Tfakkiriet Għall-Mafkar
L-osservanza tal-Mafkar se taħbat nhar il-Ħadd, 23 taʼ Marzu. L-anzjani għandhom jagħtu attenzjoni lejn l-affarijiet li ġejjin:
◼ Meta jiġi stabbilit il-ħin tal-laqgħa, kunu ċerti li l-emblemi ma jiġux imqassmin qabel inżul ix-xemx.
◼ Kulħadd, inkluż il-kelliemi, għandu jiġi informat bil-ħin u l-post eżatt għall-osservanza.
◼ Għandu jinkiseb u jiġi ppreparat it-tip taʼ ħobż u nbid xieraq.—Ara It-Torri Taʼ L-Għassa tal-15 taʼ Marzu, 1985, paġna 17 (w85 2/15, p.19).
◼ Platti, tazzi, u mejda xierqa u tvalja għandhom jittieħdu fis-sala u jiġu rranġati f’posthom minn qabel.
◼ Is-Sala tas-Saltna jew xi post ieħor fejn se ssir il-laqgħa għandhom jitnaddfu bir-reqqa minn qabel.
◼ L-attendants u dawk li se jservu għandhom jintgħażlu u jingħataw struzzjonijiet minn qabel dwar il-proċedura korretta u l-inkarigi tagħhom.
◼ Għandhom isiru arranġamenti biex jiġu servuti xi wħud mill-midlukin li huma morda u li mhux possibbli għalihom li jkunu preżenti.
◼ Meta hija ppjanata iktar minn ċelebrazzjoni waħda fl-istess Sala tas-Saltna, għandu jkun hemm koordinazzjoni bejn il-kongregazzjonijiet biex jiġi evitat iffollar bla bżonn fl-intrata, fil-bieb tad-dħul, barra fuq il-bankina, u fejn jipparkjaw il-karozzi.