LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/97 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • Kif Nistaʼ Ma Nċedix Biex Nagħmel is-​Sess?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kellem lil Uliedek Dwar is-Sess
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Huwa s-sess orali verament sess?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif nista’ nispjega t-twemmin tiegħi dwar is-sess?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 5/97 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Għalxiex irridu noqogħdu attenti meta nkunu fi sħubija maʼ xi ħadd tas-​sess oppost f’konnessjoni mal-​ministeru tagħna?

Għandna għalxiex nistennew li ħutna rġiel u nisa bi ħsiebhom iżommu maʼ l-​ogħla livell morali rigward il-​kondotta persunali tagħhom. Madankollu, qegħdin ngħixu f’dinja maħmuġa u permissiva li ftit għandha limitazzjonijiet morali. Għalkemm jistaʼ ma jkollna l-​ebda intenzjoni ħażina, irridu noqogħdu għassa l-​ħin kollu sabiex nevitaw li nġibu tmaqdir jew li niġu involuti f’xi ħaġa mhix xierqa. Dan jinkludi li noqogħdu attenti waqt li nkunu qegħdin nieħdu sehem fil-​ministeru.

Fis-servizz taʼ l-​għalqa taʼ spiss niltaqgħu maʼ nies tas-​sess oppost li juru dak li qisu hu interess sinċier fil-​verità. Jekk iż-​żjara għamilnieha waħedna u m’hemm ħadd iktar fid-​dar, is-​soltu jkun aħjar jekk tagħti xiehda fil-​bieb minflok ma tidħol ġewwa. Jekk hemm l-​interess, jistgħu jsiru arranġamenti biex nerġgħu mmorru meta nkunu akkumpanjati minn xi pubblikatur ieħor jew meta jkun hemm xi oħrajn tad-​dar preżenti wkoll. Jekk dan m’huwiex possibbli, ikun għaqli jekk tagħti ż-​żjara lil xi pubblikatur taʼ l-​istess sess bħal taʼ l-​inkwilin. Dan japplika wkoll għal meta nikkonduċu studji tal-​Bibbja maʼ xi ħadd tas-​sess oppost.​—Matt. 10:16.

Hemm bżonn li noqogħdu attenti meta nkunu se nagħżlu lil xi ħadd maʼ min naħdmu fil-​ministeru. Għalkemm pubblikaturi tas-​sess oppost jistgħu xi drabi jaħdmu flimkien, dan l-​aħjar li jsir bħala parti minn grupp. Normalment, anki waqt li nkunu fil-​ministeru, m’huwiex għaqli li nqattgħu xi ħin waħedna maʼ xi ħadd tas-​sess oppost li m’huwiex is-​sieħeb jew sieħba tagħna fiż-​żwieġ. B’hekk, il-​ħu inkarigat mill-​grupp tas-​servizz għandu juża l-​għaqal meta jkun qiegħed jagħżel lill-​pubblikaturi, inklużi ż-​żgħażagħ, biex jaħdmu flimkien.

Billi nużaw dejjem l-​għaqal, nevitaw li ‘nagħtu dak li jistaʼ jkun taʼ tfixkil’ kemm għalina u kemm għal ħaddieħor.​—2 Kor. 6:3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja