LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp18 Nru. 3 pp. 8-9
  • Alla juri empatija?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla juri empatija?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • DAK LI JGĦALLIMNA L-​ĦOLQIEN
  • DAK LI L-​BIBBJA TGĦALLIMNA DWAR L-​EMPATIJA T’ALLA
  • ALLA JINNOTANA, JIFHIMNA, U JĦOSS GĦALINA
  • L-Empatija—Iċ-Ċavetta għall-Qalb Tajba u l-Mogħdrija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Uri l-Empatija
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Ħoss għal Oħrajn
    Stenbaħ!—2020
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—B’wiċċna minn quddiem nitkellmu favur is-Saltna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
wp18 Nru. 3 pp. 8-9
Tifla qed tfarraġ tifla oħra li barxet irkopptejha; mara qed tfarraġ mara oħra li qed tibki

Alla juri empatija?

DAK LI JGĦALLIMNA L-​ĦOLQIEN

L-​empatija tiġi mfissra bħala “l-​abbiltà li tifhem xi jkun qed iħoss jew jesperjenza xi ħadd billi timmaġinak fis-​sitwazzjoni tiegħu,” jew bħalma jgħid il-​Malti, tidħol fiż-​żarbun taʼ dak li jkun. Dr. Rick Hanson li hu espert tas-​saħħa mentali jgħid li l-​empatija hi xi ħaġa li nitwieldu biha.

IKKUNSIDRA: Aħna għala għandna l-​abbiltà li nuru l-​empatija, kwalità li ma ssibx bħalha f’ebda speċi oħra? Il-​Bibbja tispjega li Alla ħalaq lill-​bnedmin fix-​xbieha tiegħu. (Ġenesi 1:26) Aħna maħluqin fix-​xbieha t’Alla fis-​sens li nistgħu nirriflettu l-​personalità tiegħu u b’hekk nistgħu nuru sa ċertu punt il-​kwalitajiet mill-​aħjar tiegħu. Għaldaqstant, meta l-​empatija tqanqal lin-​nies biex jgħinu lil oħrajn, huma jkunu qed jirriflettu l-​empatija tal-​Ħallieq kollu mogħdrija tagħhom, Alla Ġeħova.—Proverbji 14:31.

DAK LI L-​BIBBJA TGĦALLIMNA DWAR L-​EMPATIJA T’ALLA

Alla għandu empatija għalina u jobgħod jarana nbatu. Rigward il-​poplu taʼ Iżrael tal-​qedem li ssaportew skjavitù ħarxa fl-​Eġittu u mbagħad 40 sena diffiċli fid-​deżert, il-​Bibbja tgħid: “Kulmeta kienu mnikktin hu kien imnikket.” (Isaija 63:9) Innota li Alla mhux sempliċement kien konxju tan-​niket tagħhom. Hu kien qed iħoss l-​uġigħ tagħhom. Jien “naf tajjeb kemm qed isofru,” qal hu. (Eżodu 3:7) Alla jgħid: “Għax dak li qed imisskom qed imiss il-​mimmi t’għajnejja.” (Żakkarija 2:8) Meta oħrajn iweġġgħuna, hu jħoss l-​uġigħ tagħna.

Il-​Bibbja taċċertana li għalkemm forsi nikkundannaw lilna nfusna u nħossu li ma jistħoqqilniex l-​empatija t’Alla, “Alla hu akbar minn qlubna u jaf kollox.” (1 Ġwanni 3:19, 20) Alla jafna aħjar milli nafu lilna nfusna. Hu konxju bis-​sħiħ taʼ kull ċirkustanza, ħsieb, u sentiment li jkollna. Hu juri empatija magħna.

Nistgħu nduru lejn Alla għall-​faraġ, l-​għerf, u l-​appoġġ b’fiduċja li se jgħin lil dawk imnikktin

L-​Iskrittura taċċertana

  • “Int issejjaħ, u Ġeħova jwieġeb; tgħajjat għall-​għajnuna, u hu jgħid, ‘Hawn jien!’”—ISAIJA 58:9.

  • “‘Għax jien naf il-​ħsibijiet li qed naħseb dwarkom,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘ħsibijiet taʼ paċi, mhux taʼ ħsara, sabiex nagħtikom futur u tama. U ssejħuli u tiġu titolbuni, u jien nismagħkom.’”—ĠEREMIJA 29:11, 12.

  • “Poġġi fi flixkun tal-​ġild id-​dmugħ tiegħi. M’huwiex dan fil-​ktieb tiegħek?”—SALM 56:8.

ALLA JINNOTANA, JIFHIMNA, U JĦOSS GĦALINA

Il-​fatt li nkunu nafu li Alla għandu empatija għalina, jistaʼ jgħinna nkampaw mad-​diffikultajiet? Ikkunsidra l-​esperjenza taʼ Maria:

“Ħassejt li l-​ħajja kienet diffiċli u mhux ġusta wara li esperjenzajt uġigħ kbir minħabba li tlift lil ibni taʼ 18-​il sena. Hu kien għamel sentejn jiġġieled mal-​marda tal-​kanċer. Kont irrabjata maʼ Ġeħova talli ma intervjeniex u ma fejqux!

“Sitt snin wara, ħabiba mill-​aħjar fil-​kongregazzjoni tiegħi u li turi mogħdrija qagħdet tismagħni hekk kif ftaħt qalbi magħha u għedtilha li kont inħoss li Ġeħova ma jħobbnix. Wara li għamlet sigħat tismagħni mingħajr ma waqqfitni, hi kkwotatli vers li ħalla impatt fuqi. Dan kien l-​1 Ġwanni 3:19, 20, li jgħid ‘Alla hu akbar minn qlubna u jaf kollox.’ Hi spjegatli li Ġeħova jifhem in-​niket tagħna.

“Minkejja dan, sibtha bi tqila biex ma nibqax irrabjata. Imbagħad qrajt Salm 94:19, li jgħid: ‘Meta l-​ħsibijiet li jinkwetawni żdiedu ġewwa fija, il-​faraġ tiegħek beda jmellisli ruħi.’ Ħassejt li dan il-​vers kien miktub għalija! Eventwalment, tgħidx kemm bdejt inħossni aħjar minħabba l-​fatt li stajt nitkellem maʼ Ġeħova dwar in-​niket tiegħi u għax kont naf li qed jismagħni u jifhimni.”

Kemm hu taʼ faraġ li nkunu nafu li Alla jifhimna u jħoss għalina! Imma, allura, għala hawn tant tbatija? Hu dan kastig mingħand Alla minħabba xi ħaġa ħażina li nkunu għamilna? Se jagħmel xi ħaġa Alla biex itemm it-​tbatija kollha? Dawn l-​affarijiet se jiġu kkunsidrati fl-​artikli li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja