Qiegħed Tagħti Sehmek biex Joħroġ Rapport Eżatt?
1 Ħafna rakkonti Bibliċi jinkludu numri speċifiċi, li jgħinu biex dak li jkun jieħu stampa ċara taʼ x’kien ġara. Per eżempju, Gidgħon għeleb il-kamp taʼ Midjan bi 300 raġel biss. (Mħ. 7:7) L-anġlu taʼ Jehovah qatel 185,000 suldat Assirjan. (2 Slat. 19:35) F’Pentekoste tas-sena 33 E.K., tgħammdu madwar 3,000 ruħ, u ftit wara dan, l-għadd taʼ dawk li jemmnu żdied għal 5,000 ruħ. (Atti 2:41; 4:4) Minn dawn ir-rakkonti huwa evidenti li l-qaddejja t’Alla fil-passat għamlu ħafna sforz sabiex jiġbru l-informazzjoni kompluta u jniżżluha bl-eżatt.
2 Illum, l-organizzazzjoni taʼ Jehovah tistruwina biex nirrapportaw il-ħidma tagħna fis-servizz taʼ l-għalqa kull xahar. Billi nikkooperaw fedelment maʼ dan l-arranġament se ngħinu biex ikun hemm indokrar effettiv tax-xogħol taʼ l-ippridkar. Ir-rapporti jistgħu jirrivelaw aspett tal-ministeru li għandu bżonn l-attenzjoni jew li hemm bżonn taʼ iktar ħaddiema f’ċerta parti taʼ l-għalqa. Fil-kongregazzjoni, ir-rapporti tas-servizz taʼ l-għalqa jgħinu lill-anzjani jaraw min għandu l-potenzjal li jżid fil-ministeru tiegħu kif ukoll dawk li għandhom mnejn ikollhom bżonn l-għajnuna. Ukoll, ir-rapporti dwar il-progress tax-xogħol taʼ l-ippridkar tas-Saltna huma taʼ inkuraġġiment għall-fratellanza Kristjana kollha. Qiegħed tagħti sehmek sabiex joħroġ rapport eżatt?
3 Ir-Responsabbiltà Persunali Tiegħek: Fl-aħħar tax-xahar, issibha diffiċli biex tiftakar x’għamilt fil-ministeru? Jekk inhu hekk, għaliex ma tniżżilx l-attività tiegħek kull darba li tieħu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa? Xi wħud jużaw kalendarju jew djarju. Oħrajn iġorru magħhom karta vojta tar-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa. Fl-aħħar tax-xahar, mill-ewwel agħti r-rapport tiegħek lill-indokratur taʼ l-istudju tal-ktieb. Jew jekk tippreferi, tistaʼ titfaʼ r-rapport tiegħek fil-kaxxa tar-rapporti fis-Sala tas-Saltna. Jekk tinsa titfaʼ r-rapport tiegħek, ikkuntattja mill-ewwel lill-indokratur taʼ l-istudju tal-ktieb tiegħek minflok ma toqgħod tistenna lilu biex jikkuntattjak. Jekk tirrapporta l-attività tiegħek b’mod kuxjenzjuż, tkun qed turi rispett għall-arranġament taʼ Jehovah. Tkun qed turi wkoll konsiderazzjoni kollha mħabba għall-aħwa li huma inkarigati biex jiġbru r-rapporti u jniżżlu l-informazzjoni taʼ ġo fihom.—Lq. 16:10.
4 L-Irwol taʼ l-Indokratur taʼ l-Istudju tal-Ktieb: Bħala ragħaj li joqgħod għassa u li jieħu ħsieb, l-indokratur taʼ l-istudju tal-ktieb jieħu interess fl-attività tal-grupp matul ix-xahar. (Prov. 27:23) Hu jaf jekk kull pubblikatur hux qed ikollu sehem regulari, sinifikanti, u ferrieħi, u malajr joffri l-għajnuna jekk xi ħadd ma jkunx ipparteċipa għal xahar sħiħ. Ħafna drabi, kelma taʼ inkuraġġiment, xi suġġeriment prattiku, jew xi stedina biex dak li jkun jaħdem miegħu fis-servizz taʼ l-għalqa huwa dak kollu li jkun hemm bżonn.
5 Fl-aħħar tax-xahar, l-indokratur taʼ l-istudju tal-ktieb jara li kull wieħed fil-grupp wettaq ir-responsabbiltà li jirrapporta l-attività tiegħu sabiex b’hekk is-segretarju jkun jistaʼ jagħti rapport eżatt tal-kongregazzjoni lill-uffiċċju tal-fergħa sas-sitt jum tax-xahar taʼ wara. Hekk kif jibda joqrob l-aħħar tax-xahar, jistaʼ jkun t’għajnuna għalih li jfakkar lill-grupp u jkollu biżżejjed karti tar-rapport fejn jinżamm l-istudju tal-ktieb. Jekk xi ħadd jaljena rasu biex jitfaʼ r-rapport, jistaʼ jagħti inkuraġġiment u xi tfakkiriet f’waqthom.
6 Meta nagħtu r-rapporti tas-servizz taʼ l-għalqa bla dewmien jgħin biex ikun hemm rapport li jirrifletti b’eżattezza dak li sar fil-ministeru. Se tagħti sehmek billi tirrapporta l-attività tiegħek kull xahar minnufih?