X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Lul.
“Il-mewt tal-maħbubin tistaʼ tikkaġuna ħafna niket. Taħseb li parti minnhom tibqaʼ tgħix? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ġesù ta din il-wegħda inkuraġġanti. [Aqra Ġwanni 5:28, 29.] Ladarba Ġesù qal li ‘ġej’ l-irxoxt, din ir-rivista tispjega mill-Bibbja fejn jinsabu lmejtin bħalissa.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 t’Awis.
“Nixtieq l-opinjoni tiegħek dwar xi ħaġa li qal Ġesù. [Aqra Mattew 5:3.] Taħseb li l-ispiritwalità hija importanti biex ikollna l-hena? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista turi x’tgħid il-Bibbja dwar l-ispiritwalità vera u kif nistgħu niksbuha.”