LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/05 p. 1
  • Edukazzjoni li Twassal għall-Ħajja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Edukazzjoni li Twassal għall-Ħajja
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Iħarsu Lejn l-Edukazzjoni?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • L-Edukazzjoni—Użaha Biex Tfaħħar lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Il-Valur Imprezzabbli tal-Edukazzjoni Divina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Edukazzjoni bi Skop
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 12/05 p. 1

Edukazzjoni li Twassal għall-​Ħajja

1 Kemm hu premjanti li tara għajnejn in-​nies jixegħlu hekk kif jibdew jifhmu l-​verità mill-​Kelma t’Alla! Meta taqsam m’oħrajn l-​għarfien dwar Alla u l-​iskop tiegħu għall-​umanità tħossok tassew sodisfatt. Din l-​edukazzjoni tistaʼ twassal individwu għall-​ħajja taʼ dejjem.—Ġw. 17:3.

2 Għala Superjuri: L-​edukazzjoni llum hija offruta bi kważi kwalunkwe mezz possibbli u fuq kull suġġett immaġinabbli. (Koħ. 12:12) Imma dan l-​għarfien ma jistax jitqabbel mal-​valur taʼ “l-​affarijiet grandjużi t’Alla.” (Atti 2:11) Irnexxielha l-​edukazzjoni li toffri d-​dinja tiġbed lill-​bnedmin xi ftit eqreb lejn il-​Ħallieq u tgħinhom isiru jafu l-​iskop tiegħu? Għenithom lin-​nies jifhmu x’jiġri meta mmutu jew għala hawn daqshekk tbatija? Tathom tama lin-​nies? Għenet biex larranġament tal-​familja jmur għall-​aħjar? Le. Bl-​edukazzjoni divina biss nistgħu aħna nsibu t-​tweġibiet veri għall-​iktar mistoqsijiet importanti tal-​ħajja.

3 L-​edukazzjoni divina tipprovdi xi ħaġa li hija nieqsa ħafna fid-​dinja taʼ llum—l-​iżvilupp morali. Il-​Kelma t’Alla tneħħi għalkollox ir-​razziżmu, it-​tribwaliżmu, u n-​nazzjonaliżmu mill-​qlub taʼ dawk li jaċċettaw u japplikaw it-​tagħlim tagħha. (Ebr. 4:12) Din qanqlet lin-​nies biex jaqtgħu kull tip taʼ vjolenza u biex ‘jilbsu l-​personalità l-​ġdida.’ (Kol. 3:​9-11; Mik. 4:​1-3) Iktar minn hekk, l-​edukazzjoni divina tat is-​saħħa lil miljuni taʼ nies biex jegħlbu prattiċi u drawwiet li ma jogħġbux lil Alla minkejja li kienu stabbiliti fis-​sod ġo qalbhom.—1 Kor. 6:​9-11.

4 Għala Issa Hu Urġenti: L-​Istruttur il-​Kbir tagħna jżommna informati dwar it-​tifsir taż-​żmien li qed ngħixu fih. Il-​ġudizzji profetiċi tiegħu fihom informazzjoni aġġornata li trid tiġi proklamata mad-​dinja kollha. (Riv. 14:​6, 7) Kristu qed isaltan fis-​smewwiet, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza dalwaqt se jinqered, u s-​Saltna t’Alla tinsab lesta biex teqred il-​gvernijiet kollha taʼ l-​art. (Dan. 2:​44; Riv. 11:15; 17:16) Għalhekk, huwa urġenti li n-​nies jirrikonoxxu s-​Sultan t’Alla li qed isaltan bħalissa, joħorġu minn Babilonja l-​Kbira, u jsejħu isem Ġeħova bil-​fidi. (Salm 2:​11, 12, Karm Żammit; Rum. 10:13; Riv. 18:4) Jalla jkollna l-​akbar sehem possibbli f’li nagħtu lill-​oħrajn l-​edukazzjoni li twassal għall-​ħajja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja