Introduzzjoni
JIMPURTAH ALLA MINNEK?
Meta jseħħ xi diżastru jew xi nies ikunu qed ibatu u jmutu, aħna forsi nitħassbu jekk Alla hux qed jara dak li qed jiġri jew jekk jimpurtahx. Il-Bibbja tgħid:
“Għax għajnejn Ġeħova huma fuq in-nies sewwa, u widnejh miftuħin għat-talb bil-ħerqa tagħhom; imma Ġeħova jdawwar wiċċu lil hinn minn dawk li qed jagħmlu l-ħażen.”—1 Pietru 3:12.
Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa turi kif Alla jgħinna u x’qed jagħmel biex ineħħi t-tbatija kollha.