Ittra mill-Uffiċċju
Għeżież Pubblikaturi tas-Saltna:
Fil-Kwartieri Ġenerali ġie preżentat avviż matul il-qima taʼ fil-għodu nhar it-Tnejn, 4 taʼ Frar, 2008 li ntlaqaʼ b’applaws mimli entużjażmu. Dan kien jgħid: “Fi tmiem il-ġimgħa li għadu kif għadda, waslu indokraturi li jippresiedu minn diversi kongregazzjonijiet fl-Istati Uniti kollha. Issa jinstabu f’Patterson biex jattendu l-ewwel klassi taʼ l-Iskola għall-Anzjani tal-Kongregazzjoni.”
L-istudenti qed igawdu assoċjazzjoni li tibni mal-familja taʼ Betel. Huma qed jattendu wkoll għall-qima taʼ kull fil-għodu, kif ukoll se jkunu preżenti mal-familja taʼ Betel għall-istudju tat-Torri taʼ l-Għassa t-Tnejn fil-għaxija. L-iktar mument li jispikka taʼ l-iskola se jkun fl-aħħar jum meta taħditiet speċjali se jingħataw minn membru tal-Kumitat tal-Fergħa taʼ l-Istati Uniti u minn membru tal-Ġemgħa li Tiggverna.
Waslu ħafna espressjonijiet t’apprezzament minn anzjani li attendew. Wieħed ħu kkummenta: “Kien tassew inkuraġġanti li noqgħod għal ġimgħa f’Betel!” Ieħor kiteb: “Issa għandi iktar kuraġġ biex inwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħi b’iktar żelu.” Il-kurrikulu li qed jiġi kopert bħalissa fih aspetti varji tar-responsabbiltajiet taʼ l-indokraturi li jippresiedu u se jgħinhom jaqdu b’mod iktar effettiv il-bżonnijiet tal-kongregazzjoni. (Atti 20:28) Aħna nifirħu b’dan il-provvediment taʼ mħabba. Jekk jogħġobkom, tibagħtux tistaqsu dwar liema provvediment se jkun hemm għall-anzjani taʼ Malta biex jattendu l-Iskola għall-Anzjani tal-Kongregazzjoni. Aħna se ninformawkom mill-ewwel hekk kif ikollna l-informazzjoni disponibbli u l-arranġamenti jkunu finalizzati.
Ħutkom,
Uffiċċju taʼ Malta