LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/00 p. 4
  • “Għandi Mmur Noqgħod Xi Mkien Ieħor?”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Għandi Mmur Noqgħod Xi Mkien Ieħor?”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Mur Fejn il-Bżonn Hu Ikbar
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
  • Tistaʼ Int ‘Tgħaddi l-Maċedonja’?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Modi kif tkabbar il-ministeru tiegħek
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Tistaʼ Tgħaddi l-Maċedonja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 9/00 p. 4

“Għandi Mmur Noqgħod Xi Mkien Ieħor?”

1 Ħafna qaddejja dedikati taʼ Jehovah marru jaqdu fejn hemm iktar bżonn bi tweġiba għall-​kmand taʼ Ġesù biex ‘imorru jagħmlu dixxipli mill-​ġnus kollha.’ (Mt. 28:19) Huma qed jimitaw lil Pawlu, li wieġeb għal din is-​sejħa: “Ejja l-​Maċedonja u għinna.” (Atti 16:9) Hemm bżonn l-​għajnuna f’Għawdex. Jekk qed taħseb li tmur toqgħod Għawdex biex tkabbar il-​ministeru tiegħek, kif taħseb li dan jistaʼ jsir b’mod prattiku?

2 Imxi Pass Pass: Hemm xi territorju li ma tantx jinħadem fil-​kongregazzjoni tiegħek? Jekk iva, tistaʼ tuża l-​isforzi tiegħek u tikkonċentra fuq dan it-​territorju. Qabel ma tiddeċiedi li tmur toqgħod xi mkien, tkellem maʼ l-​anzjani tiegħek biex tara jekk huma jħossux li int preparat li tmur toqgħod xi mkien ieħor. Tistaʼ tistaqsi lill-​indokratur tas-​circuit tiegħek x’jaħseb dwar dan. Wara li tqis in-​nefqa, forsi tkun trid taħsibha sew jekk tmurx tgħin f’Għawdex. Jekk din hi x-​xewqa tiegħek, int flimkien mal-​ġemgħa taʼ l-​anzjani tiegħek għandkom tiktbu lill-​uffiċċju tas-​Soċjetà f’Malta, billi ssemmu d-​dettalji u l-​privileġġi spiritwali li gawdejt minn mindu ilek fil-​verità. Tkun ħaġa għaqlija li żżur Għawdex qabel ma tiddeċiedi jekk tmurx toqgħod hemmhekk għal dejjem jew le.

3 Oqgħod Attent dwar li Tmur Toqgħod Xi Mkien Ieħor: Numru li dejjem qed jiżdied minn ħutna qed imorru joqogħdu f’pajjiżi oħra għax qed ifittxu livell aħjar t’għajxien jew biex jevitaw il-​moħqrija. Sadanittant, xi wħud waqgħu fin-​nassa li jħejjulhom individwi bla prinċipji. Dawn iwegħdu li jgħinuhom jistabbilixxu ruħhom fil-​pajjiż ġdid sempliċement biex jiħdulhom il-​flus u mbagħad jabbandunawhom. F’xi każi, dawn l-​individwi saħansitra jipprovaw iġagħlu lil dawn l-​uħud, li jmorru joqogħdu f’pajjiżhom, jagħmlu xogħol immorali. Meta jirrifjutaw, dawn jispiċċaw waħedhom f’pajjiż ġdid bla ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn. B’hekk, is-​sitwazzjoni tagħhom tkun saret agħar minn dik li kellhom qabel f’pajjiżhom. Saħansitra jistgħu jispiċċaw jitolbu lil xi aħwa biex isibulhom post fejn joqogħdu jew jgħinuhom b’xi mod jew ieħor, u b’hekk ipoġġu piż fuq familji Kristjani oħra li qed jipprovaw jiġġieldu mal-​problemi u d-​diffikultajiet tagħhom stess. Xi membri taʼ xi familji li marru joqogħdu xi mkien ieħor mingħajr ma qagħdu jaħsbuha sew, spiċċaw li nfirdu minn xulxin, u familji oħrajn iddgħajfu spiritwalment.—1 Tim. 6:8-11.

4 Jekk tixtieq tmur toqgħod xi mkien ieħor għall-​vantaġġ persunali tiegħek, żomm f’moħħok li tmur fejn tmur, żgur li se jkun hemm xi problemi x’tiffaċċja. Huwa iktar faċli li tegħleb il-​problemi f’post fejn diġà taf il-​lingwa u l-​kultura, minflok ma tibda mill-​ġdid f’postijiet li m’intix familjari magħhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja