LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/07 p. 8
  • Infarrġu lil Dawk taʼ Qalb Miksura

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Infarrġu lil Dawk taʼ Qalb Miksura
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Farrġu lill-Imnikktin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Kif Alla joffri l-faraġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • ‘Farraġ lill-Imnikktin Kollha’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Faraġ Għal Dawk fil-Bżonn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 12/07 p. 8

Infarrġu lil Dawk taʼ Qalb Miksura

1 Qatt qabel fl-​istorja umana ma kien hemm bżonn il-​faraġ daqs illum. Minħabba li nsegwu lis-​Sultan tagħna, Kristu Ġesù, aħna wkoll naħdmu biex ‘indewwu l-​qalb miksura.’—Is. 61:1.

2 Kif Għandna Nagħmlu Dan: Biex infarrġu lin-​nies, fil-​ministeru tagħna għandna nħejju preżentazzjoni bilanċjata u inkuraġġanti. Meta ma niffokawx id-​diskussjoni tagħna fuq l-​affarijiet ħżiena li jseħħu fid-​dinja u fuq id-​duttrini foloz, il-​verità Skritturali u t-​tama sabiħa tal-​wegħdi taʼ faraġ t’Alla se jispikkaw fil-​konversazzjoni tagħna. Dan ma jfissirx li m’għandniex nitkellmu dwar Armageddon. L-​inkarigu tagħna hu li nipproklamaw kemm “is-​sena tal-​grazzja tal-​Mulej, u jum il-​vendetta taʼ Alla tagħna” kif ukoll li ‘ngħidu lill-​ħażin biex jerġaʼ lura minn triqtu l-​ħażina.’ Madankollu, it-​twissija t’Armageddon u d-​deskrizzjoni tal-​qerda li se ġġib m’għandhomx jgħattu t-​tema taʼ “l-​aħbar tajba tas-​saltna.”—Is. 61:2; Eżek. 3:18; Mt. 24:14.

3 Minn Bieb għal Bieb: Huwa komuni li nsibu nies skuraġġiti minħabba l-​mard, il-​mewt taʼ xi ħadd maħbub, l-​inġustizzji, jew il-​problemi ekonomiċi. Bħala wħud li nimitaw lil Kristu, aħna niġu ‘mqanqlin u nitħassruhom’ u nuru attitudni taʼ mogħdrija lejn dawk li niltaqgħu magħhom fil-​ministeru. (Lq. 7:13; Rum. 12:15) Għalkemm nuruhom skrittura jew tnejn konnessi mal-​problema, aħna għandna nkunu ‘ħfief biex nisimgħu,’ u b’hekk inħallu lill-​individwu jesprimi s-​sentimenti tiegħu. (Ġak. 1:19) Jekk l-​ewwel nagħtuhom widen, imbagħad se nkunu mħejjijin aħjar biex infarrġuhom.

4 F’mument xieraq fil-​konversazzjoni, nistgħu ngħidulhom: “Nixtieq naqsam miegħek xi kliem inkuraġġanti mill-​Bibbja.” Għandna nużaw l-​għaqal biex noqogħdu lura milli nikkoreġu kwalunkwe ħarsa żbaljata li għandu mnejn jesprimi l-​individwu. Minflok, għandna niffokaw fuq li ninkuraġġuh u nfarrġuh billi nużaw l-​Iskrittura biex inqawwulu qalbu. F’dan ir-​rigward, int tistaʼ tara x’jgħid il-​ktieb Reasoning From the Scriptures f’paġni 117-121 taħt it-​titlu “Encouragement” (Inkuraġġiment). Jew inkella tistaʼ tagħti lill-​inkwilin kopja tal-​fuljett Faraġ għal dawk Dipressi u tirrivedi miegħu l-​materjal inkuraġġanti li fih.

5 Fittex Opportunitajiet biex Tfarraġ lil Oħrajn: Taf int jekk xi ġâr, sieħeb tax-​xogħol jew taʼ l-​iskola, jew membru tal-​familja għandux bżonn il-​faraġ? Għala ma tagħmilx sforz biex iżżur lil individwi bħal dawn f’darhom bil-​mira li taqsam magħhom faraġ mill-​Iskrittura? Jekk tkun taf għalxiex għandhom bżonn il-​faraġ, int se tkun tistaʼ tipprepara għal dik is-​sitwazzjoni partikulari. Xi wħud użaw l-​ittri jew it-​telefon biex jagħmlu dan. Imħabba vera għal ġârna għandha tqanqalna nħossu għal xulxin u nipprovdu l-​faraġ meħtieġ mill-​Iskrittura.—Lq. 10:25-37.

6 Iva, aħna ngħatajna l-​inkarigu li nfarrġu lil dawk imnikktin, li nferrħu l-​qlub imtaqqlin, u li nagħtu tama taʼ futur sabiħ. Dan hu t-​tip taʼ faraġ li għandhom bżonn in-​nies madwar id-​dinja. Jekk nitkellmu bil-​ferħ dwar il-​ħafna affarijiet tajbin li Alla wiegħed, aħna se nfarrġu u nagħtu tama lil dawk taʼ qalb onesta. Jalla dejjem inżommu f’moħħna l-​bżonn li ‘ndewwu l-​qalb miksura.’—Is. 61:1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja