LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/03 p. 1
  • L-Għaqda Kristjana Vera—Kif?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Għaqda Kristjana Vera—Kif?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • L-Unità Kristjana Tigglorifika lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Il-Qima Vera Tintgħaraf mill-Unità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Żommu l-Unità f’Dawn l-Aħħar Jiem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Il-Familja taʼ Jehovah Tgawdi Unità Prezzjuża
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 12/03 p. 1

L-​Għaqda Kristjana Vera—Kif?

1 X’inhi dik il-​ħaġa li tistaʼ tgħaqqad lil iktar minn sitt miljun ruħ minn 234 pajjiż u 380 grupp taʼ lingwi differenti? Hija biss il-​qima lejn Alla Jehovah. (Mik. 2:12; 4:​1-3) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jafu minn esperjenza persunali li l-​għaqda Kristjana vera hija realtà llum. Bħala “merħla waħda” taħt ir-​“ragħaj wieħed” tagħna, aħna determinati li nirreżistu l-​ispirtu tad-​dinja li joħloq firda.—Ġw. 10:16; Efes. 2:2.

2 L-​iskop li ma jfallix t’Alla huwa li l-​bnedmin u l-​anġli kollha jkunu magħqudin fil-​qima vera. (Apk. 5:13) Minħabba li kien jaf l-​importanza taʼ dan, Ġesù talab bil-​ħrara għall-​għaqda tas-​segwaċi tiegħu. (Ġw. 17:​20, 21) Kull wieħed u waħda minna kif nistgħu nikkontribwixxu għall-​għaqda tal-​kongregazzjoni Kristjana?

3 Kif Tinkiseb l-​Għaqda: Mingħajr il-​Kelma u l-​ispirtu t’Alla, l-​għaqda Kristjana kienet tkun impossibbli. L-​ispirtu t’Alla se jkun jistaʼ jopera mingħajr tfixkil f’ħajjitna meta napplikaw dak li naqraw fil-​Bibbja. Permezz taʼ dan se nkunu nistgħu ‘nżommu spirtu wieħed bir-​rabta tas-​sliem.’ (Efes 4:3) Se jqanqalna biex nistabru b’xulxin bl-​imħabba. (Kol. 3:​13, 14; 1 Pt. 4:8) Tippromwovi int l-​għaqda billi timmedita kuljum fuq il-​Kelma t’Alla?

4 L-​inkarigu tagħna biex nippridkaw u biex nagħmlu dixxipli jgħaqqadna flimkien ukoll. Meta naħdmu m’oħrajn fil-​ministeru, billi ‘nissieltu b’ruħ waħda għall-​fidi taʼ l-​Evanġelju,’ aħna nsiru ‘sħab fil-​ħidma għat-​tixrid tal-​verità.’ (Flp. 1:27; 3 Ġw. 8) Hekk kif nagħmlu dan, ir-​rabtiet li jgħaqqdu taʼ l-​imħabba fil-​kongregazzjoni se jissaħħu. Għax ma tgħidx lil xi ħadd li ilek ma taħdem miegħu biex jakkumpanjak fil-​ministeru taʼ l-​għalqa din il-​ġimgħa?

5 Kemm aħna privileġġati li aħna parti mill-​unika fratellanza internazzjonali vera fuq l-​art illum! (1 Pt. 5:9) Ftit ilu, eluf esperjenzaw direttament din l-​għaqda globali fil-​Konvenzjonijiet Internazzjonali “Agħtu Glorja lil Alla.” Jalla kull wieħed u waħda minna nagħtu sehem f’din l-​għaqda prezzjuża billi naqraw il-​Kelma t’Alla kuljum, billi nirranġaw id-​differenzi bl-​imħabba, u billi nippridkaw l-​aħbar tajba “b’qalb waħda.”—Rum. 15:6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja