LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/02 p. 1
  • Xandar il-Messaġġ tas-Saltna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xandar il-Messaġġ tas-Saltna
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Saltna “li M’Hijiex Se Tinġieb f’Rovina”
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Is-Saltna t’Alla Taħkem
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Saltna “li Ma Tinqered Qatt”
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Il-​Messaġġ li Għandna Nxandru
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 12/02 p. 1

Xandar il-​Messaġġ tas-​Saltna

1 “Jeħtieġli nxandar l-​Evanġelju tas-​Saltna taʼ Alla . . . għax għalhekk kont mibgħut.” (Lq. 4:43) B’dan il-​kliem, Ġesù wera b’mod speċifiku x’kienet it-​tema tal-​ministeru tiegħu—is-​Saltna t’Alla. Il-​messaġġ li nxandru llum ukoll jiffoka fuq is-​Saltna, bħalma ġie mbassar f’Mattew 24:14: “Dan l-​Evanġelju tas-​Saltna jixxandar fid-​dinja kollha, biex il-​ġnus kollha jkollhom xhieda. Mbagħad jiġi t-​tmiem.” In-​nies liema veritajiet dwar is-​Saltna t’Alla għandhom bżonn jisimgħu?

2 Is-​Saltna t’Alla qed taħkem mis-​smewwiet u dalwaqt se tieħu post kull ħakma umana. Ix-​Xitan diġà ġie mkeċċi mis-​sema, u s-​sistema ħażina preżenti waslet fl-​aħħar jiem tagħha. (Apk. 12:​10, 12) Is-​sistema qadima u mill-​agħar taʼ Satana se tinqered għalkollox, iżda s-​Saltna t’Alla m’hijiex se titħarrek. Din se tibqaʼ għal dejjem.​—Dan. 2:44; Lhud 12:28.

3 Is-​Saltna se tissodisfa xxewqat tajbin tal-​bnedmin ubbidjenti kollha. Din se tneħħi t-​tbatija li tiġi mill-​gwerra, mill-​kriminalità, mill-​moħqrija, u mill-​faqar. (Salm 46:​9, 10 [46:​8, 9, NW]; 72:​12-14) Se jkun hemm abbundanza taʼ ikel disponibbli għal kulħadd. (Salm 72:16; Is. 25:6) Il-​mard u d-​diżabilità se jkunu biss xi ħaġa tal-​passat. (Is. 33:24; 35:​5, 6) Hekk kif il-​bnedmin jibdew isiru perfetti, l-​art se tinbidel f’ġenna, u n-​nies se jgħixu flimkien għalenija.—Is. 11:​6-9.

4 Nuru li rridu nkunu suġġetti għas-​Saltna t’Alla bil-​mod kif ngħixu issa. Il-​messaġġ tas-​Saltna għandu jeffettwa lil ħajjitna f’kollox, inkluż il-​miri u l-​prijoritajiet tagħna. Per eżempju, waqt li aħna obbligati nipprovdu għal dawk taʼ darna, m’għandniex inħallu l-​ansjetajiet għall-​affarijiet materjali joħonqu l-​interessi tas-​Saltna. (Mt. 13:22; 1 Tim. 5:8) Minflok, għandna nagħtu kas it-​twissija taʼ Ġesù: “Mela fittxu l-​ewwel is-​Saltna u l-​ġustizzja taʼ Alla, u dan kollu [il-bżonnijiet materjali tal-​ħajja] jingħatalkom ukoll.”​—Mt. 6:33.

5 Hija xi ħaġa urġenti li nnies jisimgħu u jaġixxu fuq il-​messaġġ tas-​Saltna sakemm għad għandhom iċ-​ċans. Jalla ngħinuhom jagħmlu dan billi ‘nfittxu li nipperswaduhom fuq is-​Saltna t’Alla.’​—Atti 19:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja