Kenneth E. Cook, Jr., maʼ martu, Jamie
Membru ġdid tal-Ġemgħa li Tiggverna
L-ERBGĦA filgħodu, 24 taʼ Jannar 2018, il-familja Betel tal-Istati Uniti u tal-Kanada ħadu pjaċir jisimgħu avviż speċjali li Ħuna Kenneth Cook, Jr., sar membru ġdid tal-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova.
Ħuna Cook twieled u trabba f’Pennsylvania, l-Istati Uniti. Tgħallem il-verità minn student fl-iskola tiegħu eżatt qabel ma spiċċa l-iskola sekondarja u tgħammed fis-7 taʼ Ġunju 1980. Beda fis-servizz full-time bħala pijunier regolari fl-1 taʼ Settembru 1982. Wara sentejn jaqdi bħala pijunier, hu ġie mistieden Betel, u għalhekk fit-12 taʼ Ottubru 1984 beda jaqdi fil-Betel taʼ Wallkill, New York.
Għal dawn l-aħħar 25 sena, Ħuna Cook qeda f’diversi inkarigi kemm fl-istamperija kif ukoll fl-uffiċċju taʼ Betel. Hu żżewweġ lil Jamie fl-1996, u hi ngħaqdet miegħu fis-servizz f’Betel ġewwa Wallkill. F’Diċembru 2009, Kenneth u Jamie ġew trasferiti fiċ-Ċentru Edukattiv tal-Watchtower, Patterson, New York, fejn hemmhekk Ħuna Cook kien jaħdem mad-Dipartiment tal-Korrispondenza bil-Kitba. F’April 2016, wara li ntbagħtu lura għal żmien qasir f’Wallkill, Ħuna u Oħtna Cook intbagħtu Brooklyn, New York. Ħames xhur wara, marru joqogħdu fil-kwartieri ġenerali f’Warwick, New York. U f’Jannar 2017, Ħuna Cook ġie inkarigat bħala ajjutant tal-Kumitat tal-Kitba tal-Ġemgħa li Tiggverna.