LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp17 Nru. 5 p. 6
  • Hemm anġli mill-​agħar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hemm anġli mill-​agħar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • L-Anġli—Kif Jeffettwawna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • L-Anġli—“Spirti Għal Servizz Pubbliku”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Huma d-Demonji Reali?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
wp17 Nru. 5 p. 6
Anġli mill-agħar, jew demonji

SUĠĠETT PRINĊIPALI | L-ANĠLI—X’TGĦID IL-BIBBJA DWARHOM?

Hemm anġli mill-​agħar?

Iva, hemm anġli mill-​agħar. Minn fejn ġew? Ftakar li Alla kien ħalaq lill-​anġli bil-​libertà tal-​għażla. Ftit wara li Alla ħalaq l-​ewwel raġel u mara, Adam u Eva, wieħed mill-​ħlejjaq spirti perfetti abbuża mil-​libertà tal-​għażla li kellu u qajjem rewwixta. Hu rnexxielu jipperswadi lil Adam u Eva biex jirribellaw kontra Alla. (Ġenesi 3:1-​7; Rivelazzjoni 12:9) Il-​Bibbja ma tgħidilniex x’kien jismu dan l-​anġlu jew liema pożizzjoni kellu fis-​sema qabel ma rribella. Imma wara li rribella, il-​Bibbja bdiet issejjaħlu Satana, li jfisser “Wieħed li Jopponi,” u Xitan, li jfisser “Wieħed li Jimmalafama.”—Mattew 4:8-​11.

B’sogħba, ir-​ribelljoni kontra r-​rieda t’Alla ma spiċċatx hemm. Fi żmien Noè, għadd t’anġli “abbandunaw il-​post xieraq” li kellhom mal-​familja t’Alla fis-​sema. Huma ġew fuq l-​art u ħadu iġsma umani biex jgħixu ħajja immorali u mill-​agħar, u b’hekk żvijaw mill-​iskop li kienu maħluqin għalih.—Ġuda 6; Ġenesi 6:1-​4; 1 Pietru 3:19, 20.

X’ġara minn dawn l-​anġli mill-​agħar? Meta Alla ġab dulluvju mad-​dinja kollha biex inaddaf l-​art, huma telqu l-​iġsma li kellhom u marru lura fil-​qasam tal-​ispirti. Madankollu, Alla ma ħalliex lil dawn l-​anġli diżubbidjenti jirritornaw għall-​“pożizzjoni oriġinali tagħhom.” Minflok, hu żammhom f’kundizzjoni degradanti taʼ “dlam ċappa” spiritwali, magħrufa bħala Tartaru. (Ġuda 6; 2 Pietru 2:4) Dawn id-​demonji għażlu li jkunu taħt il-​kontroll taʼ Satana x-​Xitan, “il-​ħakkiem tad-​demonji,” li “jibqaʼ jinbidel f’anġlu tad-​dawl.”—Mattew 12:24; 2 Korintin 11:14.

Il-​Bibbja turi li s-​Saltna t’Alla mmexxija minn Kristu, li hi gvern fis-​sema, ġiet stabbilita fl-​1914.a Wara din il-​ġrajja sinifikanti, Satana u d-​demonji tiegħu tkeċċew mis-​sema u twaddbu ’l isfel lejn l-​art. Il-​ħażen tant mifrux li ma nistgħux insibu tarfu u l-​immoralità gravi li fnew il-​pjaneta tagħna, huma evidenza tal-​effett vendikattiv u qerriedi tagħhom.—Rivelazzjoni 12:9-​12.

Però, iż-​żieda fil-​ħażen u l-​vjolenza xokkanti jikkonfermaw li t-​tmiem tal-​ħakma kiefra tagħhom hi fil-​qrib. Dawn il-​ħlejjaq spirti kefrin dalwaqt se titneħħielhom il-​qawwa li għandhom. Wara li s-​Saltna tkun saltnet fuq art magħmula ġenna għal 1,000 sena, dawn l-​ispirti mill-​agħar se jkollhom ftit żmien bħala l-​aħħar opportunità biex jgħaddu minn prova l-​bnedmin. Imbagħad se jiġu meqrudin għal dejjem.—Mattew 25:41; Rivelazzjoni 20:1-​3, 7-​10.

a Għal iktar informazzjoni dwar is-​Saltna t’Alla, ara kapitlu 8 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Disponibbli wkoll fuq www.jw.org/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja