LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/07 p. 8
  • Preparat Int għal Diżastru Naturali?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Preparat Int għal Diżastru Naturali?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Preparat int?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Għin lil Oħrajn Jissaportu Matul Żmien Diffiċli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar id-Diżastri Naturali?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 1/07 p. 8

Preparat Int għal Diżastru Naturali?

1. Għala huwa għaqli li nkunu preparati għal xi diżastru?

1 Kull sena, miljuni taʼ nies madwar id-​dinja, inkluż ħafna minn ħutna, jiġu effettwati minn terremoti, tsunami, monsuni, uragani, tornadi, u għargħar. Ladarba d-​diżastri naturali jseħħu bla mistenni u jistgħu jeffettwaw lil kull wieħed u waħda minna, huwa tajjeb li nkunu preparati.​—Prov. 21:5.

2. Għala huwa tajjeb li nagħtu l-​indirizz u n-​numru(i) tat-​telefon tagħna lill-​anzjani?

2 Minn Qabel: Xi drabi l-​awtoritajiet ikunu jistgħu javżaw b’xi diżastri li jkunu ġejjin. Huwa importanti li nagħtu kas dawn it-​twissijiet. (Prov. 22:3) F’sitwazzjonijiet bħal dawn l-​anzjani se jipprovaw jikkuntattjaw lil kulħadd fil-​kongregazzjoni ħalli jgħinuhom biex jagħmlu t-​tħejjijiet meħtieġa. Wara xi diżastru, l-​anzjani wkoll se jistinkaw biex jikkuntattjaw lil kulmin jissieħeb magħhom fil-​kongregazzjoni sabiex jaraw jekk jinsabux tajbin u jekk għandhomx bżonn xi għajnuna. Jistaʼ jinħela ħin prezzjuż jekk l-​anzjani ma jkollhomx informazzjoni eżatta biex jagħmlu kuntatt maʼ kulħadd. Għalhekk, huwa importanti li l-​pubblikaturi jagħtu l-​indirizz u n-​numru(i) tat-​telefon taʼ fejn joqogħdu lis-​segretarju u lill-​indokratur taʼ l-​istudju tal-​ktieb.

3. Kif nistgħu nikkooperaw maʼ l-​anzjani jekk ngħixu f’post li spiss isiru d-​diżastri?

3 Jekk il-​kongregazzjoni tinsab f’post li spiss isiru d-​diżastri, l-​anzjani jistgħu jitolbu lill-​pubblikaturi biex jagħtuhom l-​isem u n-​numru tat-​telefon taʼ xi qarib jew ħabib li jgħix xi mkien ieħor u li jistaʼ jiġi kuntattjat f’każ t’emerġenza. Dan jistaʼ jippermetti lill-​anzjani biex isibu lil dawk li jkunu ġew evakwati. L-​anzjani forsi jkunu jixtiequ wkoll jagħmlu pjan t’emerġenza għall-​kongregazzjoni li jinkludi xi affarijiet bħal lista sempliċi taʼ provvisti t’emerġenza li kull wieħed għandu jkollu, arranġamenti għall-​evakwazzjoni, u kif se jiġu megħjunin dawk bi bżonnijiet speċjali. Huwa importanti li dak li jkun jikkoopera maʼ dawn l-​arranġamenti kollhom imħabba.​—Ebr. 13:17.

4. X’għandna nagħmlu jekk iseħħ xi diżastru fejn noqogħdu?

4 Wara Xi Diżastru: X’għandek tagħmel jekk iseħħ xi diżastru fejn toqgħod? Kun ċert li l-​familja tiegħek tingħata l-​bżonnijiet fiżiċi minnufih. Jekk tkun tistaʼ, fejn ikun hemm bżonn għin lil oħrajn li jkunu ġew effettwati. Ipprova kkuntattja lill-​indokratur taʼ l-​istudju tal-​ktieb tiegħek jew xi anzjan ieħor kemm jistaʼ jkun malajr. Dan għandu jsir anki jekk tinsab fis-​sigurtà u m’għandekx bżonn għajnuna. Jekk għandek bżonn l-​għajnuna, ibqaʼ ċert li ħutek qed jagħmlu minn kollox biex jgħinuk. (1 Kor. 13:​4, 7) Ftakar li Ġeħova jaf bis-​sitwazzjoni tiegħek; strieħ fuqu biex isaħħek. (Salm 37:39; 62:9 [Salm 62:​8, New World Translation]) Kun lest għal opportunitajiet biex tipprovdi appoġġ spiritwali u emozzjonali lil oħrajn. (2 Kor. 1:​3, 4) Erġaʼ aqbad ir-​rutina teokratika tiegħek kemm jistaʼ jkun malajr.​—Mt. 6:​33.

5. Aħna bħala Kristjani kif niġu effettwati mit-​theddida taʼ xi diżastru?

5 Filwaqt li t-​theddida taʼ xi diżastru toħloq ansjetà kbira lid-​dinja, aħna nistgħu nħarsu lejn il-​futur b’fiduċja. Dalwaqt id-​diżastri kollha se jkunu xi ħaġa tal-​passat. (Riv. 21:4) Sadanittant, nistgħu nieħdu passi raġunevoli biex nippreparaw għal żminijiet taʼ inkwiet u diffikultajiet hekk kif nibqgħu żelużi f’li niddikjaraw l-​aħbar tajba lil oħrajn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja