23; 1 Korintin 15:44) Fil-​Bibbja, il-​kelma “smewwiet” spiss tirreferi għall-​qasam spirtu. Il-​‘post fejn jgħammar’ il-​Ħallieq hu f’dawk is-​“smewwiet.”—1 Slaten 8:43.

Kif tibbenefika int: Ikollok stampa iżjed ċara t’Alla. Il-​Ħallieq mhux xi forza misterjuża li qiegħed kullimkien u f’kollox. Ġeħova hu Persuna reali li jgħammar f’post veru. Xorta waħda, “m’hemm l-​ebda ħolqien li hu moħbi quddiemu.”—Ebrej 4:13.

IL-​PERSONALITÀ T’ALLA: Il-​Bibbja tgħallem li Ġeħova għandu kwalitajiet li jiġbduk. “Alla hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:8) Qatt ma jigdeb. (Titu 1:2) Mhuwiex parzjali, hu ħanin, jagħder, u bil-​mod biex jirrabja. (Eżodu 34:6; Atti 10:34) Tistaʼ tissorprendi lil ħafna li l-​Ħallieq jixtieq li jkollu “l-​intimità” maʼ dawk li jirrispettawh.—Salm 25:14.

Kif tibbenefika int: Tistaʼ ssir ħabib taʼ Ġeħova. (Ġakbu 2:23) Imbagħad, hekk kif issir taf il-​personalità taʼ Ġeħova, tkun tistaʼ tifhem aħjar rakkonti Bibliċi.

‘FITTXU’

Il-​Bibbja tagħti stampa ċara taʼ Alla Ġeħova. Hu ’l bogħod milli jkun inkomprensibbli. Infatti, il-​Ħallieq jixtieqek issir tafu. Il-​Kelma tiegħu l-​Bibbja twiegħed: “Jekk tfittxu, iħallik issibu.” (1 Kronaki 28:9) Għala ma ssirx taf lil Alla billi taqra u timmedita fuq rakkonti Bibliċi? Jekk tagħmel dan, il-​Bibbja twiegħed li Alla “jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8.

Wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova jikkonduċi studju tal-Bibbja maʼ raġel

Jekk taqra u tistudja l-Bibbja, qatt ma tieqaf titgħallem affarijiet ġodda dwar Alla u l-mogħdijiet tiegħu

Forsi taħseb, ‘Ladarba ma nistax nifhem kollox dwar il-​Ħallieq, kif qatt nistaʼ nkun ħabib tiegħu?’ Ikkunsidra dan: L-​ikbar ħabib taʼ kirurgu bilfors irid ikollu lawrja fil-​mediċina? Lanqas xejn! Il-​ħabib tal-​kirurgu jistaʼ jkollu xogħol kompletament differenti. Xorta waħda, ħbiberija mill-​qrib hi possibbli. Dak li veru jgħodd hu li l-​ħabib tal-​kirurgu jkun jaf il-​personalità tal-​kirurgu, kif ukoll xi jħobb u x’ma jħobbx. Bl-​istess mod, int tistaʼ titgħallem mill-​Bibbja x’tip taʼ persuna hu Ġeħova—eżattament dak li għandek tkun taf biex tibni relazzjoni miegħu.

Il-​Bibbja mhux biss tagħtina xi ftit dettalji dwar il-​Ħallieq, imma talli fiha l-​informazzjoni li għandna bżonn biex insiru nafu lil Alla. Tixtieq tkun taf iżjed dwar Alla Ġeħova? Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova joffru programm taʼ studju tal-​Bibbja fid-​dar b’xejn. Nistidnuk tikkuntattja lix-​Xhieda fl-​inħawi tiegħek jew iżżur il-​Websajt tagħna, www.jw.org/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja