X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Sett.
“Miljuni taʼ nies jemmnu li l-‘qaddisin’ għandhom qawwa speċjali u li huwa tajjeb li titlob permezz tagħhom. X’taħseb dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’qal Ġesù Kristu. [Aqra Ġwann 14:6.] Dan iġiegħel lil xi wħud jiddubitaw jekk għandhomx jitolbu permezz tal-‘qaddisin.’ Din il-ħarġa taʼ It-Torri taʼ l-Għassa tiddiskuti dan is-suġġett importanti.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Sett.
“Ħafna jaħsbu dwar jekk qattx se jkun hawn tmiem għall-problemi kollha li naraw madwarna—il-gwerer, il-kriminalità, u l-atti taʼ terrur. X’taħseb dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja tagħti din l-assiguranza li tfarraġna. [Aqra Salm 37:10, 11.] Din ir-rivista tispjega għala Alla għadu ma temmx il-ħażen u s-sofferenza li hi kaġunata mill-ħażen.”
Stenbaħ 8 t’Ott.
“Illum donnu jidher li hemm żjieda allarmanti fin-numru taʼ familji b’ġenitur wieħed. Il-Bibbja turi li l-Ħallieq tagħna jagħdirhom. [Aqra Salm 146:9.] Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! turi kif il-prinċipji tal-Bibbja jistgħu jgħinu lil ġenituri biex ikollhom suċċess waqt li jrabbu lit-tfal waħedhom.”