LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/03 p. 4
  • Nikkultivaw Intimità maʼ Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nikkultivaw Intimità maʼ Jehovah
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • “Ersqu Lejn Alla”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Stinka Biex Issir Midħla taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Ibqaʼ Agħmel Progress Spiritwali!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • L-Istudju Hu Premjanti
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 11/03 p. 4

Nikkultivaw Intimità maʼ Jehovah

1. Waħda oħt xi rrealizzat dwar ir-​rutina spiritwali tagħha?

1 “Ili neżisti fil-​verità għal madwar dawn l-​aħħar 20 sena billi sempliċement immur il-​laqgħat u nieħu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa,” ammettiet waħda oħt Kristjana. Madankollu, hi tkompli: “Wasalt għall-​konklużjoni li għalkemm dawn l-​affarijiet huma importanti, bihom biss m’iniex se nkun b’saħħti biżżejjed meta s-​sitwazzjoni tibda ssir diffiċli. . . . Issa nirrealizza li rrid naħsibha mod ieħor u nibda programm taʼ studju bis-​sens sabiex verament insir naf lil Jehovah u nsir inħobbu u napprezza dak li tana Ibnu.”

2. Għala huwa importanti li nikkultivaw intimità maʼ Jehovah?

2 Persuna trid tagħmel sforz biex tibni relazzjoni persunali mill-​qrib maʼ Jehovah. Teħtieġ iktar milli sempliċement ikollha rutina t’attività Kristjana. Jekk nonqsu li nikkomunikaw regolarment maʼ Jehovah, maż-​żmien nistgħu nibdew inqisuh bħal xi ħadd li xi darba kien ħabib tal-​qalb imma li issa tlifna l-​kuntatt miegħu. (Apk. 2:4) Ejja neżaminaw kif l-​istudju persunali tal-​Bibbja u t-​talb jistgħu jgħinuna nsiru midħla taʼ Jehovah, jew nikkultivaw intimità miegħu.​—Salm 25:14.

3. Kif għandna nagħmlu l-​istudju persunali tagħna sabiex nersqu qrib lejn Alla?

3 It-​Talb u l-​Meditazzjoni Huma Vitali: L-​istudju persunali li jitmaʼ l-​qalb jinvolvi iktar milli sempliċement nimmarkaw il-​punti prinċipali fil-​materjal li nistudjaw u nfittxu l-​iskritturi ċitati. Dan jinkludi li aħna nirriflettu fuq x’qed jurina t-​tagħrif dwar it-​triqat, il-​livelli, u l-​personalità taʼ Jehovah. (Eżo. 33:13) Il-​fatt li nifhmu affarijiet spiritwali jeffettwa l-​emozzjonijiet tagħna u jqanqalna naħsbu dwar ħajjitna stess. (Salm 119:​35, 111) L-​istudju persunali għandu jsir bl-​iskop li nersqu qrib lejn Jehovah. (Ġak. 4:8) Studju bis-​serjetà jeħtieġ il-​ħin kif ukoll l-​ambjent addattat, u studju regulari jeħtieġ id-​dixxiplina. (Dan. 6:​11 [6:​10, NW]) Anki jekk ħajtek hi mimlija daqs bajda, qiegħed int twarrab il-​ħin kuljum biex timmedita fuq il-​kwalitajiet meraviljużi taʼ Jehovah?​—Salm 119:​147, 148; 143:5.

4. It-​talb qabel l-​istudju persunali kif jgħinna nikkultivaw intimità maʼ Jehovah?

4 It-​talb mill-​qalb huwa parti vitali minn studju persunali bis-​sens. Sabiex il-​veritajiet Bibliċi jeffettwawlna qlubna u jqanqluna ‘nagħtu lil Alla l-​qima li togħġbu bil-​ġieħ u bil-​biżaʼ,’ għandna bżonn lispirtu qaddis t’Alla. (Lhud 12:28) Għaldaqstant, kulmeta nqattgħu ftit ħin nistudjaw għandna nibdew billi nitolbu bil-​ħniena lil Jehovah għall-​ispirtu tiegħu. (Mt. 5:3) Meta nimmeditaw fuq l-​Iskrittura u nużaw il-​pubblikazzjonijiet li l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah ipprovdiet bħala għajnuna għall-​istudju, inkunu qed niftħu qalbna quddiem Jehovah. (Salm 62:9 [62:​8, NW]) L-​istudju b’dan il-​mod huwa att taʼ qima li bih nesprimu d-​devozzjoni lejn Jehovah u nsaħħu r-​rabta li għandna miegħu.​—Ġuda 20, 21.

5. Għala huwa importanti li aħna nimmeditaw fuq il-​Kelma t’Alla kuljum?

5 Bħal f’kull relazzjoni oħra, ir-​relazzjoni tagħna maʼ Jehovah irridu nieħdu ħsiebha kontinwament sabiex din tkompli tikber matul ħajjitna. Għaldaqstant, jalla aħna nsibu l-​ħin kuljum biex nersqu qrib lejn Alla, għax nafu li hu, min-​naħa tiegħu, se jersaq qrib lejna.​—Salm 1:​2, 3; Efes. 5:​15, 16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja