Żomm Għajnejk Sempliċi
1. Xi jfisser li jkollok għajn sempliċi, u dan għala hu importanti?
1 Fil-Priedka tiegħu taʼ fuq il-Muntanja, Ġesù ġibed lattenzjoni lejn l-influwenza tremenda li l-għajn figurattiva, jew spiritwali, tistaʼ teżerċita fuq il-ħajja kollha tagħna. Hu qal: “Jekk, mela, għajnek tkun sempliċi, ġismek kollu jkun jiddi; imma jekk għajnek tkun mill-agħar, ġismek kollu jkun mudlam.” (Mt. 6:22, 23, NW) Għajn sempliċi hija waħda li tiffoka fuq skop wieħed—li tagħmel ir-rieda t’Alla—li ma tiġix imfixkla minn ansjetà żejda minħabba affarijiet materjali. (Mt. 6:19-21, 24-33) X’jistaʼ jgħinna nżommu għajn sempliċi?
2. Liema ħarsa dwar affarijiet materjali tħeġġeġ il-Kelma t’Alla?
2 Nikkultivaw il-Kuntentizza: Li nipprovdu għall-bżonnijiet tal-familja tagħna huwa obbligu Skritturali. (1 Tim. 5:8) Imma dan ma jfissirx li nieħdu sehem fi tfittxija li ma tispiċċa qatt għal affarijiet li huma laħjar u taʼ l-aħħar moda. (Prov. 27:20; 30:8, 9) Minflok, l-Iskrittura tħeġġiġna biex inkunu ‘kuntenti b’dak li għandna,’ in-neċessitajiet tal-ħajja. (1 Tim. 6:8; Lhud 13:5, 6) Il-fatt li nżommu maʼ dan il-parir se jgħinna nħallu għajnejna ffokati.
3. X’jistaʼ jgħinna nevitaw toqol li nistgħu nġibu b’idejna stess?
3 Nagħmlu tajjeb jekk nevitaw li ntaqqlu lilna nfusna b’dejn mhux neċessarju u b’affarijiet jew passatempi li jirrikjedu ħafna ħin u attenzjoni. (1 Tim. 6:9, 10) Kif nistgħu nagħmlu dan? Meta naħsbu dwar liema azzjoni għandna nieħdu, għandna nitolbu dwar il-kwistjoni u b’onestà naraw jekk hix se ttellifna minn affarijiet spiritwali. Kun determinat biex iżżomm l-affarijiet spiritwali fl-ewwel post f’ħajtek.—Flp. 1:10; 4:6, 7.
4. Għala għandna nħarsu lejn modi biex nissimplifikaw ħajjitna?
4 Issimplifika Ħajtek: Għajnuna oħra biex tirreżisti l-ġibda tal-materjaliżmu hi billi tfittex kif tistaʼ tissimplifika ħajtek. Wieħed ħu, li sab li l-familja tiegħu setgħet tgħaddi mingħajr ċerti affarijiet materjali, qal: “Issa nistaʼ nagħmel ħafna iktar fil-kongregazzjoni biex naqdi lil ħuti. Jien konvint li Jehovah ibierek lill-qaddejja tiegħu kollha meta jpoġġu l-qima pura qabel l-interessi persunali.” Tistaʼ int tgawdi barkiet akbar billi tissimplifika ħajtek?
5. Għala hemm bżonn taʼ sforz kontinwu biex inżommu għajnejna sempliċi?
5 Hemm bżonn taʼ sforz kontinwu biex nirreżistu linfluwenza taʼ Satana, id-dinja materjalistika tiegħu, u l-ġisem imperfett tagħna. Minflok ma nkunu aljenati, ejja nżommu għajnejna ffokati fuq li nagħmlu r-rieda t’Alla u fuq it-tama prezzjuża tagħna taʼ ħajja taʼ dejjem.—Prov. 4:25; 2 Kor. 4:18.