X’Inhuma L-Pjanijiet Tiegħek Għas-Sajf?
Meta niftakru fis-sajf, jiġi f’moħħna t-temp sabiħ, arranġamenti biex nattendu xi konvenzjoni distrettwali, u pjanijiet għal vaganza taʼ mistrieħ jew ħarġa pjaċevoli mal-qraba jew ħbieb. Meta tkunu se tagħmlu l-pjanijiet tagħkom għas-sajf, hawn ftit tfakkiriet li jistgħu jgħinukom iżżommu l-interessi tas-Saltna fl-ewwel post:
◼ Għamlu pjanijiet definiti biex tattendu l-konvenzjoni distrettwali “Messaġġiera Tal-Paċi Divina,” mit-13 sal-15 taʼ Settembru.
◼ Jekk sejrin x’imkien għal vaganza, ippjanaw biex tattendu l-laqgħat tal-kongregazzjoni lokali u biex tieħdu sehem fil-ministeru. Kunu ċerti li titfgħu r-rapporti tagħkom tas-servizz taʼ l-għalqa; jekk hemm bżonn, ibagħtuhom lis-segretarju tal-kongregazzjoni tagħkom bil-posta.
◼ Ħarġa mal-qraba li m’humiex fil-verità tistaʼ tagħtikom opportunità li tagħtu xiehda informali produttiva. Kunu ċerti li tieħdu l-Bibbja tagħkom u provista taʼ letteratura.
◼ Ħsibtu dwar li tgħinu biex jinħadem territorju f’Għawdex li rari jsir? Tkellmu maʼ l-anzjani dwar din il-possibiltà.
◼ Il-vaganzi taʼ l-iskola jipprovdu opportunità eċċellenti għaż-żgħażagħ biex jespandu l-attività taʼ servizz tagħhom. Żgħażagħ, tistgħu tinkitbu bħala pijunieri awżiljarji?
◼ B’temp sabiħ u b’sigħat taʼ dawl tal-ġurnata itwal, għandkom issibu li tistgħu tiksbu riżultati eċċellenti fis-servizz billi tagħmlu iktar għoti taʼ xiehda fil-għaxija, meta ħafna nies ikunu d-dar.
◼ L-anzjani għandhom joqogħdu għassa li l-attivitajiet tal-kongregazzjoni huma organizzati sew, billi jagħmlu arranġamenti ħalli jkun hemm xi ħadd biex jieħu ħsieb ir-responsabbiltajiet mogħtijin lil dawk li jkunu msefrin.
Ftakru li “l-pjanijiet tal-wieħed bil-għaqal żgur li jġibu vantaġġ.” (Prov. 21:5) Ippjanaw biex tieħdu kemm tistgħu mill-opportunitajiet teokratiċi fiż-żmien tas-sajf.