LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp17 Nru. 1 pp. 6-7
  • Il-Bibbja kif tistaʼ tbiddilli ħajti għall-aħjar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja kif tistaʼ tbiddilli ħajti għall-aħjar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Materjal Simili
  • Iktar għajnuna għall-familja
    Stenbaħ!—2018
  • Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja?
    Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja?
  • Kif Tista’ Tgħinek il-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kif Tistaʼ Tgħinek il-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
wp17 Nru. 1 pp. 6-7
Raġel u martu qed isajru flimkien

SUĠĠETT PRINĊIPALI | KIF TIBBENEFIKA IKTAR MILL-QARI TAL-BIBBJA

Il-​Bibbja kif tistaʼ tbiddilli ħajti għall-​aħjar?

Il-​Bibbja mhijiex ktieb bħall-​oħrajn. Fiha pariri mingħand il-​Ħallieq tagħna. (2 Timotju 3:16) Il-​messaġġ tagħha jistaʼ jħalli impatt kbir fuqna. Infatti l-​Bibbja stess tgħid: “Il-​kelma t’Alla hi ħajja u qawwija.” (Ebrej 4:12) Għandha l-​qawwa li tbiddlilna ħajjitna għall-​aħjar b’żewġ modi prinċipali—billi toffrilna gwida għall-​ħajja taʼ kuljum u tgħinna nsiru nafu lil Alla u l-​wegħdi tiegħu.—1 Timotju 4:8; Ġakbu 4:8.

Ittejjeb il-​ħajja tiegħek issa. Il-​Bibbja tistaʼ tgħin anki f’affarijiet persunali. Tagħti pariri prattiċi dwar dan li ġej.

  • Kif taġixxi mal-​familja u m’oħrajn.—Efesin 4:31, 32; 5:22, 25, 28, 33.

  • Saħħa emozzjonali u fiżika.—Salm 37:8; Proverbji 17:22.

  • Valuri morali.—1 Korintin 6:9, 10.

  • Kif nieħdu ħsieb il-​bżonnijiet bażiċi.—Proverbji 10:4; 28:19; Efesin 4:28.a

Koppja żagħżugħa fl-​Asja tgħidx kemm apprezzat il-​valur tal-​pariri tal-​Bibbja. Bħal ħafna miżżewġin friski, huma kienu jsibuha bi tqila biex jaddattaw ruħhom għall-​personalità taʼ xulxin u biex ikollhom komunikazzjoni tajba bejniethom. Imma huma bdew japplikaw dak li kienu qed jaqraw mill-​Bibbja. X’kien ir-​riżultat? Ir-​raġel, Vicent, jgħid: “Dak li qrajt mill-​Bibbja għenni biex inkampa mal-​isfidi fiż-​żwieġ tagħna bi mħabba. Peress li ngħixu skont il-​Bibbja għandna ħajja ferħana flimkien.” Martu, Annalou, taqbel: “Sibna t’għajnuna l-​fatt li naqraw eżempji mill-​Bibbja. Issa nħossni ferħana u kuntenta biż-​żwieġ tagħna u bil-​miri li għandna fil-​ħajja.”

Issir taf lil Alla. Minbarra l-​kummenti dwar iż-​żwieġ, Vicent jgħid ukoll: “Peress li naqra l-​Bibbja, issa nħossni ħafna eqreb lejn Ġeħova minn qatt qabel.” Dak li qal Vicent jiffoka fuq punt importanti ħafna—il-​Bibbja tistaʼ tgħinek issir taf aħjar lil Alla. Meta tagħmel hekk, mhux biss se tibbenefika mill-​pariri tiegħu imma wkoll se tara li tistaʼ ssir tafu bħala ħabib. U se tinduna li hu jikxef dettalji dwar futur aħjar, żmien fejn tkun tistaʼ tgawdi l-​“ħajja vera”—ħajja li tibqaʼ għal dejjem. (1 Timotju 6:19) Din hi xi ħaġa li l-​ebda ktieb ieħor ma jistaʼ jagħtiha.

Jekk tibda taqra l-​Bibbja u tibqaʼ tagħmel hekk, anki int tistaʼ tgawdi dawn il-​benefiċċji—ħajja aħjar issa u ssir taf lil Alla. Però, hekk kif taqra l-​Bibbja, x’aktarx li se jkollok bosta mistoqsijiet. U meta jiġri hekk, żomm f’moħħok l-​eżempju mill-​aħjar taʼ uffiċjal Etjopjan li għex 2,000 sena ilu. Hu kellu ħafna mistoqsijiet dwar il-​Bibbja. Meta ġie mistoqsi jekk kienx qed jifhem dak li kien qed jaqra, hu wieġeb: “Tabilħaqq, kif nistaʼ nifhem, jekk xi ħadd ma jiggwidanix?”b Imbagħad hu aċċetta mill-​qalb l-​għajnuna mingħand xi ħadd li diġà kien għalliem kwalifikat tal-​Bibbja, Filippu, dixxiplu tal-​bidu taʼ Ġesù. (Atti 8:30, 31, 34) Bl-​istess attitudni, jekk int tixtieq issir taf iktar dwar il-​Bibbja, nistidnuk biex tagħmel ir-​rikjesta tiegħek onlajn fuq www.jw.org/mt jew tibgħatha fl-​indirizz l-​iktar viċin tiegħek li hemm f’paġna 2 taʼ din ir-​rivista. Tistaʼ wkoll tikkuntattja lix-​Xhieda taʼ Ġeħova li joqogħdu viċin tiegħek jew iżżur Sala tas-​Saltna qrib tiegħek. Għala ma tibdiex taqra l-​Bibbja llum u tħalliha tiggwidak għall-​ħajja aħjar?

Jekk m’intix ċert jekk tistax tafda l-​Bibbja għalkollox, jekk jogħġbok ara l-​vidjow qasir Kif nistgħu nkunu ċerti li l-​Bibbja hi vera? Tistaʼ ssibu billi tmur fuq jw.org/mt u tikklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > VIDJOWS > IL-​BIBBJA

a Għal iktar eżempji dwar il-​pariri prattiċi tal-​Bibbja, ara l-​websajt tagħna jw.org/mt. Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-​BIBBJA > MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN.

b Ara wkoll l-​artiklu “Tagħmel differenza jekk tifhimx sew?” li qiegħed f’din il-​ħarġa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja