Mistoqsijiet għall-Istudju tal-Browxer Id-Demm Kif Jistaʼ Jsalvalek Ħajtek?
Xi drabi f’dawn l-istudji, hemm referenza għall-appendiċi, paġni 27-31. Jistgħu jintgħamlu kummenti fuq il-paragrafi indikati taʼ l-appendiċi waqt l-istudju. Dawn il-paragrafi jistgħu jinqraw skond ma jippermetti l-ħin.
ĠIMGĦA LI TIBDA 30 TAʼ ĠUNJU
Paġna 2, pari. 1-4. Għala huwa f’waqtu li nikkunsidraw kif id-demm jistaʼ jsalva l-ħajjiet? (Ara paġna 27, paragrafi 1-3.)
Paġna 3, pari. 1, 2. Għala huwa naturali li nqisu l-ħajja bħala li hi marbuta mad-demm, u Alla kif inhu involut f’din il-kwistjoni?
Paġna 3, pari. 3, 4. Għala għandna nkunu interessati f’dak li għandu x’jgħid Alla dwar id-demm?
Paġna 3, par. 5. X’raġuni għandna biex nagħtu attenzjoni għal Ġenesi 9:3-6, u xi jfissru dawn il-versi?
Paġna 3, par. 6. Rigward id-demm, l-Iżraelin kienu taħt liema obbligi?
Paġna 4, pari. 1, 2. Il-liġijiet t’Alla kif kienu taʼ benefiċċju għal Iżrael tal-qedem, imma x’kienet ir-raġuni prinċipali għala Iżrael evita d-demm?
Paġna 4, par. 3. Il-liġi tad-demm kif kellha titqies f’emerġenza?
Paġna 5, pari. 1, 2. Rigward il-liġi tad-demm, liema eżempju ħalla Ġesù?
Paġna 5, pari. 3, 4. (a) Konċilju appostoliku xi ddetermina dwar il-Kristjani u d-demm? (b) Kif nafu jekk il-kmand biex iżommu ’l bogħod mid-demm ma kienx sempliċement digriet temporanju?
Paġna 5, par. 5. Skond l-appostli taʼ Ġesù, kemm kien importanti l-evitar tad-demm?
Paġna 5, pari. 6, 7. Liema evidenza oħra turi li d-digriet dwar id-demm kien ħtieġa permanenti?
Paġna 6, pari. 1, 2. Id-demm kif kien jintuża bħala mediċina qabel żmien il-Kristjanità?
Paġna 6, par. 3. Il-Kristjani tal-bidu kif wieġbu għall-użu tad-demm, anki bħala mediċina, fi żmien ir-Rumani?
Paġna 6, pari. 4-6. (a) Kif beda l-użu tat-trasfużjonijiet tad-demm? (b) Meta nqisu l-liġi t’Alla, għala jkun ħażin li wieħed jieħu trasfużjoni tad-demm fil-vini?
Paġna 6, par. 7. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala jirrifjutaw trasfużjonijiet tad-demm? (Ara paġna 27, paragrafi 4-6, u paġna 28, paragrafu 1.)
Paġna 7, par. 1. Għalkemm ir-raġuni primarja għala l-Kristjani jevitaw trasfużjonijiet hija waħda reliġjuża, għala għandna neżaminaw aspetti mediċi tat-terapija tad-demm?
ĠIMGĦA LI TIBDA 7 TAʼ LULJU
Paġna 7, pari. 2, 3. Kif jitqiesu t-trasfużjonijiet tad-demm fil-mediċina moderna?
Paġna 7, pari. 4, 5. Għala huwa raġunevoli li nikkunsidraw jekk it-trasfużjonijiet humiex riskjużi?
Paġna 8, par. 1. B’mod għaqli x’nistaqsu rigward trasfużjonijiet tad-demm?
Paġna 8, pari. 2, 3. Għala huwa vitali li jqabblu t-tipi tad-demm imma dan għala m’huwiex neċessarjament biżżejjed?
Paġna 8, pari. 4, 5. Trasfużjoni tad-demm kif tistaʼ tikkaġuna problemi fl-immunità?
Paġna 8, pari. 6, 7. Liema ħsara jistgħu jikkaġunaw it-trasfużjonijiet tad-demm wara operazzjoni minħabba l-kanċer?
Paġna 9, par. 1. X’turi l-evidenza rigward it-trasfużjonijiet tad-demm u l-kirurġija tal-kanċer?
Paġna 9, pari. 2, 3. It-trasfużjonijiet jistgħu jagħmlu liema ħsara oħra lill-immunità?
Paġna 9, pari. 4, 5. In-nies għala għandhom bżonn ikunu jafu dwar il-periklu tal-mard li jiġi mit-trasfużjonijiet?
Paġna 10 (Kaxxa) pari. 1, 2. Kemm hu serju r-riskju taʼ l-epatite minħabba trasfużjoni?
Paġna 10 (Kaxxa) par. 3. Għal xi żmien, għala deher li r-riskju li taqbdek l-epatite mid-demm kien qed jingħeleb?
Paġna 10 (Kaxxa) pari. 4, 5. Liema żviluppi wrew li l-periklu li taqbdek l-epatite mid-demm xorta ma kellux jiġi injorat?
Paġna 10 (Kaxxa) pari. 6-8. It-tħassib dwar l-epatite għala m’huwiex xi ħaġa tal-passat?
Paġna 11, par. 1. X’jistaʼ juri li r-riskji tal-mard minħabba d-demm m’humiex se jisparixxu?
Paġna 11, pari. 2-4. Id-demm kif jistaʼ jesponi lil xi ħadd għal mard li m’huwiex komuni fil-post fejn jgħix? (Ara wkoll il-kaxxa, paġna 11.)
Paġna 11, pari. 5-7. L-epidemija taʼ l-AIDS kif uriet li mard ġdid u fatali jistaʼ jkun konness mad-demm?
Paġna 11, par. 8 u paġna 12, par. 1. L-użu tat-testijiet biex isibu l-mikrobi tal-marda taʼ l-AIDS għala xorta ma jiggarantixxux li d-demm ma fihx riskju?
Paġna 12, pari. 2-4. It-theddida tal-marda taʼ l-AIDS għala m’hijiex it-tmiem tal-kwistjoni?
Paġna 12, pari. 5, 6. Liema tħassib validu għandhom l-esperti dwar mard li jiġi mid-demm?
ĠIMGĦA LI TIBDA 14 TAʼ LULJU
Paġna 13, pari. 1, 2. Min irid kura medika taʼ kwalità, u din x’tinkludi?
Paġna 13, pari. 3-5. Kif tistaʼ turi li hemm alternattivi għat-trasfużjonijiet tad-demm?
Paġna 13, pari. 6-8. F’liema każi spiss tingħata trasfużjoni tad-demm, imma din il-prattika għala ma kinitx sostanzjata?
Paġna 14, par. 1. X’juri li livelli baxxi iktar min-normal taʼ l-emoglobina jistgħu jiġu tollerati?
Paġna 14, pari. 2, 3. Fil-każ taʼ telf kbir taʼ demm bil-ħeffa, xi jkun hemm bżonn, u l-problema kif tistaʼ tiġi trattata?
Paġna 14, par. 4. Fluwidi mingħajr demm li jespandu l-volum għala huma effettivi?
Paġna 14, par. 5. It-tobba kif jistgħu jgħinu pazjent ikampa maʼ telf taʼ ċelluli ħomor?
Paġna 15, par. 1. X’jistaʼ jsir biex jifformaw ċelluli ħomor b’iktar ħeffa?
Paġna 15, pari. 2-4. Waqt operazzjoni, kif jistaʼ jitnaqqas it-telf tad-demm?
Paġna 16, pari. 1-3. Liema evidenza hemm li huwa possibbli li jsiru operazzjonijiet kbar mingħajr trasfużjonijiet?
Paġna 16, pari. 4-6. Liema tipi t’operazzjonijiet oħrajn huma possibbli mingħajr l-użu tad-demm? (Ara paġna 28, paragrafi 2-4.)
Paġna 17, par. 1. Liema riżultati tajbin inkisbu f’operazzjonijiet tal-qalb li fihom ma ngħatax id-demm?
Paġna 17, pari. 2-4. Il-pazjenti li huma Xhieda kif jikkontribwixxu huma stess għar-riżultat eċċellenti li spiss jesperjenzaw f’operazzjonijiet mingħajr demm?
ĠIMGĦA LI TIBDA 21 TAʼ LULJU
Paġna 17, pari. 5, 6. X’inhu analisi tar-riskji u tal-benefiċċji, u kif jintuża?
Paġna 19, pari. 1, 2. Liema rwol għandu l-pazjent fl-analisi tar-riskji u tal-benefiċċji?
Paġna 19, pari. 3-5. Għala huwa xieraq li jitqiesu l-benefiċċji u r-riskji fit-terapija tad-demm? (Ara paġna 31, paragrafi 1, 2.)
Paġna 19, par. 6. Liema prinċipju legali għandu x’jaqsam mad-dritt tiegħek li tagħżel liema terapija medika trid? (Ara paġna 30, paragrafi 1-8.)
Paġna 18 (Kaxxa) pari. 1-4. Pazjenti li huma Xhieda x’jagħmlu biex ineħħu r-responsabbiltà legali minn fuq il-ħaddiema mediċi? (Ara paġna 28, paragrafu 5.)
Paġna 18 (Kaxxa) pari. 5-7. Meta jqisu x’lesti li jagħmlu x-Xhieda biex ineħħu r-responsabbiltà legali, għala hu raġunevoli li t-tobba u l-isptarijiet jikkooperaw?
Paġna 20, pari. 1-3. Xi ħaddiema mediċi kif wieġbu għall-waqfa li jieħdu x-Xhieda?
Paġna 20, pari. 4, 5. Il-qrati kif saru involuti f’xi każi taʼ pazjenti li huma Xhieda?
Paġna 21, pari. 1, 2. Għala m’hijiex l-aħjar ħaġa li nirrikorru għall-qrati biex jieħdu ħsieb każi li jinvolvu x-Xhieda u d-demm?
Paġna 21, pari. 3, 4. Għal liema raġunijiet m’huwiex xieraq li jirrikorru għall-qrati anki meta l-pazjent ikun tifel jew tifla?
Paġna 21, pari. 5, 6. Liema dritt bħala ġenitur huwa involut meta tkun qed tagħżel trattament għal uliedek? (Ara paġna 28, paragrafu 6, u paġna 29, paragrafu 1.)
Paġna 21, par. 7 u paġna 22, pari. 1-3. Liema deċiżjoni meħuda minn Qorti turi li l-ġenituri għandhom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet mediċi għal uliedhom?
Paġna 22, par. 4. Ġenituri li huma Xhieda u ħaddiema mediċi għala għandhom jaħdmu flimkien?
ĠIMGĦA LI TIBDA 28 TAʼ LULJU
Paġna 22, pari. 5, 6. Liema fatti prinċipali għandek iżżomm f’moħħok dwar id-demm u dwar talba li ssir minn Xhud għal kirurġija medika mingħajr demm?
Paġna 23, pari. 1-3. Anki jekk xi wħud imutu minħabba li jirrifjutaw id-demm, x’m’għandniex ninjoraw? (Ara paġna 29, paragrafi 2-5, u paġna 31, paragrafi 3-5.)
Paġna 23, pari. 4, 5. Liema hi l-ħarsa realistika lejn il-mewt u d-demm?
Paġna 24, pari. 1, 2. X’jistaʼ jgħinna napprezzaw kif id-demm tassew isalva l-ħajja?
Paġna 24, pari. 3, 4. Fiż-żmien taʼ qabel il-Kristjanità, x’kienet il-ħarsa t’Alla lejn id-demm, u għala?
Paġna 25, par. 1. Id-demm kif kien involut f’Jum it-Tpattija, u dan għala għandu jinteressana?
Paġna 25, pari. 2, 3. Liema xebh hemm bejn Jum it-Tpattija u l-irwol taʼ Ġesù?
Paġna 25, par. 4. (a) Liema hi r-raġuni prinċipali għala l-Kristjani jastjenu mid-demm? (b) Għala m’għandniex nenfasizzaw iżżejjed ir-riskji tat-trasfużjonijiet tad-demm?
Paġna 25, pari. 5, 6. (a) Id-demm kif inhu marbut mal-waqfa tagħna quddiem Alla? (b) Liema tagħlim għandna nifhmu bħala li hu ċentrali għall-ħarsa tagħna lejn id-demm?
Paġna 25, par. 7. Għala nistgħu ngħidu li l-pożizzjoni tax-Xhieda dwar id-demm turi rispett għall-ħajja?
Paġna 26, pari. 1, 2. Id-demm kif inhu involut fil-futur dejjiemi tagħna?