Ħu L-Aħjar Li Tistaʼ Mill-Iskola
1 Dan huwa ż-żmien tas-sena fejn ħafna żgħażagħ jistaqsu: “Diġà rrid nerġaʼ mmur l-iskola?” Għalkemm jistaʼ jkun hemm xi sfidi u anzjetajiet assoċjati maʼ li jirritornaw lejn l-iskola, hemm ukoll ħafna benefiċċji li jistgħu jiksbu wħud żgħażagħ li jħabirku sabiex jieħdu l-aħjar li jistgħu mill-edukazzjoni tagħhom.
2 Edukazzjoni bażika tajba tistaʼ tgħin fil-progress spiritwali taʼ dak li jkun. Dak li wieħed jagħmel matul żgħożitu għandu x’jaqsam ħafna maʼ dak li jistaʼ jwettaq bħala adult. Anki fil-każ taʼ l-iskola, “dak li bniedem jiżraʼ, dak huwa jaħsad.” (Gal. 6:7) Żgħażagħ li bil-għaqal jistudjaw il-lezzjonijiet tagħhom taʼ l-iskola jistgħu jiksbu abbiltajiet li se jagħmluhom iktar taʼ użu għal Jehovah.
3 Huwa meħtieġ ħsieb minn qabel bil-għaqal biex wieħed jagħżel il-korsijiet taʼ l-iskola li jgħoddu għalih. Il-ġenituri għandhom jgħinu lil uliedhom jagħżlu ’l dawk li joffru l-iktar taħriġ prattiku sabiex jilħqu miri spiritwali fil-ħajja. Billi jiżviluppaw l-abbiltajiet tagħhom, iż-żgħażagħ se jkollhom il-vantaġġ li jkunu kapaċi jmantnu lilhom infushom fix-xogħol taʼ pijunier. L-edukazzjoni bażika tagħhom għandha tgħinhom ifaħħru lil Jehovah, jaqdu fejn jaqdu.
4 Żgħażagħ, ipprovaw ħudu l-aħjar li tistgħu mis-snin li tqattgħu fl-iskola. Waqt li tagħmlu hekk, iffokaw fuq li tgħixu ħajja sinjifikanti fis-servizz sagru, minflok ma tiġru wara karriera dinjija. Ħabirku biex tużaw ħajjitkom f’li tagħmlu r-rieda taʼ Jehovah. B’dan il-mod, se jkollkom suċċess f’ħajjitkom, b’tifħir lil Jehovah.—Salm 1:3.