LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 1 pp. 13-14
  • X’se jagħmel Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’se jagħmel Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ITEMM IL-​ĦAŻEN KOLLU
  • JAGĦMEL L-​ART ĠENNA
  • JELIMINA GĦALKOLLOX IL-​MARD U L-​MEWT
  • JISTABBILIXXI GVERN PERFETT
  • X’Se Twettaq is-Saltna t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2020
  • X’Inhu l-​Iskop t’Alla għall-​Art?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Is-Saltna t’Alla—Xi tfisser għal Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 1 pp. 13-14
In-nies t’Alla jbiddlu l-art f’ġenna

X’se jagħmel Alla?

Jekk tkun f’diffikultà, żgur li tistenna li ħabib tal-​qalb jagħmel xi ħaġa biex jgħinek. B’dan f’moħħhom, xi wħud jgħidu li Alla mhuwiex ħabib għax iħossu li mhu jagħmel xejn biex jgħinhom. Imma fir-​realtà, Alla mhux biss diġà għamel ħafna affarijiet għall-​benefiċċju tagħna imma wkoll se jagħmel xi ħaġa dwar il-​problemi u t-​tbatija kollha li qed niffaċċjaw illum. X’se jagħmel Alla?

ITEMM IL-​ĦAŻEN KOLLU

Alla se jtemm il-​ħażen kollu billi jelimina s-​sors tal-​ħażen. Il-​Bibbja tidentifika x’inhu dan is-​sors meta tgħid: “Id-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​Ħażin.” (1 Ġwanni 5:19) Dak il-​“Ħażin” mhu ħadd ħlief il-​wieħed li Ġesù sejjaħlu “l-​ħakkiem taʼ din id-​dinja,” Satana x-​Xitan. (Ġwanni 12:31) L-​influwenza taʼ Satana fuq il-​bnedmin hi s-​sors tal-​kundizzjonijiet tal-​biki li hawn fuq l-​art. X’se jagħmel Alla?

Alla Ġeħova dalwaqt se jieħu azzjoni permezz taʼ Ibnu, Ġesù Kristu, biex “iġib fix-​xejn lil dak li jistaʼ jikkaġuna l-​mewt, jiġifieri, ix-​Xitan.” (Ebrej 2:14; 1 Ġwanni 3:8) Infatti, il-​Bibbja turi li x-​Xitan innifsu jaf “li żmien qasir baqagħlu” qabel jinqered. (Rivelazzjoni 12:12) Alla se jeqred ukoll lil dawk kollha li jagħmlu l-​ħażen.—Salm 37:9; Proverbji 2:22.

JAGĦMEL L-​ART ĠENNA

Wara li jeqred il-​ħażen kollu mill-​art, il-​Ħallieq tagħna se jieħu azzjoni biex iwettaq l-​iskop tiegħu—li bnedmin perfetti jgħixu għal dejjem f’ġenna tal-​art. Lejn xiex nistgħu nħarsu ’l quddiem?

Paċi u sigurtà għal dejjem. “Il-​ġwejdin se jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.”—Salm 37:11.

Abbundanza taʼ ikel tajjeb. “Se jkun hemm ħafna qmuħ fuq l-​art; fuq il-​qċaċet tal-​muntanji jkun hemm iżżejjed.”—Salm 72:16.

Djar komdi u xogħol sodisfaċenti. “Se jibnu djar u jgħammru fihom; u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jieklu frotthom. . . . Il-​magħżulin tiegħi se jużaw xogħol idejhom bis-​sħiħ.”—Isaija 65:21, 22.

Tixxennaq int biex tara dawn il-​kundizzjonijiet? Dawn dalwaqt se jsiru xi ħaġa taʼ kuljum għal kulħadd.

JELIMINA GĦALKOLLOX IL-​MARD U L-​MEWT

Illum, kulħadd jimrad u eventwalment imut, imma dalwaqt mhux se jibqaʼ jiġri hekk. Alla mhux se jdum biex japplika l-​benefiċċji tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa sabiex “kulmin jeżerċita l-​fidi fih ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 3:16) Imbagħad x’se jkun ir-​riżultat?

Il-​mard se jiġi eliminat. “Ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’ In-​nies li jgħixu fl-​art se jkun inħafrilhom l-​iżball tagħhom.”—Isaija 33:24.

Il-​mewt mhux se tibqaʼ tifni lill-​umanità. “Hu jiblaʼ l-​mewt għal dejjem, u l-​Mulej Sovran Ġeħova se jimsaħ id-​dmugħ mill-​uċuħ kollha.”—Isaija 25:8.

In-​nies se jgħixu għal dejjem. “L-​għotja li jagħti Alla hi l-​ħajja taʼ dejjem bi Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.”—Rumani 6:23.

Dawk li mietu se jiġu rxoxtati. “Se jkun hemm irxoxt kemm tan-​nies sewwa u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.” (Atti 24:15) Huma se jibbenefikaw mill-​fidwa, ir-​rigal mingħand Alla.

Alla kif se jwettaq dan kollu?

JISTABBILIXXI GVERN PERFETT

Alla se jwettaq l-​iskop tiegħu għall-​bnedmin u għall-​art permezz taʼ gvern fis-​sema bi Kristu Ġesù bħala l-​Mexxej maħtur. (Salm 110:1, 2) Din hi s-​saltna, jew il-​gvern, li Ġesù għallem lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu għaliha f’dan il-​kliem: “Missierna fis-​smewwiet, . . . ħa tiġi saltnatek.”—Mattew 6:9, 10.

Is-​Saltna t’Alla se ssaltan fuq l-​art kollha u se teqred l-​uġigħ u t-​tbatija kollha minn fuq l-​art. Din is-​Saltna hi l-​aqwa gvern li l-​bnedmin jistaʼ qatt ikollhom! Hu għalhekk li Ġesù stinka biex ixandar “l-​aħbar tajba tas-​saltna” matul il-​ministeru tiegħu fuq l-​art u qal lid-​dixxipli tiegħu biex jagħmlu l-​istess.—Mattew 4:23; 24:14.

Peress li Alla Ġeħova jħobb ħafna lill-​bnedmin, hu wiegħed li se jagħmel għalihom dawn l-​affarijiet meraviljużi kollha. Ma jġegħlekx dan tkun trid issir tafu u tersaq qrib lejh? Jekk tagħżel li tagħmel hekk, int kif se tibbenefika? L-​artiklu li jmiss se jispjega dan.

X’SE JAGĦMEL ALLA? Alla se jeqred il-​mard u l-​mewt, jgħaqqad il-​bnedmin flimkien taħt il-​gvern tas-​Saltna tiegħu, u jagħmel l-​art ġenna

X’INHI S-​SALTNA T’ALLA?

  • Hi gvern fis-​sema stabbilit minn Alla li se jwettaq ir-​rieda tiegħu.—Ġenesi 1:28; Mattew 6:9, 10.

  • Din se titmexxa minn Sultan maħtur minn Alla li għandu kull awtorità fuq is-​sema u l-​art.—Isaija 9:6, 7; 11:2-​4; Mattew 28:18.

  • Din se tiggverna fi qbil mat-​tagħlim taʼ Ġesù, li hu bbażat fuq il-​liġijiet t’Alla.—Mattew 22:37-​39; Ġakbu 2:8.

  • Din diġà qed tmexxi u miljuni taʼ nies qed jagħmluha magħrufa billi qed ixandru “l-​aħbar tajba tas-​saltna” mad-​dinja kollha.—Mattew 24:14; 28:19, 20.a

a Għal iktar informazzjoni dwar is-​Saltna u t-​tmexxija tagħha, ara kapitlu lezzjoni 32 u 33 tal-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova u disponibbli onlajn fuq www.jw.org/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja