LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 2 pp. 14-15
  • Għala l-ħajja hi taʼ min jgħixha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala l-ħajja hi taʼ min jgħixha
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Alla veru jimpurtah minnek
  • Ħajtek għandha skop
  • Hemm tama għal futur aħjar
  • Ġeħova Għadd ‘Saħansitra x-Xagħar taʼ Rasek’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Nixtieq immut—Tistaʼ l-Bibbja tgħinni meta jkolli ħsibijiet biex nagħmel suwiċidju?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Xejn ma jistaʼ ‘jifridna mill-imħabba ta’ Alla’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Se Jismaʼ Alla t-Talb Tiegħi?
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 2 pp. 14-15
Żagħżugħa taqra l-Bibbja

Għala l-ħajja hi taʼ min jgħixha

Faizal kellu bżonn operazzjoni serja tal-​qalb madwar sena wara li mietet martu. Hu jgħid: “Meta naqra l-​ktieb taʼ Ġob nara li Ġeħova poġġieh hemm għal raġuni. Meta nsibu eżempju fil-​Bibbja li nistgħu nqabblu lilna nfusna miegħu, hu mod kif innaqqsu l-​uġigħ taʼ qalb.” Hu jżid jgħid: “Il-​ħajja xorta għadha taʼ min jgħixha.”

Tarsha kienet għadha żgħira meta mietet ommha. Hi tgħid: “Il-​fatt li naf il-​Ħallieq tagħna hu li jagħtini skop, tama, u ferħ f’ħajti minkejja l-​affarijiet kollha li jkolli niffaċċja. Nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova jistaʼ jsostnina u jgħinna ngħaddu kull ġurnata.”

L-​ARTIKLI taʼ qabel juru kif diversi ġrajjiet trawmatiċi jistgħu jagħmlu l-​ħajja tidher li ma tistax tkampa magħha. Waqt li tiffaċċja l-​problemi persunali tiegħek, tistaʼ titħasseb jekk il-​ħajja hix taʼ min jgħixha jew jekk hemmx min jimpurtah minnek. Kun ċert li Alla jimpurtah mid-​dwejjaq tiegħek. Int prezzjuż għalih.

Il-​kittieb taʼ Salm 86 qal li hu fada f’Alla: “F’jum in-​niket tiegħi nsejjaħlek, għax int twiġibni.” (Salm 86:7) Imma int forsi taħseb, ‘Alla kif se jwiġibni “f’jum in-​niket tiegħi”?’

Għalkemm Alla jistaʼ ma jsolvix il-​problemi tiegħek mill-​ewwel, il-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, tassigurak li hu jistaʼ jagħtik il-​paċi tal-​moħħ biex jgħinek tkampa: ‘Tkun ansjuż fuq xejn, imma f’kollox b’talb u b’suppliki flimkien maʼ radd il-​ħajr ħalli lil Alla jkun jaf x’teħtieġ; u l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbek u l-​qawwa mentali [jew, il-​ħsibijiet] tiegħek.’ (Filippin 4:6, 7) Jekk jogħġbok, ikkunsidra kif il-​versi tal-​Bibbja li ġejjin jassigurawna li Alla verament jimpurtah minna.

Alla veru jimpurtah minnek

‘Lanqas [għasfur tal-​bejt] wieħed m’hu minsi quddiem Alla. Int tiswa iktar minn ħafna għasafar tal-​bejt.’—Luqa 12:6, 7.

IKKUNSIDRA DAN: Għasafar żgħar bħall-​għasafar tal-​bejt jistgħu ma jidhrux importanti għal maġġoranza tan-​nies, imma Alla jimpurtah minnhom. Alla jinnota kull għasfur tal-​bejt żgħir; kull wieħed hu ħliqa ħajja prezzjuża. Il-​bnedmin huma ħafna iktar taʼ valur għal Alla mill-​għasafar tal-​bejt. Il-​bnedmin huma l-​iktar ħolqien straordinarju t’Alla fuq l-​art. Huma magħmulin fuq ix-​“xbieha” tiegħu u huma kapaċi jikkultivaw u juru l-​kwalitajiet tal-​għaġeb tiegħu.—Ġenesi 1:26, 27.

“O Ġeħova, int fittixt fija, u tafni. . . . Int għaraft il-​ħsieb tiegħi . . . Eżaminani, u sir af il-​ħsibijiet li jinkwetawni.”—Salm 139:1, 2, 23.

IKKUNSIDRA DAN: Alla jafek b’mod persunali. Hu jaf l-​iktar emozzjonijiet u anzjetajiet sigrieti tiegħek. Filwaqt li oħrajn forsi ma jifhmux il-​problemi u l-​anzjetajiet tiegħek, Alla jimpurtah minnek u jrid jgħinek. Dan jagħmel il-​ħajja taʼ min jgħixha.

Ħajtek għandha skop

“O Ġeħova, ismaʼ talbi; u ħa tasal għandek l-​għajta tiegħi għall-​għajnuna. . . . Mejjel widintek lejja; meta nsejjaħlek, fittex wiġibni. . . . Hu se jdur lejn it-​talba taʼ dawk imneżżgħin minn kollox.”—Salm 102:1, 2, 17.

IKKUNSIDRA DAN: Hu bħallikieku minn meta l-​bnedmin bdew ibatu, Ġeħova beda jżomm kont taʼ kull demgħa tal-​bnedmin. (Salm 56:8) Dan jinkludi d-​dmugħ tiegħek. Alla jiftakar il-​provi kollha u d-​dmugħ tiegħek għax int prezzjuż għalih.

“Tiċċassax ’l hemm u ’l hawn, għax jien Alla tiegħek. Jien inqawwik. Jien ngħinek verament. . . . Jien, Ġeħova Alla tiegħek, qed . . . ngħidlek, ‘Tibżax. Jien stess ngħinek.’”—Isaija 41:10, 13.

IKKUNSIDRA DAN: Allu hu lest li jgħinek. Jekk taqaʼ, hu se jqajmek.

Hemm tama għal futur aħjar

“Alla tant ħabb lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, biex kulmin jeżerċita l-​fidi fih ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.”—Ġwanni 3:16.

IKKUNSIDRA DAN: Tant int għażiż għal Alla li hu minn qalbu ta lil Ibnu, Ġesù, bħala sagrifiċċju għall-​benefiċċju tiegħek. Dan is-​sagrifiċċju jagħtik it-​tama li tgħix ħajja ferħana u bi skop għal dejjem.a

Għalkemm għandek mnejn tkun inkwetat u ħajtek tidher bħallikieku ma tistax tkampa magħha, studja bir-​reqqa l-​Kelma t’Alla u kkultiva fidi fit-​tama li Alla jwiegħed. Dan se jagħmlek ferħan u ċert li l-​ħajja hi taʼ min jgħixha.

a Biex tkun taf iktar dwar kif tistaʼ tibbenefika mis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù, ara l-​vidjow Ftakar fil-​mewt taʼ Ġesù fuq www.jw.org. Fittex taħt DWARNA > IT-TIFKIRA.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja