LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 11/1 p. 16
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Se jkun hemm irxoxt!
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • X’inhu l-irxoxt?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 11/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Il-​mejtin se jerġgħu jgħixu?

In-nies jilqgħu lil uħud irxoxtati fil-ġenna tal-art

Ċertament, il-Ħallieq tal-ħajja jistaʼ jerġaʼ jagħti l-ħajja

Alla Ġeħova hu s-​Sors tal-​ħajja. (Salm 36:9) Ma jkunx raġunevoli, mela, li l-​istess Alla jistaʼ jerġaʼ jagħti l-​ħajja lil dawk li mietu? Il-​Bibbja tassigurana li se jagħmel proprju dan fil-​futur. (Aqra Atti 24:15.) Imma għala se jagħmel dan?

Il-​Ħallieq tagħna oriġinalment kellu l-​ħsieb li l-​bniedem jgħix fuq l-​art għal dejjem. (Ġenesi 1:31; 2:15-​17) Dan għadu dak li jrid għall-​umanità. Hu jħoss għalina meta jara dak li nħabbtu wiċċna miegħu issa—ħajjiet mimlijin inkwiet u li jispiċċaw f’kemm ilna ngħidu.—Aqra Ġob 14:1, 14, 15.

L-​irxoxtati fejn se jgħixu?

Alla ħalaq lill-​bniedem biex jgħix fis-​sema? Le. Alla ħalaq lill-​anġli biex jgħixu fis-​sema. Ħalaq lill-​bnedmin biex jgħixu fuq l-​art. (Ġenesi 1:28; Ġob 38:4, 7) B’dan f’moħħna, ikkunsidra l-​irxoxtijiet li wettaq Ġesù. Hu reġaʼ ta l-​ħajja lin-​nies hawn stess fuq l-​art. Bl-​istess mod, il-​biċċa l-​kbira minn dawk li se jiġu rxoxtati fil-​futur se jerġgħu jgħixu fuq l-​art.—Aqra Ġwanni 5:28, 29; 11:44.

Madankollu, Alla għażel ftit nies biex jiġu rxoxtati għall-​ħajja fis-​sema, fejn se jkollhom iġsma spirti. (Luqa 12:32; 1 Korintin 15:49, 50) Dawk irxoxtati lejn is-​sema se jsaltnu bħala slaten maʼ Kristu għal fuq l-​art.—Aqra Rivelazzjoni 5:9, 10.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 7 taʼ dan il-​ktieb, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Disponibbli wkoll fuq jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja