“Uru li Intom Grati”
1 Meta Ġesù fejjaq lil għaxar imġiddmin, wieħed minnhom biss mar lura jirringrazzjah. Ġesù staqsa: “Mhux għaxra ndafu? Allura, fejnhom id-disgħa l-oħra?” (Lq. 17:11-19) Kemm hu importanti għalina li nuru l-apprezzament tagħna u kemm aħna grati għal kull għotja tajba u rigal perfett mogħtijin lilna mingħand Alla Ġeħova, Missierna tas-sema li hu ġeneruż u jħobbna!—Kol. 3:15; Ġak. 1:17.
2 X’inhuma xi affarijiet li għandna nkunu grati għalihom? Aħna napprezzaw il-fidwa, l-akbar għotja li Alla ta lill-bnedmin. (Ġw. 3:16) Aħna grati wkoll lejn Ġeħova għax ġibidna lejh. (Ġw. 6:44) L-unità Kristjana tagħna hija raġuni oħra għala għandna nkunu grati. (Salm 133:1-3) Bla dubju, int tistaʼ taħseb dwar ħafna għotjiet oħrajn mingħand Ġeħova. Qatt m’għandna nkunu rridu li nsiru bħall-Iżraelin ingrati li nsew dak li għamel Ġeħova għan-nom tagħhom!—Salm 106:12, 13.
3 Uru li Intom Grati: Għalkemm l-għaxar imġiddmin kollha għandhom mnejn apprezzaw dak li Ġesù għamel għalihom, wieħed biss wera li kien grat. (Lq. 17:15) Bl-istess mod, aħna nuru l-apprezzament tagħna billi nieħdu sehem b’mod żeluż fil-ministeru. Jekk aħna grati verament għal kulma għamel Missierna tas-sema li jħobbna, qlubna jqanqluna biex nimitaw l-imħabba u l-ġenerożità tiegħu billi ngħidu lil oħrajn dwaru. (Lq. 6:45) Mill-banda l-oħra, hekk kif ngħidu lil ħaddieħor dwar ‘l-għemejjel u l-ħsibijiet taʼ l-għaġeb għalina’ taʼ Ġeħova, l-imħabba u l-apprezzament tagħna lejn Ġeħova se jikbru.—Salm 40:6 (40:5, New World Translation).
4 Qanqal l-Apprezzament f’Oħrajn: Għandna noqogħdu attenti biex ngħinu lil uliedna u lill-istudenti tal-Bibbja ħalli jiżviluppaw l-apprezzament. Il-ġenituri għandhom ħafna opportunitajiet biex jagħmlu dan, bħal meta jgawdu maʼ wliedhom il-ħolqien taʼ Ġeħova. (Rum. 1:20) Meta nikkonduċu studju tal-Bibbja, nistgħu nistaqsu lill-istudent tagħna, “X’jgħidilna dan dwar it-tip taʼ persuna li hu Ġeħova?” Hekk kif l-istudent ikabbar l-apprezzament tiegħu, se jikbru wkoll imħabbtu lejn Alla u d-determinazzjoni tiegħu biex jogħġbu.
5 Matul dawn l-aħħar jiem, ħafna ma jurux apprezzament u m’humiex grati. (2 Tim. 3:1, 2) Kemm jogħġbu lil Ġeħova li jara l-qaddejja devoti tiegħu juru li huma grati billi jipparteċipaw b’mod żeluż fil-ministeru!—Ġak. 1:22-25.