LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp16 Nru. 4 p. 8
  • Għala l-Bibbja baqgħet teżisti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala l-Bibbja baqgħet teżisti
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja Hi l-Messaġġ t’Alla Għalina
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Storja li tagħmel differenza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Iktar għajnuna għall-familja
    Stenbaħ!—2018
  • Int Kif Tħares Lejn il-Bibbja?
    Int kif tħares lejn il-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
wp16 Nru. 4 p. 8
Raġel jaqra l-Bibbja

SUĠĠETT PRINĊIPALI | IL-​BIBBJA—L-ISTORJA TAʼ KIF BAQGĦET TEŻISTI

Għala l-​Bibbja baqgħet teżisti

Il-​Bibbja baqgħet teżisti. B’hekk, illum tistaʼ takkwista kopja u taqraha. U meta tagħżel traduzzjoni tajba tal-​Iskrittura, tistaʼ tibqaʼ ċert li tkun qed taqra kopja li tistaʼ tafdaha tal-​kitbiet oriġinali.a Imma l-​Bibbja għala għadha teżisti minkejja tmermir naturali, oppożizzjoni ħarxa, u qerq intenzjonat fil-​messaġġ tagħha, u dan spiss sar b’rakkonti tal-​għaġeb taʼ kif baqgħet teżisti? X’hemm daqshekk speċjali dwar dan il-​ktieb?

“Jien issa konvint li l-​Bibbja li għandi hi rigal mingħand Alla”

Ħafna studenti tal-​Bibbja ġew għall-​istess konklużjoni tal-​appostlu Pawlu, li kiteb: “L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla.” (2 Timotju 3:16) Huma jemmnu li l-​Bibbja baqgħet teżisti għaliex hi l-​Kelma t’Alla unika u għaliex Alla pproteġieha sal-​lum. Faizal, li ssemma fl-​artiklu tal-​bidu taʼ din il-​ħarġa, fl-​aħħar iddeċieda li jeżamina dawn l-​istqarrijiet għalih innifsu billi jistudja l-​Bibbja. Dak li sab issorprendieh. Ma damx ma tgħallem li ħafna mit-​tagħlim li hu komuni fil-​Kristjaneżmu ma jinsabx fil-​Bibbja. Iktar minn hekk, ħassu kommoss bl-​iskop t’Alla għall-​art kif inhu muri fil-​Kelma Tiegħu.

“Jien issa konvint li l-​Bibbja li għandi hi rigal mingħand Alla,” hu jgħid. “Wara kollox, jekk Alla jistaʼ jagħmel l-​univers, ma kienx hu se jkollu l-​qawwa li jagħtina ktieb u jżommu taħt il-​ħarsien tiegħu għalina? Jekk ngħidu mod ieħor inkunu qed nillimitaw il-​qawwa t’Alla. Li nillimitaw il-​qawwa taʼ Dak li Jistaʼ Kollox—u min jien biex nagħmel dan?”—Isaija 40:8.

a Ara l-​artiklu “Kif Tistaʼ Tagħżel Traduzzjoni Tajba tal-​Bibbja?” fil-​ħarġa tal-​1 taʼ Lulju 2008 taʼ din ir-​rivista.

Kif nistgħu nkunu ċerti li l-Bibbja hi vera?

Din is-​serje taʼ artikli ddiskutiet il-​preservazzjoni tal-​Bibbja. Iżda kif tistaʼ tkun ċert li l-​Bibbja hi verament “il-​kelma t’Alla” u mhux sempliċement ġabra taʼ ħrejjef u leġġendi? (1 Tessalonikin 2:13) Ara l-​vidjow qasir Kif nistgħu nkunu ċerti li l-​Bibbja hi vera? fuq www.jw.org/mt. (Ikklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > VIDJOWS > SIB IKTAR VIDJOWS)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja